27.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1266/2007
tas-26 ta’ Ottubru 2007
dwaregoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(2),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (3), l-Artikolu 8(2)(d), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(1)(ċ), l-Artikoli 11 u 12 u t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli ta’ kontroll u miżuri sabiex jingħeleb il-virus bluetongue fil-Komunità, inkluż li jkunu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u projbizzjoni fuq annimali ta’ l-ispeċi suxxettibbli li jitilqu minn dawk iż-żoni. Tista’ tittieħed deċiżjoni dwar l-eżenzjonijiet minn dik il-projbizzjoni mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura prevista f’dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti li joriġinaw jew jgħaddu minn dawn iż-żoni (3), tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) mill-Istati Membri. |
(3) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, is-sitwazzjoni tal-bluetongue fil-Komunità tbiddlet b’mod konsiderevoli u nkisbet esperjenza ġdida dwar il-kontroll tal-marda, b’mod partikolari wara l-inkursjonijiet riċenti ta’ serotipi ġodda tal-virus bluetongue, fosthom tas-serotip 8 f’żona tal-Komunità fejn qabel qatt ma ġew irrapportati inċidenzi u li ma kenitx titqies li tinsab f’riskju tal-bluetongue, u tas-serotip 1 ta’ dak il-virus. |
(4) |
Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza li nkisbet, huwa xieraq li tittejjeb l-armonizzazzjoni fuq livell tal-Komunità tar-regoli dwar il-kontroll, l-immonitorjar, is-sorveljanza, u r-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ annimali suxxettibbli, esklużi annimali selvaġġi, f’relazzjoni mal-bluetongue minħabba li huma ta’ importanza fundamentali għall-kummerċ sikur ta’ annimali suxxettibbli mrobbijin li jiċċaqilqu fi ħdan żoni ristretti u minnhom, bl-għan li tkun stabbilita strateġija iktar sostenibbli għall-kontroll tal-bluetongue. Għall-finijiet ta’ l-armonizzazzjoni u taċ-ċarezza, għaldaqstant huwa neċessarju li d-Deċiżjoni 2005/393/KE tiġi rrevokata u mibdula b’dan ir-Regolament. |
(5) |
Is-sitwazzjoni l-ġdida fir-rigward tal-bluetongue wasslet ukoll lill-Kummissjoni li titlob parir xjentifiku u appoġġ mill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li kkonsenjat żewġ rapporti xjentifiċi u żewġ opinjonijiet xjentifiċi dwar il-bluetongue fl-2007. |
(6) |
F’konformità mad-Direttiva 2000/75/KE, id-demarkazzjoni ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għandha tqis il-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi marbutin mal-bluetongue u l-arranġamenti għall-kontroll. Sabiex jitqiesu dawn il-fatturi, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tar-rekwiżiti minimi armonizzati għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue fil-Komunità. |
(7) |
Is-sorveljanza u l-iskambju ta’ tagħrif huma elementi ewlenin ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-miżuri ta’ kontroll tal-bluetongue. Għal dan l-għan, huwa xieraq, barra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/75/KE, li tkun prevista b’mod partikolari definizzjoni ta’ każ ta’ bluetongue, sabiex ikun hemm għarfien komuni tal-parametri essenzjali rrelatati ma’ tifqigħa tal-bluetongue. |
(8) |
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ żoni ristretti, użat fid-Deċiżjoni 2005/393/KE, wera li huwa xieraq, l-iktar jekk tiġi skoperta l-preżenza tal-virus bluetongue fiż-żoni affettwati f’żewġ staġuni konsekuttivi. Għal raġunijiet prattiċi u għall-finijiet taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq li tkun prevista definizzjoni ta’ żoni ristretti, li tikkonsisti f’żoni kemm ta’ protezzjoni kif ukoll ta’ sorveljanza ddemarkati mill-Istati Membri f’konformità ma’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/75/KE. |
(9) |
Id-determinazzjoni ta’ żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun li s-sorveljanza tagħha ma turi ebda evidenza ta’ trażmissjoni tal-bluetongue jew ta’ organiżmi kompetenti li jġorru l-mikrobu hija għodda essenzjali għal immaniġġjar sostenibbli ta’ inċidenzi tal-bluetongue li tippermetti movimenti sikuri. Għal dan l-għan, huwa xieraq li jkunu previsti kriterji armonizzati li għandhom jintużaw għad-definizzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun. |
(10) |
Inċidenzi tal-bluetongue għandhom jiġu nnotifikati f’konformità ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE, bl-użu ta’ l-għamliet ikkodifikati u l-kodiċijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (4). Fid-dawl ta’ l-iżvilupp epidemjoloġiku attwali tal-bluetongue, l-ambitu ta’ dan ir-rekwiżit ta’ notifika għandu jkun adattat b’mod temporanju billi jkun iddefinit b’mod iktar preċiż l-obbligu li jkunu nnotifikati inċidenzi primarji. |
