|
27.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1379/2007
tas-26 ta’ Novembru 2007
li jemenda l-Annessi IA, IB, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart, sabiex jitqiesu l-progress tekniku u l-bidliet miftiehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ftehim tat-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, li saret bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, jeħtieġ emendi għall-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjaġġi ta’ skart. L-emendi jikkonċernaw is-sostituzzjoni ta’ “kg” u “litru” b’“Tunnellati metriċi” u “m3” fil-blokk 5 tad-dokument ta’ notifika fl-Anness IA, fil-blokki 5 u 18 tad-dokument ta’ moviment fl-Anness IB u fil-blokki 3 u 14 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja fl-Anness VII, l-inserzjoni ta’ blokk 17 ġdid fid-dokument ta’ moviment, emenda għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 ta’ l-informazzjoni dwar il-konsenja u referenzi għal linji ta’ gwida dwar immaniġġjar ambjentalment san fil-punti I.4-9 ta’ l-Anness VIII. Minħabba kwistjoni ta’ ċarezza, dawn l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skond dan li ntqal. |
|
(3) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li ġie stabbilit permezz ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi IA, IB, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġu sostitwiti mit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IA
Dokument ta’ notifika għal movimenti/vjaġġi transkonfinali ta’ skart
ANNESS II
L-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IB
Dokument ta’ moviment għall-movimenti/vjaġġi traskonfinali ta’ l-iskart
ANNESS III
L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS VII
L-INFORMAZZJONI LI TAKKUMPANJA L-VJAĠĠI TA’ SKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 3(2) U (4)
ANNESS IV
L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS VIII
IL-LINJI TA’ GWIDA DWAR L-IMMANIĠĠJAR AMBJENTALMENT SAN (L-ARTIKOLU 49)
I. Il-Linji ta’ Gwida adottati taħt il-Konvenzjoni ta’ Basel:
|
1. |
Linji ta' gwidi Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart Bijomediku u mill-Kura tas-Saħħa (Y1; Y3) (1) |
|
2. |
Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart ta' Batteriji taċ-Ċomb u Aċidużi (1) |
|
3. |
Linji ta' Gwida Tekniċi dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' l-Iżmuntaġġ Komplet jew Parzjali ta Bastimenti (1) |
|
4. |
Linji ta' Gwida Tekniċi għar-Riċiklaġġ Ambjentalment San/Reklamazzjoni Ambjentalment Sana ta' Metalli u ta' Komposti ta' Metalli (R4) (2) |
|
5. |
Linji ta' Gwida Tekniċi Ġenerali Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat b'Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġżu (POPs) (3) |
|
6. |
Linji ta' Gwida Tekniċi Aġġornati għall-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Bifenili Poliklorinati (PCBs), Terfenili Poliklorinati (PCTs) jew Bifenili Polibrominati (PBBs). (3) |
|
7. |
Linji ta’ Gwidi Tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-Pestiċidi Aldrin, Chlordane, Dieldrin, Endrin, Heptachlor, Eżaklorobenżin (HCB), Mirex jew Toxaphene jew mill-HCB bħala Kimika Industrijali (3) |
|
8. |
Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat mill-1,1,1-trichloro-2,2-bis (4 chlorophenyl)ethane (DDT) (3) |
|
9. |
Linji ta’ Gwidi tekniċi għall-Immaniġġjar Ambjentalment San ta’ Skart li Jikkonsisti minn, li Fih jew li huwa Kontaminat minn Dibenzo-p-diossini poliklorinati (PCDDs), Dibenżofurani Polikloronati (PCDFs), Eżaklorobenżin (HCB) jew Bifenili Poliklorinati (PCBs) li Ma Ġewx Prodotti Intenzjonalment (3) |
II. Il-linji ta’ gwida adottati mill-OECD:
Gwida teknika għall-immaniġġar ambjentalment san ta' tipi speċifiċi ta' skart:
Kompjuters personali użati u skartati (4)
III. Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO):
Linji ta' Gwida dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (5)
IV. Linji ta' Gwida adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO):
Is-sikurezza u s-saħħa fid-demolizzjoni tal-bastimenti: Linji ta' Gwida għall-pajjiżi Ażjatiċi u għat-Turkija (6)
(1) Adottati mis-Sitt Laqgħa ta' Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn id-9 u t-13 ta' Diċembru 2002.
(2) Adottati mis-Seba' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn il-25 u d-29 ta' Ottubru 2004.
(3) Adottati mit-Tmien Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Moviment Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu, bejn is-27 ta’ Novembru u l-1 Diċembru 2006.
(4) Adottati mill-Kumitat tal-Politika ta' l-Ambjent tal-OECD fi Frar 2003 (dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).
(5) Riżoluzzjoni A.962 adottata mill-Assemblea ta' l-IMO fit-23 sessjoni Regolari tagħha, bejn l-24 ta' Novembru u l-5 ta' Diċembru 2003.
(6) Approvati għall-pubblikazzjoni mill-Korp Diriġenti ta' l-ILO fil-289 sessjoni tiegħu, bejn il-11 u s-26 ta' Marzu 2004.”