|
13.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1322/2007
tat-12 ta’ Novembru 2007
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea ta’ statistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trasmissjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(7) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 stabbilixxa qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir ta' l-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Komunità u l-limiti ta' żmien għat-trasmissjoni u t-tixrid ta’ l-istatistika miġbura skond l-ESSPROS. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, għandhom jiġu adottati miżuri implimentattivi marbuta mal-formati għat-trasmissjoni tad-data, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ta’ ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-miżuri implimentattivi rikjesti mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 fir-rigward tas-sistema prinċipali ta’ ESSPROS (għal data kwantitattiva u għal informazzjoni kwalitattiva skond l-iskema u l-benefiċċji dettaljati) u fir-rigward tal-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet għandhom ikunu kif stipulat fl-Annessi I u II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS 1
IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI
1. IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI GĦAS-SISTEMA PRINĊIPALI TA’ ESSPROS
1.1. Lista ta’ skemi
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta permezz ta' tabella standard:
|
(1) |
numru tas-serje għall-identifikazzjoni ta’ kull skema; |
|
(2) |
l-isem ta’ kull skema; |
|
(3) |
abbrevjazzjoni ta’ l-isem (fakultattiva); |
|
(4) |
il-klassifika ta’ l-iskemi bbażata fuq il-ħames kriterji stipulati fil-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri. |
1.2. Data kwantitattiva
Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS dwar id-data kwantitattiva jkopri l-irċevuti, in-nefqa u l-benefiċċji dettaljati.
1.2.1. Organizzazzjoni tad-data
Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].
It-tabella standard għad-data annwali tinbena kif ġej:
|
— |
ir-ringieli jikkorrispondu għall-klassifika dettaljata ta’ l-irċevuti, in-nefqa u l-benefiċċji; |
|
— |
il-kolonni jikkorrispondu għall-iskemi elenkati fit-tabella tal-“lista ta’ skemi” (kolonna waħda għal kull skema flimkien ma' kolonna waħda għat-total ta' l-iskemi kollha); |
|
— |
jekk tiżdied skema ġdida, dan għandu jsir billi tiżdied kolonna ġdida mat-tabella. |
1.2.2. Data li għandha tiġi trażmessa
Id-data fil-munita nazzjonali għandha tingħata għal kull sena fil-livell ta’ l-entrata elementari; il-biċċa l-kbira tad-data dettaljata għandha tingħata skema wara skema (l-aggregati jiġu kkalkulati awtomatikament bil-formoli).
1.2.3. Manwal ta’ Referenza
Il-klassifika dettaljata biex tintuża għall-għoti tad-data hija stipulata fl-Appendiċi 1 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.
1.3. Informazzjoni kwalitattiva skond l-iskema u l-benefiċċji dettaljati
Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS għall-informazzjoni kwalitattiva jkopri l-oqsma speċifikati fl-Appendiċi 2 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.
1.3.1. Organizzazzjoni tad-data
Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].
L-informazzjoni tikkonsisti minn:
|
— |
informazzjoni rilevanti għall-iskemi operattivi kollha fil-pajjżi; |
|
— |
informazzjoni speċifika għall kull skema individwali. |
1.3.2. Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa
L-Istati Membri għandhom jipprovdu jew jaġġornaw informazzjoni kwalitattiva fuq kull skema u fuq kull benefiċċju dettaljat.
1.3.3. Manwal ta’ Referenza
L-informazzjoni dettaljata li għandha tiġi trażmessa hija stipulata fl-Appendiċi 2 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.
2. IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI GĦALL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊJARJI TAL-PENSJONIJIET
Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet huwa tabella standard.
2.1. Organizzazzjoni tad-data
Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].
It-tabella standard għad-data annwali tinbena kif ġej:
|
— |
ir-ringieli jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ benefiċjarji tal-pensjonijiet ibbażati fuq il-klassifika fl-Appendiċi 3 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ l-Istati Membri. |
|
— |
il-kolonni jikkorrispondu għal skemi li għalihom hemm għallinqas kategorija ta’ benefiċjarji waħda. |
2.2. Data li għandha tiġi trażmessa
Data dwar il-benefiċjarji għandha tingħata għal kull sena.
Kwestjonarju
Il-kwestjonarju huwa tabella li għandha timtela biss għal dawk il-benefiċċji li għalihom saret xi nefqa fil-pajjiż ikkonċernat. Jekk tinbeda skema ġdida, tista’ tiżdied, iżda għandu jinżamm l-istess format. Il-karta għall-ġbir tad-data hija speċifika għal kull pajjiż u/jew għal kull sena.
Data ta' referenza
Il-ġbir tad-data ta' l-istokk għas-sena N jirreferi għall-għadd ta' benefiċjarji fi tmien is-sena kalendarja.