(11) |
Skond l-opinjoni tal-Penil Xjentifiku ta’ l-EFSA għas-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Annimali dwar l-oriġini u l-okkorrenza tal-bluetongue (5), adottata nhar is-27 ta’ April 2007, huwa essenzjali li programmi xierqa ta’ sorveljanza jitqiegħdu fis-seħħ sabiex tkun investigata l-okkorrenza tal-bluetongue fl-iktar stadju bikri possibbli. Programmi ta’ sorveljanza bħal dawn għandhom jinkludu komponent kliniku, seroloġiku u entomoloġiku li għandu jopera mingħajr xkiel fl-Istati Membri kollha. |
(12) |
Huwa meħtieġ approċċ integrat fuq livell tal-Komunità sabiex ikun jista’ jiġi analizzat tagħrif epidemjoloġiku pprovdut mill-programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue, inkluża distribuzzjoni kemm reġjonali kif ukoll globali ta’ l-infezzjoni tal-bluetongue, kif ukoll ta' l-organiżmi li jġorru l-mikrobu. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6) tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-qerda, il-kontroll u l-immonitorjar tal-bluetongue. |
(14) |
F’konformità mad-Deċiżjoni 90/424/KEE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2007 li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Italja għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ tagħrif epidemjoloġiku dwar il-bluetongue (7) stabbilixxiet il-BlueTongue NETwork application (“BT-Net system”), li hija sistema fuq l-internet għall-ġbir, il-ħażna u l-analiżi ta’ dejta ta’ sorveljanza tal-bluetongue fl-Istati Membri. Użu sħiħ ta’ din is-sistema huwa ta’ importanza fundamentali sabiex ikunu stabbiliti l-iktar miżuri xierqa għall-kontroll tal-marda, għall-verifika ta’ l-effikaċja tagħhom u sabiex ikunu permessi movimenti sikuri ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli. Sabiex ikunu żgurati skambji iktar effettivi u effiċjenti ta’ tagħrif dwar il-programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, għaldaqstant dawk l-iskambji għandhom isiru permezz tal-BT-Net system. |
(15) |
Sakemm ma jidhirx neċessarju li wieħed jipproċedi għad-demarkazzjoni ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta' sorveljanza fuq livell tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 8(2)(d) tad-Direttiva 2000/75/KE, dik id-demarkazzjoni għandha titwettaq mill-Istati Membri. Madankollu, għall-finijiet ta’ trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza tagħhom u kull bidla fihom mingħajr ebda dewmien. B’mod partikolari, jekk Stat Membru jkollu l-ħsieb li ma jżommx żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku f’żona ristretta, dan għandu jipprovdi minn qabel lill-Kummissjoni t-tagħrif rilevanti sabiex jissostanzja l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue f’din iż-żona. |
(16) |
Eżenzjonijiet mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ applikabbli għal movimenti ta’ annimali suxxettibbli, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom, miż-żona ristretta għandhom ikunu awtorizzati fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li tqis id-dejta miġbura permezz tal-programm għas-sorveljanza tal-bluetongue, l-iskambju ta’ dejta ma’ Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni permezz tal-BT-Net system, id-destinazzjoni ta’ l-annimali, u l-konformità tagħhom ma’ ċerti rekwiżiti tas-saħħa li jiggarantixxu s-sigurtà ta’ l-annimali. Movimenti ta’ annimali għall-qatla immedjata għandhom ukoll jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ taħt ċerti kondizzjonijiet. Wara li jitqies il-livell baxx ta’ riskju ta’ movimenti ta’ annimali għall-qatla immedjata u ċerti fatturi ta’ mitigazzjoni tar-riskji, huwa xieraq li jkunu previsti kondizzjonijiet speċifiċi li jnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-virus billi t-trasport ta’ l-annimali jkun iggwidat minn azjenda li tinsab f’żona ristretta lejn biċċeriji magħżulin fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji. |
(17) |
Movimenti ta’ annimali fi ħdan l-istess żona ristretta fejn qiegħed jiċċirkola jew qegħdin jiċċirkolaw l-istess serotip jew serotipi tal-virus bluetongue, ma jippreżentawx riskju addizzjonali għas-saħħa ta’ l-annimali u għaldaqstant għandhom ikunu permessi mill-awtorità kompetenti taħt ċerti kondizzjonijiet. |
(18) |
Skond l-opinjoni tal-Penil Xjentifiku ta’ l-EFSA għas-Saħħa u s-Sigurtà ta’ l-Annimali dwar organiżmi li jġorru l-mikrobi u vaċċini (8) , adottata nhar is-27 ta’ April 2007, movimenti ta’ annimali immuni minħabba tilqim jew annimali immuni b’mod naturali jistgħu jitqiesu sikuri irrispettivament miċ-ċirkolazzjoni tal-virus fil-post ta’ l-oriġini jew l-attività ta' l-organiżmi li jġorru l-mikrobu fil-post tad-destinazzjoni. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jkunu previsti l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn annimali immuni qabel ma jitressqu minn żona ristretta. |
