15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1486/2007

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Olives noires de Nyons (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Olives noires de Nyons”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3), kif rikjest mill-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) ta' l-imsemmi Regolament. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)  ĠU C 89, 24.4.2007, p. 26.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

FRANZA

Olives noires de Nyons (DPO)