|
29.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 311/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1398/2007
tat-28 ta’ Novembru 2007
li jemenda l-Annessi II, III B u VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li mhumiex koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b' regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b'regoli speċifiċi Komunitarji oħra dwar l-importazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, kien iffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2007. Il-Ftehim Intermedju dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008. Il-Ftehim Intermedju se jippermetti li d-dispożizzjonijiet tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiġu applikati b’mod provviżorju sakemm jidħol fis-seħħ. Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Montenegro għandha titneħħa mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 517/94 mid-data ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim Intermedju. |
|
(2) |
Wara t-tneħħija tal-komponenti kollha ta' l-ex Jugoslavja mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 517/94, il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (2) huwa l-uniku territorju fir-reġjun suġġett għal kwoti tat-tessuti. Għaldaqstant u fid-dawl tan-nuqqas ta’ industrija tat-tessuti, jitqies xieraq li l-Kosovo jiġi eskluż ukoll mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 517/94 sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni kontra dan it-territorju. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III B u VI għar-Regolament (KE) Nru 517/94 qegħdin jinbidlu kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) Ir-referenzi kollha għall-Kosovo f'dan ir-Regolament għandhom jiġu interpretati bħala referenza għall-Kosovo taħt il-UNSCR 1244.
ANNESS
L-Annessi II, III B u VI għar-Regolament (KE) Nru 517/94 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness II qiegħed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS II Lista tal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 2 Il-Korea ta' Fuq” |
|
2. |
L-Anness III B qiegħed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS III B Limiti kwantitattivi Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu 2(1), ir-raba' inċiż” |
|
3. |
L-Anness VI qiegħed jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS VI L-ipproċessar tat-traffiku għal barra Limiti Komunitarji annwali msemmija fl-Artikolu” |