(19) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (9), id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (10), id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, bajd u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (11) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (12), jipprovdu li ċertifikati tas-saħħa għandhom jakkumpanjaw il-movimenti ta’ l-annimali. Meta eżenzjonijiet mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ applikabbli għal movimenti ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli miż-żona ristretta jiġu applikati għal annimali maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, dawk iċ-ċertifikati għandhom jinkludu referenza għal dan ir-Regolament. |
(20) |
F’konformità ma’ l-opinjoni ta’ l-EFSA dwar organiżmi li jġorru l-mikrobu u vaċċini, huwa xieraq li jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiet għat-trattament b’insettiċidi awtorizzati fil-post tat-tgħabbija ta' l-organiżmi li jġorru annimali suxxettibbli minn żona ristretta lejn żoni barra żona ristretta jew fihom. Meta matul it-tranżitu minn żona ristretta jkun previst perjodu ta’ mistrieħ f’post ta’ kontroll, l-annimali għandhom jiġu protetti minn kull attakk minn organiżmi li jġorru l-mikrobu. Madankollu, it-trattament b’insettiċidi awtorizzati ta’ annimali, ta’ bini u tal-viċinanzi tagħhom f’azjendi infettati għandu jsir biss wara protokoll definit fuq il-bażi tar-riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji każ b’każ li tqis dejta ġeografika, epidemjoloġika, ekoloġika, ambjentali, entomoloġika u ta’ evalwazzjoni ta’ l-ispejjeż u tal-benefiċċji. |
(21) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa previsti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE u fid-Deċiżjoni 93/444/KEE li jkopru annimali maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz għandhom jinkludu referenza għal kull trattament b’insettiċidi li jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
(22) |
Bl-għan li titqies il-ħtieġa li jkun evitat tħarbit mhux neċessarju fil-kummerċ, hija ħaġa urġenti li tkun stabbilita strateġija sostenibbli għall-kontroll tal-virus bluetongue sabiex ikun jista’ jsir kummerċ sikur ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li jitressqu fi ħdan jew minn żoni ristretti. |
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-kontroll, għall-immonitorjar, għas-sorveljanza u għar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ annimali bit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2000/75/KE, f’relazzjoni mal-bluetongue, fiż-żoni ristretti u minnhom.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/75/KE.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“każ ta’ bluetongue” ifisser annimal li jissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
Barra minn hekk, sett ta’ dejta epidemjoloġika għandu jindika li s-sinjali kliniċi jew ir-riżultati ta’ testijiet tal-laboratorju li jissuġġerixxu infezzjoni tal-bluetongue huma l-konsegwenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fl-azjenda li fiha jinżamm l-annimal u mhux ir-riżultat ta’ l-introduzzjoni ta’ annimali vvaċċinati jew seropożittivi minn żoni ristretti. |
(b) |
“inċidenza tal-bluetongue” tfisser incidenza ta’ dik il-marda kif iddefinita fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 82/894/KEE; |
(ċ) |
“inċidenza primarja tal-bluetongue” tfisser inċidenza kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 82/894/KEE, filwaqt li jitqies il-fatt li, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva, każ ta’ bluetongue huwa inċidenza primarja fil-każijiet li ġejjin:
|
(d) |
“żona ristretta” tfisser żona li tikkonsisti f’żoni kemm ta’ protezzjoni kif ukoll ta’ sorveljanza stabbilita f’konformità ma’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2000/75/KE; |
(e) |
“żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun” tfisser żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ Stat Membru li għaliha s-sorveljanza, għal parti mis-sena, ma turi ebda evidenza ta’ trażmissjoni tal-virus bluetongue jew ta’ Culicoides adulti li x’aktarx ikunu organiżmi kompetenti li jġorru l-mikrobu tal-bluetongue; |
(f) |
“tranżitu” ifisser il-moviment ta’ annimali:
|
KAPITOLU 2
IMMONITORJAR U SORVELJANZA U SKAMBJU TA’ TAGĦRIF
Artikolu 3
Notifika tal-bluetongue
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw inċidenzi primarji u inċidenzi tal-bluetongue permezz tas-Sistema ta’ Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali, bl-użu ta’ għamliet ikkodifikati u l-kodiċijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/176/KE.
