14.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 329/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1471/2007
tat-13 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni ta’ l-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta' l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-elenku tat-termini stabbiliti fl-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (2) għandu jiġi kkompletat bit-termini xierqa li jntużaw mid-Danimarka. |
(2) |
Il-lista ta' termini speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002 u fl-Anness III għal dak ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond it-termini xierqa li jintużaw mill-Ġermanja, is-Slovenja u s-Slovakkja. |
(3) |
Minħabba li l-Ġermanja emendat il-leġiżlazzjoni tagħha bis-seħħ mill-1 ta’ Awissu 2007, l-emendi li saru f'dan ir-Regolament li jikkonċernaw dak l-Istat Membru għandhom ukoll japplikaw minn dik id-data, sabiex jiġi evitat kull taqlib kummerċjali fil-livell Komunitarju. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 għandu, għalhekk, jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 jiżdied l-inċiż kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1(2)(a) u (d) u l-Artikolu 1(3) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Awissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p 1).
(2) ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1207/2007 (ĠU L 272, 17.10.2007, p. 23).
ANNESS
Ir-ringieli għall-Ġermanja fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 753/2002 jitbiddlu b'dawn kif ġej:
“IL-ĠERMANJA |
|||||
Termini tradizzjonali speċifiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29 |
|||||
Qualitätswein |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Qualitätswein mit Prädikat (*)/Q.b.A. m. Pr./Prädikatswein |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Auslese |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
— |
Żvizzera |
Beerenauslese |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Eiswein |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Kabinett |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Spätlese |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
— |
Żvizzera |
Trockenbeerenauslese |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Termini imsemmija fl-Artikolu 28 |
|||||
Landwein |
Kollha |
Inbid tal-mejda bil-Gl |
Ġermaniż |
|
|
Termini tradizzjonali addizzjonali li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23 |
|||||
Affentaler |
Altschweier, Bühl, Eisental, Neusatz/Bühl, Bühlertal, Neuweier/Baden-Baden |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Badisch Rotgold |
Baden |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Ehrentrudis |
Baden |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Hock |
Rhein, Ahr, Hessische Bergstraβe, Mittelrhein, Nahe, Rheinhessen, Pfalz, Rheingau |
Inbid tal-mejda bil-Gl Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Klassik jew Classic |
|
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Liebfrau(en)milch |
Nahe, Rheinhessen, Pfalz, Rheingau |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Riesling-Hochgewächs |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Schillerwein |
Württemberg |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Weißherbst |
Kollha |
Inbejjed ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
Winzersekt |
Kollha |
Inbejjed frizzanti ta' kwalità psr |
Ġermaniż |
|
|
(*) Dan it-terminu tradizzjonali speċifiku jista' jintuża għall-inbejjed ibbottiljati qabel l-1 ta' Awwissu 2009.”