4.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 316/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1416/2007

tat-3 ta’ Diċembru 2007

li jistipula d-data ta’ skadenza għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuniet għall-ħżin privat fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għajnuniet għall-ħżin privat mogħtija b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar il-kundizzjonijiet partikolari għall-għoti ta’ għajnuniet għall-ħżin privat fis-settur tal-laħam tal-majjal (2) kellhom effetti favorevoli fuq is-suq tal-majjal, u wieħed jista’ jistenna li jkun hemm stabbilizzazzjoni temporanja tal-prezzijiet tal-laħam tal-majjal. Għaldaqstant huwa f’loku li jintemmu l-għajnuniet għall-ħżin privat fis-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

Il-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tal-majjal ma tax opinjoni fl-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuniet għall-ħżin privat fis-settur tal-laħam tal-majjal għandha tkun l-4 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta' Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 53.