Artikolu 4
Programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue
L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi li ġejjin f’konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I:
(a) |
programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue f’żoni ristretti (‘il-programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue’); |
(b) |
programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue barra minn żoni ristretti (‘programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue’). |
Artikolu 5
Tagħrif epidemjoloġiku
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-BlueTongue NETwork application (“BT-Net system”), stabbilita mid-Deċiżjoni 2007/367/KE, tagħrif dwar il-bluetongue miġbur matul l-implimentazzjoni tal-programmi għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue, u b’mod partikolari:
(a) |
rapport fix-xahar, li jiġi trasmess mhux iktar tard minn xahar wara t-tmiem tax-xahar tar-rapportar, li għandu jikkonsisti mill-inqas minn:
|
(b) |
rapport intermedju li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena, u li jiġi trasmess kull sena sal-31 ta’ Lulju l-iktar tard, li għandu jikkonsisti mill-inqas f’:
|
(ċ) |
rapport annwali, li jiġi trasmess sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, li għandu jikkonsisti fit-tagħrif irreferit fil-punti (b)(i) u (ii) għas-sena preċedenti. |
2. It-tagħrif li għandu jiġi trasmess lill-BT-Net system huwa stabbilit fl-Anness II.
KAPITOLU 3
RESTRIZZJONIJIET F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-MOVIMENTI TA’ L-ANNIMALI U TAS-SEMEN, TAL-BAJD U TA’ L-EMBRIJUNI TAGĦHOM
Artikolu 6
Żoni ristretti
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni ż-żoni ristretti tagħhom, u kull bidla fis-sitwazzjoni ta’ dawk iż-żoni fi żmien 24 siegħa.
2. Qabel ma jieħdu kull deċiżjoni sabiex ineħħu żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku minn żona ristretta, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif issostanzjat li juri l-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue f’dik iż-żona matul perjodu ta’ sentejn wara l-implimentazzjoni tal-programm għall-immonitorjar tal-bluetongue.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, il-lista ta’ żoni ristretti.
4. L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista taż-żoni ristretti fit-territorju tagħhom u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-pubbliku.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, għall-finijiet ta’ tagħrif biss, fuq is-sit ta’ l-internet tagħha l-lista aġġornata ta’ żoni ristretti.
Din il-lista għandha tinkludi tagħrif dwar is-serotipi tal-virus tal-bluetongue li jiċċirkolaw f’kull żona ristretta, li jippermetti, għall-finijiet ta’ l-Artikoli 7 u 8, l-identifikazzjoni taż-żoni ristretti ddemarkati fi Stati Membri differenti fejn l-istess serotipi tal-virus tal-bluetongue jkunu qegħdin jiċċirkolaw.
Artikolu 7
Kondizzjonijiet għal movimenti fi ħdan l-istess żona ristretta
1. Movimenti ta’ annimali fi ħdan l-istess żona ristretta fejn l-istess serotip jew serotipi tal-virus tal-bluetongue qiegħed jiċċirkola jew qegħdin jiċċirkolaw għandhom ikunu permessi mill-awtorità kompetenti sakemm l-annimali li jkunu se jiċċaqilqu ma juruwx xi sinjal kliniku tal-bluetongue dakinhar tat-trasport.
2. Madankollu, movimenti ta’ annimali minn żona protetta lejn żona ta’ sorveljanza jistgħu jkunu permessi biss jekk:
(a) |
l-annimali jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III; jew |
(b) |
l-annimali jkunu konformi ma’ kull garanzija oħra xierqa tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta’ annimali bħal dawn; jew |
(ċ) |
l-annimali huma ddestinati għall-qatla immedjata. |
3. L-Istat Membru ta’ l-oriġini għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali rreferiti fil-paragrafu 2(b).
4. Għall-annimali rreferiti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“Annimali f’konformità ma’ … (l-Artikolu 7(1) jew 7(2)(a) jew 7(2)(b) jew 7(2)(ċ), indika kif xieraq) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (*).
Artikolu 8
Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ previsti fid-Direttiva 2000/75/KE
1. Movimenti ta’ annimali, tas-semen, tal-bajd u ta’ l-embrijuni tagħhom, minn azjenda jew ċentru għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen li jinsabu f’żona ristretta lejn azjenda oħra jew ċentru ieħor għall-ġbir jew għall-ħażna tas-semen għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ stabbilita f’konformità ma’ l-Artikolu 9(1)(ċ) u l-punt 1 ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/75/KE sakemm l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom ikunu konformi:
(a) |
mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III għal dan ir-Regolament; jew |
(b) |
ma’ kull garanzija oħra xierqa tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta’ annimali bħal dawn; |
2. L-Istat Membru ta’ l-oriġini għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali rreferiti fil-paragrafu 1(b).
3. Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ gwida, taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom li jitressqu f’konformità mal-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b), ma jitressqux b’mod sussegwenti lejn Stat Membru ieħor għajr meta l-annimali jkunu konformi mal-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(a).
