|
19.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 333/62 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1504/2007
tat-18 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imdaħħla matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 ta' l-10 ta' Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sal-30 ta' Ġunju 2008, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
ANNESS
|
Nru tal-grupp |
Nru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2008-31.3.2008 (%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.4.2008-30.6.2008 (kg) |
|
G2 |
09.4038 |
7 045 625 |
|
|
G3 |
09.4039 |
2 813 000 |
|
|
G4 |
09.4071 |
2 251 500 |
|
|
G5 |
09.4072 |
4 620 750 |
|
|
G6 |
09.4073 |
11 300 250 |
|
|
G7 |
09.4074 |
3 562 706 |
(1) Bla applikazzjoni: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Bla applikazzjoni: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.