23.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 279/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1233/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jiffissa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward ta' l-akkreditament ta' l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn u l-kwittanza tal-kontijiet tal-FAEG u l-FAEŻR [traduzzjoni mhux uffiċjali]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (il-EAGF) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-EAFRD) jiffinanzjaw biss, f'kuntest tal-ġestjoni konġunta, nefqa li ssir skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ħlasijiet mhux dovuti li saru mill-Istati Membri lill-benfiċjarji li ma jirriżultawx minn irregolaritajiet skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (2) iżda minn żbalji li jkunu saru mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, ma jsirux skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u għalhekk għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-baġit Komunitarju. Huwa għal din ir-raġuni li, jekk dawn il-ħlasijiet mhux dovuti ma jkunux ġew irkuprati mill-Istati Membri sa tmiem is-sena finanzjarja li fiha jkunu intgħarfu, għandhom jiġu esklużi mill-kontijiet annwali ta' l-aġenziji tal-pagamenti. Bħala konsegwenza, dawn il-ħlasijiet m'għandhomx jiġu inklużi fit-tabelli pprovduti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (3).

(2)

Skond l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport fil-qosor tal-proċeduri ta' rkupru meta jibagħtu l-kontijiet annwali. Fir-rapport, l-Istati Membri jridu jindikaw separatament l-ammonti mhux irkuprati fil-limiti ta' żmien speċifikati kif ukoll l-ammonti li għalihom ġie deċiż li ma jinġabarax l-irkupru. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kwittanza tal-kontijiet ta' l-aġenzija tal-pagamenti mill-Kummissjoni, il-kontijiet għandhom jinkludu l-ammont totali li għandu jinżamm lill-baġit Komunitarju u l-ammont totali li għandu jinżamm lill-baġit lill-Istat Membru skond, rispettivament, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005 għal-FAEG u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 33(8) għall-FAEŻR kif ukoll l-ammont totali li għandu jinżamm lill-baġit Komunitarju skond, rispettivament, l-Artikolu 32(6) għall-FAEG u l-Artikolu 33(7) għall-FAEŻR tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(3)

Għal skopijiet ta' kontabilità, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jibagħtu lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kontijiet annwali, tagħrif dwar somom li għandhom jiġu rkuprati għajr dawk li jirriżultaw minn żbalji li jkunu saru mill-amministrazzjonijiet nazzjonali jew irregolaritajiet li jkunu twettqu mill-benefiċjarji bħal, per eżempju, somom li għandhom jiġu rkuprati bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' tnaqqis u esklużjonijiet għal ksur ta' obbligi ta' kundizzjonalità. Għal dan il-għan, għandu jinżied mudell li juri l-informazzjoni meħtieġa.

(4)

Ċerti referenzi b'rabta mas-sikurezza tas-sistemi ta' informazzjoni għandhom jiġu aġġornati wara bidliet reċenti f'dan ir-rigward.

(5)

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta' l-Anness II, l-Anness għandu jiġi simplifikat.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

“Artikolu 6

Kontenut tal-kontijiet annwali

Il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 8(1)(ċ)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom jinkludu:

(a)

id-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005;

(b)

in-nefqa ta' l-EAGF wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe pagament mhux dovut u mhux irkupratrkuprat sa tmiem is-sena finanzjarja għajr dawk imsemmija fil-punti (h) u (i), inkluż kull imgħax fuqhom, mogħti f'partiti u subpartiti fil-baġit Komunitarju;

(ċ)

in-nefqa ta' l-EAGF, skond il-programm u l-miżura. Wara l-għeluq tal-programm, kwalunkwe pagament mhux dovut u mhux irkuprat għajr dawk imsemmija fil-punti (h) u (i), inkluż kull imgħax fuqhom, għandhom jitnaqqsu min-nefqa tas-sena finanzjarja in kwistjoni;

(d)

informazzjoni dwar l-infiq u d-dħul assenjat jew konferma li d-dettalji ta' kull transazzjoni qegħdin fuq fajl kompjuterizzat għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni;

(e)

tabella ta' differenza skond il-partita u s-subpartita jew, fil-każ tal-FAEŻR, skond il-programm u l-miżura, bejn l-infiq u d-dħul assenjat iddikjarati fil-kontijiet annwali u dawk iddikjarati għall-istess perjodu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 dwar iż-żamma tal-kontijiet mill-aġenziji tal-pagament, dikjarazzjonijiet ta' nfiq taħt il-FAEG u l-FAEŻR (*), sa fejn huwa kkonċernat l-FAEG, u l-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament fir-rigward tal-FAEŻR, akkumpanjata minn spjegazzjoni għal kull differenza.