4. Movimenti ta’ annimali minn azjenda li tinsab f’żona ristretta għall-qatla immedjata għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ f’konformità ma’ l-Artikolu 9(1)(ċ) u l-punt 1 ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/75/KE sakemm:
(a) |
ebda każ ta’ bluetongue ma jkun ġie rreġistrat fl-azjenda ta’ l-oriġini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ; |
(b) |
l-annimali jigu ttrasportati taħt sorveljanza uffiċjali b’mod dirett lejn il-biċċerija għall-qatla fi żmien 24 siegħa mill-wasla fil-biċċerija tad-destinazzjoni; |
(c) |
l-awtorità kompetenti fil-post tad-dispaċċ tinnotifika l-moviment maħsub ta’ l-annimali lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni mill-inqas 48 siegħa qabel it-tgħabbija ta’ l-annimali. |
5. Minkejja l-paragrafu 4(b), l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tista’ tesiġi, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji, li l-awtorità kompetenti tal-post ta’ l-oriġini tistabbilixxi proċedura ta’ gwida rreferita fiha għat-trasport ta’ l-annimali lejn biċċeriji magħżulin.
Kull biċċerija magħżula bħal din għandha tiġi identifikata fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji li għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.
Tagħrif dwar il-biċċeriji magħżulin għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn u għall-pubbliku. Dan it-tagħrif għandu jkun disponibbli wkoll permezz tal-BT-Net system.
6. Għall-annimali, is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom irreferiti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“… (Semen, bajd u embrijuni ta’ l-annimali indika kif xieraq) f’konformità ma’ … (l-Artikolu 8(1)(a) jew 8(1)(b) jew 8(4), indika kif xieraq) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (**).
Artikolu 9
Kondizzjonijiet oħrajn għat-tranżitu ta’ l-annimali
1. It-tranżitu ta’ l-annimali għandu jkun permess mill-awtorità kompetenti sakemm:
(a) |
annimali minn żona ristretta li jitressqu f’żoni barra miż-żona ristretta u l-mezzi li fihom jiġu ttrasportati jiġu ttrattati b’insettiċidi u/jew b’elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti li huma awtorizzati wara li jsiru tindif u diżinfezzjoni xierqa fil-post tat-tgħabbija u f’kull każ qabel ma jitilqu miż-żona ristretta; |
(b) |
annimali li jitressqu minn żona barra minn żona ristretta lejn żona ristretta u l-mezzi li fihom jiġu ttrasportati jiġu ttrattati b’insettiċidi u/jew b’elementi kimiċi awtorizzati li jkeċċu l-insetti wara li jsiru tindif u diżinfezzjoni xierqa fil-post tat-tgħabbija u f’kull każ qabel ma jidħlu fiż-żona ristretta; |
(ċ) |
meta jkun previst perjodu ta’ mistrieħ f’post ta’ kontroll matul il-moviment lejn żona ristretta, l-annimali jkunu protetti kontra kull attakk minn organiżmi li jġorru l- mikrobu. |
2. Għall-annimali rreferiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:
“Trattament b’insettiċidi/b’elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti fuq … (niżżel l-isem tal-prodott) nhar … (niżżel id-data) fi … (niżżel il-ħin) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (***).
3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mhux se japplika iktar f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ żona ħielsa minn organiżmi li jġorru l-mikrobu tal-bluetongue skond l-istaġun meta jkunu għaddew iktar minn 60 jum mid-data tal-bidu tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V.
Madankollu, dik l-eżenzjoni m’għandhiex tapplika iktar wara t-tmiem tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, fuq il-bażi tal-programm għall-immonitorjar tal-bluetongue.
KAPITOLU 4
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 10
Revoka
Id-Deċiżjoni 2005/393/KE qiegħda tiġi rrevokata.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 378, 31.12.1982. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).
(2) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(3) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/357/KE (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44).
(4) OJ L 59, 5.3.2005, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48).
(5) Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 480, 1-20.
(6) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(7) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 30.
(8) Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 479, 1-29.
(9) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/1964. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(10) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(11) ĠU L 268, 14.9.1992, p 54. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
(12) ĠU L 208, 19.8.1993, p .34.
ANNESS I
Rekwiżiti minimi għal programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza tal-bluetongue (irreferiti fl-Artikolu 4)
1. Rekwiżiti minimi għal programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue sabiex jiġu implimentati mill-Istati Membri f’żoni ristretti
Programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue f’żoni ristretti għandhom ikunu mmirati lejn il-provvista ta’ tagħrif dwar id-dinamika tal-bluetongue f’żona diġà suġġetta għal restrizzjonijiet.
L-unità ġeografika ta’ referenza għandha tkun definita minn struttura ta’ madwar 45 × 45 km (madwar 2 000 km2) għajr jekk kondizzjonijiet ambjentali speċifiċi jiġġustifikaw daqs differenti. F’ċerti Stati Membri, ir-“reġjun” kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE jista’ jintuża bħala l-unità ġeografika ta’ referenza għall-finijiet ta’ mmonitorjar.
