28.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 310/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1389/2007
tas-26 ta’ Novembru 2007
li jemenda għad-89 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Fl-14 ta' Novembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1291/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 287, 1.11.2007, p. 12).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali”:
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni naturali”: “Ahmed Idris Nasreddin (alias (a) Nasreddin, Ahmad I.; (b) Nasreddin, Hadj Ahmed; (ċ) Nasreddine, Ahmed Idriss; (d) Idris Ahmed Nasreddin). Indirizz: (a) Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja, (b) Piazzale Biancamano, Milan, l-Italja, (ċ) 10, Rue De Cap Spartel, Tangier, il-Marokk, (d) Nru 10, Rmilat, Villa Nasreddin f'Tanġier, il-Marokk, (e) Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 22.11.1929. Post tat-twelid: Adi Ugri, Etjopja (issa l-Eritrea). Nazzjonalità: Taljana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' l-Identità Taljana AG 2028062 (Data ta' l-Iskadenza 7.9.2005); Nru tal-karta ta' l-identità barranija: K 5249. Kodiċi fiskali Taljan: NSRDRS29S22Z315Y. Informazzjoni oħra: (a) Fl-1994, is-Sur. Nasreddin ħalla r-residenza tiegħu f'1 via delle Scuole, 6900 Lugano, l-Iżvizzera u mar joqgħod il-Marokk. (b) President tal-Miga-Malaysian Swiss, Gulf and African Chamber.” |