16.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 298/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1338/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal-larinġ li joriġina fl-Eġittu u għal prodott agrikolu pproċessat li joriġina fl-Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti [kwota tariffarja] tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-30 ta’ Ottubru 2007 (2), il-Kunsill awtorizza li jiġi ffirmat, u pprovda li jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007, Protokoll għall-Ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal żieda fil-volum tal-kwoti tariffarji applikabbli fl-importazzjoni fil-Komunità ta' larinġ li joriġina fl-Eġittu. Iż-żieda fil-volum għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(3)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2007 (3), il-Kunsill awtorizza li jiġi ffirmat, u pprovda li jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007, Protokoll għall-Ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(4)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal kwota tariffarja annwali ġdida applikabbli fl-importazzjoni fil-Komunità ta' prodott agrikolu pproċessat speċifiku li joriġina fl-Iżrael. Il-kwota tariffarja l-ġdida għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta' l-iffirmar tal-Protokoll.

(5)

Sabiex jiġu implimentati l-konċessjonijiet tariffarji pprovduti b'dawn il-Protokolli, jeħtieġ li tiġi aġġustata l-lista tal-kwoti tariffarji għall-Eġittu u għall-Iżrael stipulata bir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(6)

Ġaladarba l-kwota tariffarja għall-Iżrael għall-2007 ma tapplikax mill-1 ta’ Jannar 2007, il-volum tal-kwota tariffarja għal din is-sena għandu jkun definit fi kwantità iċken mill-volum tal-kwota tariffarja annwali.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Madankollu, il-punt 2 ta' l-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1712/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 7).

(2)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella li tidher fl-Anness IV, ir-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.1707 u 09.1711 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“09.1707

0805 10

Larinġ, frisk jew imnixxef

Mill-1.7.2007 sat-30.6.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.7 sat-30.6

70 320

Eżenzjoni (2)

 

 

li minnhom:

 

li minnhom:

 

09.1711

0805 10 20

Larinġ ħelu, frisk

Mill-1.12.2007 sal-31.5.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.12 sal-31.5

36 300  (5)

Eżenzjoni (6)”

(2)

Fit-Tabella li tidher fil-Parti A ta' l-Anness VII, għandha tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota

(f’tunnellati ta’ piż nett)

Dazju fuq il-kwota

“09.1367

ex 2106 90 98

44

Bażijiet taċ-ċitru għall-preparazzjoni tax-xarbiet mhux alkoħoliċi li fihom, bil-piż, talanqas 30 % għasir konċentrat tal-frott u mhux aktar minn 50 % sukrożju, u li ma fihomx ħalib jew prodotti tal-ħalib

Mill-1.11 sal-31.12.2007

3 240

67 % tal-komponent agrikolu”

Mill-1.1 sal-31.12.2008 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

5 550