Programmi għall-immonitorjar tal-bluetongue għandhom jikkonsistu mill-inqas mill-elementi li ġejjin:
1.1. |
Immonitorjar seroloġiku permezz ta’ annimali ta’ l-għassa:
|
1.2. |
Immonitorjar entomoloġiku
|
2. Rekwiżiti minimi għal programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue sabiex jiġu implimentati mill-Istati Membri barra minn żoni ristretti
Programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue barra minn żoni ristretti għandhom ikunu mmirati lejn is-sejbien taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fi Stat Membru ħieles mill-bluetongue jew f’żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku u għandhom jikkonsistu mill-inqas mill-elementi li ġejjin:
2.1. |
Sorveljanza klinika passiva:
|
2.2. |
Sorveljanza seroloġika:
|
2.3. |
Sorveljanza entomoloġika:
|
(1) Saret stima li perċentwal ta’ 20 % huwa r-rata annwali normali ta’ serokonverżjoni f’żona infettata. Madankollu, fil-Komunità, iċ-ċirkolazzjoni tal-virus isseħħ l-iktar f’perjodu ta’ madwar sitt xhur (tmiem ir-Rebbiegħa/nofs il-Ħarifa). Għaldaqstant, perċentwal ta’ 2 % huwa stima konservattiva tar-rata mistennija fix-xahar ta’ serokonverżjoni.
ANNESS II
Tagħrif li għandu jiġi trasmess mill-Istati Membri lill-BT-Net system (irreferit fl-Artikolu 5(2))
It-tagħrif li għandu jiġi trasmess mill-Istati Membri lill-BT-Net system għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
1. Dejta seroloġika/viroloġika dwar il-bluetongue
(a) |
Diviżjoni/unità amministrattiva |
(b) |
Speċi ta’ annimali ttestjati |
(c) |
It-tip ta’ skema ta’ sistema għas-sorveljanza (“sistema ta’ għassa” jew “servej perjodiku”) |
(d) |
It-tip ta’ testijiet dijanjostiċi li jsiru (ELISA, newtralizzazzjoni tas-serum, PCR, iżolament tal-virus) |
(e) |
Ix-xahar u s-sena |
(f) |
In-numru ta’ annimali li jkunu ġew ittestjati (1) |
(g) |
In-numru ta’ annimali pożittivi |
(h) |
Is-serotip iddeterminat b’mod seroloġiku jew viroloġiku (għandha tkun ipprovduta dejta f’każ ta’ riżultati pożittivi għal testijiet għan-newtralizzazzjoni tas-serum jew għall-iżolazzjoni tal-virus) |
2. Dejta entomoloġika dwar il-bluetongue
(a) |
Diviżjoni amministrattiva |
(b) |
L-identità unika tas-sit (kodiċi unika għal kull sit fejn isir il-qbid) |
(c) |
Id-data tal-ġbir |
(d) |
Il-latitudni u l-lonġitudni |
(e) |
In-numru totali ta’ Culicoides spp. miġburin |
(f) |
In-numru ta’ C. imicola miġburin, jekk ikun disponibbli |
(g) |
In-numru ta’ C. obsoletus Complex miġburin, jekk ikun disponibbli |
(h) |
In-numru ta’ C. obsoletus sensu strictu miġburin, jekk ikun disponibbli |
(i) |
In-numru ta’ C. scoticus miġburin, jekk ikun disponibbli |
(j) |
In-numru ta’ C. Pulicaris Complex miġburin, jekk ikun disponibbli |
(k) |
In-numru ta’ C. Nubeculosus complex miġburin, jekk ikun disponibbli |
(l) |
In-numru ta’ C. dewulfii miġburin, jekk ikun disponibbli |
(m) |
Dejta rilevanti oħra |
3. Id-data tat-tilqim tal-bluetongue
(a) |
Diviżjoni amministrattiva |
(b) |
Is-sena/is-semestru |
(c) |
It-tip ta’ vaċċin |
(d) |
Il-ġabra tas-serotipi |
(e) |
L-ispeċi ta’ l-annimali li jkunu ġew ivvaċċinati |
(f) |
In-numru totali ta’ merħliet fl-Istat Membru |
(g) |
In-numru totali ta’ annimali fl-Istat Membru |
(h) |
In-numru totali ta’ merħliet fil-programm ta’ tilqim |
(i) |
In-numru totali ta’ annimali fil-programm ta’ tilqim |
(j) |
In-numru totali ta’ merħliet li jkunu ġew ivvaċċinati |
(k) |
In-numru ta’ annimali li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim ta’ frieħ”) |
(l) |
In-numru ta’ frieħ li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim tal-massa”) |
(m) |
In-numru ta’ adulti li jkunu ġew ivvaċċinati (fejn it-tip ta’ tilqim huwa “tilqim tal-massa”) |
(n) |
Id-dożi tal-vaċċin li jkun ingħata |
(1) Jekk jintużaw provvisti ta’ sera, għandha tiġi rrapportata stima tan-numru ta’ annimali li jikkorrispondi għall-provvisti li jkunu ġew ittestjati.
