|
27.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1380/2007
tas-26 ta’ Novembru 2007
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS), prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713), bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) kien awtorizzat proviżorjament għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005 tat-8 ta’ Settembru 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użi ġodda ta’ ċerti addittivi li diġà huma awtorizzati għall-għalf (2). |
|
(5) |
Ġiet sottomessa data ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għad-dundjani tat-tismin. L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ April 2007 li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li dik it-tħejjija ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(3) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ enżimi Natugrain Wheat TS (endo-1,4-beta-xylanase), bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani għat-tismin skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fit-18 ta’ Ottubru 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 474, 1-11.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv |
Isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unità ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà. |
|||||||||||||||
|
4d62 |
BASF Aktiengesellschaft |
Endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Natugrain Wheat TS) |
|
Dundjani għat-tismin |
— |
560 TXU |
— |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħażna, il-perjodu ta' ħażna u l-istabbilità għall-pelleting. Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf sħiħ: Dundjani għat-tismin: 560 – 840 TXU Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u arabinoxylans). Eż. li fihom aktar minn 40 % qamħ. |
Is-17 ta’ Diċembru 2017 |
||||||
(1) 1 TXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 5 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f' pH ta' 3.5 u 55 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives