5.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 317/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1423/2007
ta' l-4 ta’ Diċembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu, u l-Artikolu korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (2) jipprevedi l-possibbiltà għall-ħruġ ta’ liċenzji u ċertifikati elettroniċi ta’ l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni. |
(2) |
L-esperjenza turi li sabiex tiżdied l-effiċjenza ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25 jistgħu jittejbu bil-ħsieb li jiġi ċċarat aktar li l-liċenzji u ċ-ċertifikati jistgħu jinżammu u jiġu ġestiti elettronikament mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru minflok jinħarġu lill-impurtatur jew esportatur, u li fejn id-dejta dwar l-esportazzjoni ġiet introdotta u trażmessa elettronikament lill-awtorità tal-ħruġ, l-entrati fuq il-liċenzja jew ċertifikat elettroniku ta’ l-esportazzjoni u l-approvazzjoni tiegħu jistgħu jsiru wkoll elettronikament. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kollha kkonċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 huwa emendat kif ġej:
(a) |
il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Minkejja l-Artikolu 24, Stat Membru jista' jippermetti li l-liċenzja jew ċertifikat ikun:
|
(b) |
il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema awtorità għandha tagħmel il-kitba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat u tawtorizzahom. Madankollu, l-attrubuzzjoni u l-validazzjoni u l-approvazzjoni tagħha fuq il-liċenzja jew ċertifikat għandhom ukoll jitqiesu li twettqu meta:
Id-data tal-preżentazzjoni għandha titqies bħala d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 24” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).