(f)

separatament, l-ammonti li għandhom jiġġarrbu, rispettivament, mill-Istat Membru kkonċernat u l-Komunità skond l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005;

(g)

separatament, l-ammonti li għandhom jiġġarrbu, rispettivament, mill-Istat Membru kkonċernat u l-Komunità skond l-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 33(8) u l-Artikolu 33(7) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005;

(h)

it-tabella tal-pagamenti mhux dovuti li għandhom jiġu rkuprati sa tmiem is-sena finanzjarja bħala konsegwenza ta' irregolaritajiet skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (**), inkluż sanzjonijiet u mgħax fuqhom, skond il-mudell stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(i)

silta mill-kont tad-debituri ta' l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u kkreditati lill-FAEG jew lill-FAEŻR għajr dawk imsemmija fil-punti (b), (ċ) u (h), inkluż kwalunkwe sanzjoni u mgħax fuqhom, skond il-mudell stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(j)

sommarju ta' operazzjonijiet ta' intervent u dikjarazzjoni tal-kwantità u ta' fejn qegħdin l-istokkijiet fi tmiem is-sena finanzjarja.

(k)

konferma li d-dettalji ta' kull moviment ta' ħżin ta' intervent jinżamm fuq il-fajls ta' l-aġenzija tal-pagamenti.

(*)  ĠU L 171, 23.6.1996, p. 1."

(**)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.”"

(2)

L-Anness I huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament

(3)

L-Anness III huwa mibdul mill-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(4)

Wara l-Anness III, it-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament jiddaħħal fl-Anness IIIa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1), (3) u (4) ta' l-Artikolu 1 għandu japplika mis-16 ta' Ottubru 2007 fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008 u wara.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

Il-punt 3(B) ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“Is-sigurtà tas-sistemi ta' l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati f'verżjoni applikabbli fis-sena finanzjarja kkonċernata ta' wieħed minn dawn l-istandards aċċettati internazzjonalment:”

(b)

Il-punt (i) jinbidel bis-segwenti:

“(i)

International Standards Organisation 27002: Code of practice for Information Security management (ISO),”


ANNESS II

“ANNESS III

Tabella mudell imsemmija fl-Artikolu 6(h)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kull aġenzija tal-pagamenti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(i) billi jużaw din it-tabella.

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

k

l

m

n

o

p

q

r

s

t

(l + m + n + o)

u

Aġenzija tal-Pagamenti

Fond

(referenza għal (KE) Nrū 1290/2005, Art. 3 jew 4)

Sena finanzjarja n

Valuta

Numru ta' identifikazzjoni tal-każ

Identifikazzjoni ECR jekk applikabbli (1)

Każ inkluż fil-kont tad-debituri

Identifikazzjoni tal-benfiċjarju

Programm magħluq?

(għall-EAFRD biss)

Sena finanzjarja tas-sejba primarja ta' l-irregolarità

Soġġett għal proċeduri ġudizzjarji

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat

Ammont totali kkoreġut

(perjodu sħiħ ta' rkupru)

Ammont totali rkuprat

(perjodu sħiħ ta' rkupru)

Ammont iddikjarat bħala li ma jistax jiġi rkuprat

Sena finanzjarja ta' meta ġiet stabbilita l-irrekuperabiltà

Raġunijiet għall-irrekuperabbiltà

L-ammont korrett

(fis-sena finanzjarja n)

L-ammont irkuprat

(fis-sena finanzjarja n)

L-ammont li l-irkupru għalih għadu għaddej

L-ammont li jrid jkun kreditat lill-baġit Komunitarju

 

3/4

 

 

 

 

iva/le

 

 

 

iva/le

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3/4

 

 

 

 

iva/le

 

 

 

iva/le

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3/4

 

 

 

 

iva/le

 

 

 

iva/le

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3/4

 

 

 

 

iva/le

 

 

 

iva/le

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Din tikkonċerna l-identifikazzjoni unika tal-każijiet notifikati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56).”


ANNESS III

“ANNESS IIIa

Tabella mudell imsemmija fl-Artikolu 6(i)

Ammonti oħra pendenti fil-ktieb tad-debituri li għandhom jiġu kkreditati lill-FAEG u l-FAEŻR.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kull aġenzija tal-pagamenti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(i) billi jużaw din it-tabella.

a

b

ċ

d

e

f

g

h

Aġenzija tal-Pagamenti

Fond

Valuta

Bilanċ

15 ta' Ottubru N-1

Każijiet ġodda

(sena N)

Irkupri totali

(sena N)

Korrezzjonijiet totali inklużi ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati

(sena N)

Ammont li għandu jiġi rkuprat

15 ta' Ottubru N”