27.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/40


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1384/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 rigward il-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti li jirrigwardaw l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 tat-12 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ tariffa ta’ kwota għal-laħam tad-dundjan minn Iżrael li hemm provvediment dwarha fil-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/917/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael illi jittratta l-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u r-rimpjazzar tal-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni KE-Iżrael (3), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 tat-18 ta’ Diċembru 1996 li jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur ta’ l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u fil-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael (4) kien emendat diversi drabi b’mod sostanzjali, u jeħtieġ isirulu emendi ġodda. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2497/96 jitħassar u jinbidel b’regolament ġdid.

(2)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u d-dettalji li għandhom jintwerew fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u fuq il-liċenzji nfushom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (6), ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru jinqasam f’diversi perjodi sekondarji. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Fid-dawl tar-riskju ta’ spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta’ l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(6)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzjia relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(7)

Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(8)

Il-miżuri provduti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I huma miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2398/96 għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li koperti bil-kodiċijiet NM imsemmija fl-Anness I.

Il-kwoti tariffarji huma miftuħin fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-31 ta’ Diċembru.

2.   Il-kwantità ta’ prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota, għal kull numru tas-serje, għandha titqassam kif ġej f’erba’ perjodi sekondarji:

(a)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

(b)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju,

(ċ)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

(d)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 4

1.   Għal finijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jressaq, flimkien ma’ l-ewwel applikazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I. Tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti. F’dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 10 tunnellata u massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-Iżrael.

L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 8, jiġu mmarkati b’salib l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kelma “iva”

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba’ ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, espressi f’kilogrammi.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota ta’ wara.

Artikolu 6

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull perjodu sekondarju tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f’kilogrammi li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f’kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ ħieles skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat u għal kull numru tas-serje.

3.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, relattivi għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa llimitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

Artikolu 8

It-tqegħid fil-moviment ħieles tal-prodotti importati huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16 tal-Protokoll Nru 4 anness mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-regolament mħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 7.

(3)   ĠU L 346, 31.12.2003, p. 65.

(4)   ĠU L 338, 28.12.1996, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1937/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 143).

(5)   ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(6)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS I

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija (1)

Tnaqqis tad-dazji doganali MFN

(%)

Kwantitajiet annwali

(f’tunnellati)

IL 1

09.4092

0207 25

Dundjani, mhux imqatta’ f’biċċiet, iffriżati

100

1 568

0207 27 10

Laħam tad-dundjani, diżussat, friżat

0207 27 30

0207 27 40

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

Laħam tad-dundjani, mhux diżussat, friżat

IL 2

09.4091

ex 0207 32

Laħam tal-papri u tal-wiżż, mhux imqatta’ f’biċċiet, frisk jew imkessaħ

100

560

ex 0207 33

Laħam tal-papri u tal-wiżż, mhux imqatta’ f’biċċiet, friżat

ex 0207 35

Laħam ieħor u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-papri u l-wiżż, frisk jew imkessaħ

ex 0207 36

Laħam ieħor u ġewwieni tal-laħam li jittiekel tal-papri u l-wiżż, friżat


(1)  Minkejja r-regoli ta’ l-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu meqjusa li jkollhom mhux aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenżjali tkun iddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Meta huma indikati l-kodiċi “ex” tan-NM, l-iskema prefenzjali għandha tiġi ddeterminata l-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.


ANNESS II

A.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż, il-punt (b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 1384/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 1384/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 1384/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 1384/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 1384/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 1384/2007.

bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1384/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 1384/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 1384/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 1384/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 1384/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 1384/2007.

bl-Ungeriż

:

1384/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 1384/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 1384/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 1384/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 1384/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 1384/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 1384/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 1384/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 1384/2007.

B.   Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet inċiż:

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 1384/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 1384/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 1384/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 1384/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 1384/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 1384/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 1384/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 1384/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 1384/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 1384/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 1384/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 1384/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése az 1384/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 1384/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 1384/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 1384/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 1384/2007.

bir-Rumen

:

reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 1384/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 1384/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 1384/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 1384/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 1384/2007.


ANNESS III

Tabella ta’ korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 2497/96

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(1)(a)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 3(1)(b)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 3(1)(ċ)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(d)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 3(1)(e)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 4(4), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 4(6)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 4(7)

l-Artikolu 4(8), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 4(8), it-tieni inċiż

l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 5, it-tieni inċiż

l-Artikolu 6

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

l-Artikolu 8

l-Artikolu 10

l-Anness I

l-Anness I

l-Anness II

l-Anness III

l-Anness IV