ANNESS III
Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ (irreferiti fl-Artikoli 7(2)(a) u 8(1)(a))
A. Annimali
L-annimali jridu jkunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu tal-Culicoides matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni.
Barra minn hekk, mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn 1 sa 7 għandha tiġi ssodisfata:
(1) |
L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun sa mit-twelid jew mill-inqas għal 60 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u ta’ Vaċċini għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) (1) (“Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE”), b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-moviment. Madankollu, dak it-test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent m’għandux ikun neċessarju għal Stati Membri jew għal reġjuni ta’ Stat Membru fejn dejta epidemjoloġika biżżejjed, li tinkiseb wara l-implimentazzjoni ta’ programm għall-immonitorjar għal perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin, tissostanzja d-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dik il-possibbiltà għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali; |
(2) |
L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tad-dispaċċ; |
(3) |
L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, jew ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum u jkunu ġew suġġetti matul dak il-perjodu għal test seroloġiku skond il-Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi għall-grupp tal-virus bluetongue, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu jew tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun; |
(4) |
L-annimali jkunu nżammu sad-dispaċċ f’żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, iddefinit f’konformità ma’ l-Anness V, jew ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum u jkunu ġew suġġetti matul dan il-perjodu għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal għall-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu jew tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun; |
(5) |
L-annimali jkunu joriġinaw minn merħla vvaċċinata skond programm ta’ tilqim adottat mill-awtorità kompetenti u l-annimali jkunu ġew ivvaċċinati kontra s-serotip(i) preżenti jew li x’aktarx ikun(u) preżenti f'żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku, l-annimali jkunu għadhom fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ l-immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim u l-annimali jkunu jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE: “Annimal(i) ivvaċċinat(i) kontra serotip/i tal-bluetongue … (niżżel is-serotip/i) bi … (niżżel l-isem tal-vaċċin) b’vaċċin inattiv/immodifikat li jagħmel użu minn batterji/virus “ħajjin” għall-immunità (indika, kif xieraq) nhar … (niżżel id-data) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (*). |
(6) |
L-annimali jkunu nżammu dejjem f’żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku fejn mhux iktar minn serotip wieħed kien preżenti jew huwa preżenti jew x’aktarx li jkun preżenti u:
Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE: “Annimal(i) f’konformità ma’ l-Anness III(6) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (**). |
(7) |
L-annimali jkunu ġew suġġetti għal test seroloġiku speċifiku xieraq skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ l-antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi kollha tal-virus bluetongue preżenti jew li x’aktarx ikunu preżenti, b’riżultati pożittivi għas-serotipi kollha preżenti jew li x’aktarx ikunu preżenti fiż-żona ġeografika ta’ l-oriġini rilevanti b’mod epidemjoloġiku, u
Meta l-annimali rreferiti f’dan il-punt ikunu maħsubin għall-kummerċ fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew irreferiti fid-Deċiżjoni 93/444/KEE: “Annimal(i) f’konformità ma’ l-Anness III(7) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 (***). |
B. Is-semen ta’ l-annimali
Is-semen irid jinkiseb minn annimali donaturi li jkunu konformi mill-inqas ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikunu nżammu barra żona ristretta għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu; |
(b) |
ikunu ġew protetti kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu; |
(c) |
ikunu nżammu matul il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun f’żona ħielsa skond l-istaġun mill-bluetongue, iddefinita f’konformità ma’ l-Anness V, għal perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu u jkunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mhux iktar kmieni minn sebat ijiem qabel id-data tal-bidu tal-ġbir tas-semen. Madankollu, dan it-test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent m’għandux ikun neċessarju fi Stati Membri jew f’reġjuni ta’ Stat Membru fejn dejta epidemjoloġika biżżejjed, li tinkiseb wara l-implimentazzjoni ta’ programm għall-immonitorjar matul perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin, tissostanzja d-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun, kif iddefinit fl-Anness V. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
