11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/68


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1453/2007

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li tiffissa l-ħlas standard għal kull prospett tal-biedja għas-sena tal-kontabiltà 2008 tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tħallas piż fiss [ħlas standard] lill-Istati Membri kkonċernati għal kull prospett tal-biedja mimli kif għandu jkun li jkun mgħoddi ilha fil-perjodu preskritt fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1859/2006 (3) stabbilixxa l-ammont tal-ħlas standard għas-sena tal-kontijiet 2007 għal EUR 148 għal kull prospett tal-biedja. It-tendenza fl-ispejjeż u l-effetti tagħha fuq kemm tqum it-tlestija tal-prospett tar-razzett jiġġustifikaw reviżjoni tal-ħlas.

(3)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-piż fiss [ħlas standard] provdut fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu jkun EUR 151.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontijiet 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Għall-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 ( ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1192/2005 (ĠU L 194, 26.7.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 30.