|
5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 317/61 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1428/2007
ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007
li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi miżuri ta’ eradikazzjoni li għandhom jiġu implimentati wara konferma ta' enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) fl-annimali ovini u kaprini. |
|
(2) |
Fil-qafas tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Roadmap għat-TSE (2) tal-15 ta’ Lulju 2005, u f'konformità mal-programm ta’ ħidma tas-SANCO għall-2006/2007 dwar it-TSEs (3) tas-17 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, hekk kif emendat, jistipula ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ konferma ta' TSE fi stabbiliment ta' annimali ovini u kaprini u fejn il-preżenza ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tkun ġiet eliminata. |
|
(3) |
Billi l-istruttura tas-settur ta’ l-annimali ovini u kaprini huwa differenti ħafna madwar il-Komunità, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, introduċa l-possibilità li jiġu applikati politiki alternattivi, sakemm jiġu stabbiliti regoli armonizzati fil-livell Komunitarju. |
|
(4) |
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, qabel l-emendi li sarulu mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, kien jipprovdi għal deroga fir-rigward tal-qerda ta' l-annimali ovini u kaprini wara l-konferma fi stabbiliment ta' każ ta' TSE f'dawn l-annimali. Skond dan, l-Istat Membru seta' jiddeċiedi li jipposponi l-qerda ta' l-annimali sa ħames snin ta' tgħammir f'ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, dik id-deroga ma ġietx inkluża fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, hekk kif emendata, għaliex ma kinitx għadha meħtieġa. |
|
(5) |
Fis-17 ta’ Lulju 2007, fil-Każ T-257/07, quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, Franza ressqet azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea fejn talbet l-annullament ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 727/2007, partikolarment fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu applikati lil merħliet milquta mit-TSE, jew inkella l-annullament sħiħ ta' dak ir-Regolament. Fl-Ordni tagħha tat-28 ta' Settembru 2007, bħala miżuri interim, il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet sakemm tingħata sentenza finali. |
|
(6) |
Wara dik l-Ordni, l-Istati Membri ma għandhomx iktar il-possibilità li japplikaw il-miżuri sospiżi. Għalhekk, ċerti Stati Membri jistgħu jsibu diffikultà huma u jipproċedu bil-qerda immedjata ta’ l-annimali kkonċernati. |
|
(7) |
Għalhekk, jinħtieġ li terga’ tiġi introdotta d-deroga li kienet tapplika qabel l-emendi li saru lid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, sabiex l-Istati Membri, fejn il-frekwenza ta’ l-ARR allele fir-razza jew l-istabbiliment tkun baxxa, jew fejn jitqies meħtieġ sabiex ma jkunx hemm tgħammir ta’ annimali ta’ l-istess demm, ikunu jistgħu jipposponu l-qerda ta’ l-annimali kkonċernati b’ħames snin ta’ tgħammir, mid-data ta’ dik l-Ordni. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt 2.3 tal-Kapitolu A ta’ l-Anness VII, jiżdied il-punt (f) li ġej:
|
“(f) |
Fejn il-frekwenza ta’ l-ARR allele f'razza jew stabbiliment tkun baxxa, jew fejn jitqies meħtieġ sabiex ma jkunx hemm tgħammir ta’ annimali ta’ l-istess demm, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-qerda ta’ l-annimali kif imsemmija fil-punti 2.3 (b)(i) u (ii) għal massimu ta’ ħames snin ta’ tgħammir.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta' Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
(2) KOM(2005) 322 finali.
(3) SEK(2006) 1527.