Data dwar is-sess
Id-data dwar il-benefiċjarji għandha titqassam skond is-sess. Din id-data hija obbligatorja biss għal-livell tat-total ta’ l-iskemi kollha.
ANNESS II
KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ
1. KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ GĦAS-SISTEMA PRINĊIPALI TA’ L-ESSPROS
1.1. Preċiżjoni u affidabilità
1.1.1. Għal data kwantitattiva
1.1.1.1. Kopertura tas-sorsi tad-data
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
it-tipi ta' sorsi użati: reġistri jew sorsi amministrattivi oħrajn, stħarriġiet, estimi, eċċ.; |
|
— |
rapporti dwar problemi (inkluż ittardjar) li jwasslu għall-istima tad-data; |
|
— |
l-iskemi koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi; |
|
— |
fejn xieraq, il-benefiċċji kkonċernati mit-tipi differenti ta’ sorsi (jekk jintużaw sorsi multipli, eż. stħarriġiet ta’ l-ispiża tax-xogħol). |
1.1.1.2. Metodoloġiji u preżunzjonijiet użati fl-istima ta' l-istatistika
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
l-estimi għall-iskemi li għalihom m’hemmx data disponibbli; |
|
— |
l-estimi għal irċevuti, infiq u benefiċċji dettaljati nieqsa:
|
1.1.1.3. Reviżjoni ta' l-istatistika
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
bidliet fis-sorsi tad-data użati; |
|
— |
bidliet fil-metodi użati għall-istima tad-data; |
|
— |
reviżjonijiet tad-data minħabba aġġustamenti kunċettwali (pereżempju, aġġustamenti tal-kontijiet nazzjonali); |
|
— |
reviżjonijiet tad-data minħabba d-disponibilità ta’ l-istatistika finali; |
|
— |
reviżjonijiet tad-data minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità. |
1.1.2. Għal informazzjoni kwalititattiva
Mhux applikabbli.
1.2. Komparabilità
1.2.1. Għal data kwantitattiva
Komparabilità ġeografika
Biex l-Eurostat ikun jista’ jevalwa l-komparabilità bjen il-pajjiżi, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar:
|
— |
il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-iskemi; |
|
— |
il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-irċevuti, l-infiq u l-benefiċċji dettaljati; |
|
— |
il-każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ESSPROS fl-għamla ta’ lista komprensiva. |
1.2.2. Għal informazzjoni kwalititattiva
Mhux applikabbli.
2. KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ GĦALL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊJARJI TAL-PENSJONIJIET
2.1. Preċiżjoni u affidabilità
2.1.1. Kopertura tas-sorsi tad-data
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
it-tipi ta' sorsi użati: reġistri jew sorsi amministrattivi oħrajn, stħarriġiet, estimi, eċċ.; |
|
— |
rapporti dwar problemi (inkluż l-ittardjar) li jwasslu għall-estimu tad-data; |
|
— |
l-iskemi koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi; |
2.1.2. Metodoloġiji u preżunzjonijiet użati fit-trattament għadd doppju u fl-estimi
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
l-estimi għall-iskemi li għalihom m’hemmx data disponibbli; |
|
— |
it-trattament għall-għadd doppju
|
2.1.3. Reviżjoni ta' l-istatistika
L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:
|
— |
bidliet fis-sorsi tad-data użata; |
|
— |
bidliet fil-metodi użati għall-istima tad-data; |
|
— |
reviżjonijiet tad-data minħabba d-disponibilità ta’ l-istatistika finali; |
|
— |
reviżjonijiet tad-data minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità. |
2.2. Komparabilità
Komparabilità ġeografika
Biex l-Eurostat ikun jista’ jevalwa l-komparabilità bejn il-pajjiżi, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar:
|
— |
il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-iskemi; |
|
— |
il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-benefiċjarji; |
|
— |
il-każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ESSPROS fl-għamla ta’ lista komprensiva. |
3. SKEDA GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ
3.1. Għas-sistema prinċipali
Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq is-sistema prinċipali isiru fuq bażi annwali. Ir-rapport tas-sena N għandu jiġi trażmess lill-Eurostat sa tmiem Settembru fis-sena N+2. Fuq din il-bażi l-Eurostat jipproduċi u jqassam verżjoni kkonsolidata ta’ dawn ir-rapporti sa tmiem Diċembru tas-sena N+2.
3.2. Għall-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet
Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq il-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet isiru fuq bażi annwali. Ir-rapport tas-sena N għandu jiġi trażmess lill-Eurostat sa tmiem Awissu fis-sena N+2. Fuq din il-bażi Eurostat jipproduċi u jqassam verżjoni kkonsolidata ta’ dawn ir-rapporti sa tmiem Novembru tas-sena N+2.