(d) |
ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE għas-sejbien ta’ antikorpi għall-grupp tal-virus bluetongue, b’riżultati negattivi, mill-inqas kull 60 jum matul il-perjodu ta’ ġbir u bejn 21 u 60 jum wara l-ġabra finali; |
(e) |
ikunu ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni ta’ l-aġent, b’riżultati negattivi, skond il-Manwal ta’ l-Annimali li jgħixu fuq l-Art ta’ l-OIE li jkun sar fuq kampjuni tad-demm li nġabru:
|
C. Bajd u embrijuni ta’ l-annimali
1. |
Embrijuni u bajd li jitnisslu minn organiżmi ħajjin ta’ l-ifrat għandhom jinġabru f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (2). |
2. |
Embrijuni u bajd li jitnisslu minn organiżmi ħajjin ta’ annimali barra l-ifrat u embrijuni ta’ l-ifrat prodotti fil-laboratorju jridu jkunu nkisbu minn annimali donaturi, li jkunu konformi ma’ mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) http://www.oie.int/eng/normes/en_mcode.htm?e1d10
ANNESS IV
Kriterji għall-għażla tal-biċċeriji għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ (irreferiti fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8(5))
Għall-finijiet ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għall-għażla tal-biċċeriji sabiex il-movimenti ta’ l-annimali jkunu ggwidati minn azjenda li tinsab f’żona ristretta lejn il-qatla immedjata, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tuża mill-inqas il-kriterji li ġejjin:
1. |
id-dejta disponibbli permezz ta’ programmi għall-immonitorjar u għas-sorveljanza, l-iktar fir-rigward ta’ l-attività ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu; |
2. |
id-distanza mill-punt tad-dħul fiż-żona mhux ristretta sal-biċċerija; |
3. |
id-dejta entomoloġika dwar ir-rotta; |
4. |
il-perjodu tal-jum li matulu jseħħ it-trasport f’relazzjoni mas-sigħat ta’ attività ta’ l-organiżmi li jġorru l-mikrobu; |
5. |
l-użu possibbli ta’ insettiċidi u ta’ elementi kimiċi li jkeċċu l-insetti f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (1); |
6. |
il-post fejn tinsab il-biċċerija fir-rigward ta’ l-azjendi tal-bhejjem; |
7. |
il-miżuri ta’ bijosigurtà fis-seħħ fil-biċċerija. |
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
ANNESS V
Kriterji għad-definizzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun (irreferiti fl-Artikolu 9(3))
Għall-finijiet li tiġi ddeterminata żona ħielsa mill-bluetongue skond l-istaġun, il-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għal żona ġeografika speċifika rilevanti b’mod epidemjoloġiku ta’ Stat Membru (“żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku”) għandha tkun iddefinita mill-awtorità kompetenti bl-użu ta’ mill-inqas il-kriterji li ġejjin:
1. Kriterji ġenerali
(a) |
Irid ikun hemm fis-seħħ programm għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue. |
(b) |
Il-kriterji speċifiċi u l-limiti użati għad-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għandhom ikunu ddefiniti billi jitqiesu l-ispeċi tal-Culicoides li ġew ippruvati jew li huma ssuspettati li huma l-organiżmi ewlenin li jġorru l-mikrobu fiż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku. |
(c) |
Il-kriterji użati għad-determinazzjoni tal-perjodu ħieles mill-organiżmi li jġorru l-mikrobu skond l-istaġun għandhom jiġu applikati filwaqt li titqies id-dejta minn snin kurrenti u preċedenti (dejta storika). Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-aspetti marbutin ma’ l-istandardizzazzjoni ta’ dejta ta’ sorveljanza. |
2. Kriterji speċifiċi
(a) |
Ebda ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue fi ħdan iż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku, kif muri mill-programmi għas-sorveljanza tal-bluetongue jew minn evidenza oħra li tissuġġerixxi waqfa fil-virus bluetongue. |
(b) |
Waqfien ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu u ta’ l-attività probabbli ta' l-organiżmu li jġorr il-mikrobu, kif muri permezz ta’ sorveljanza entomoloġika bħala parti mill-programmi għall-immonitorjar u/jew għas-sorveljanza tal-bluetongue. |
(c) |
Qbid ta’ speċi tal-Culicoides ippruvati jew issuspettati li huma l-organiżmi li jġorru l-mikrobu tas-serotip preżenti fiż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku taħt limitu massimu ta’ organiżmi li jġorru l-mikrobu miġburin li għandu jiġi ddefinit għaż-żona ġeografika rilevanti b’mod epidemjoloġiku. Fl-assenza ta’ evidenza soda li ssostni d-determinazzjoni tal-limitu massimu, għandu jkun hemm assenza totali ta’ kampjuni tal-Culicoides imicola u għandhom jintużaw inqas minn ħames parous Culicoides għal kull nasba. |
3. Kriterji addizzjonali
(a) |
Kondizzjonijiet tat-temperatura li jħallu impatt fuq l-imġiba ta’ l-attività ta' organiżmi li jġorru l-mikrobu għaż-żona ġeografika rilevanti b'mod epidemjoloġiku. Il-limiti tat-temperatura għandhom jiġu ddefiniti billi titqies l-imġiba ekoloġika ta’ l-ispeċi tal-Culicoides ippruvati jew issuspettati li huma l-organiżmi li jġorru l-mikrobu tas-serotip preżenti fiż-żona ġeografika rilevanti b'mod epidemjoloġiku. |