|
18.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 274/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1212/2007
tas-17 ta’ Ottubru 2007
li jemenda diversi regolamenti rigward il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-florikoltura, frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti ta’ l-agrikoltura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (2) jipprovdi għal emendi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex. |
|
(2) |
Regolamenti li jemendaw l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (3) fis-snin preċedenti wkoll daħħlu tibdiliet fin-Nomenklatura Magħquda għal ċerti frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, u dawn l-emendi mhumiex kollha riflessi fir-Regolamenti li ġejjin li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq fil-prodotti tal-florikoltura, fil-frott u l-ħxejjex u fil-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 316/68 tat-12 ta’ Marzu 1968 li jiffissa l-istandards ta’ kwalità għal fjuri maqtugħin friski u weraq frisk ornamentali (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/2003 tad-19 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-qaqoċċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98 (7). |
|
(3) |
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 316/68, (KE) Nru 3223/94, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1466/2003 għaldaqstant għandhom jiġu emendati skond dan. |
|
(4) |
L-emendi pprovduti b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjonijiet tal-Kumitat ta' Ġestjoni għax-Xtieli Ħajjin, il-Frott u l-Ħxejjex Friski, il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti Ipproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 316/68 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness I, il-punt I, “Nru 06.03 A” għandu jinbidel b'“CN 0603 ”; |
|
(3) |
Fl-Anness II, il-punt I, “Nru 06.04 A II” għandu jinbidel b'“CN 0604 ”. |
Artikolu 2
Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3223/94, il-Parti A, “ex 0709 10 00 ” għandu jinbidel b'“ex 0709 90 80 ”.
Artikolu 3
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt a), is-sezzjoni “ex 0812 ”, “ex 0812 90 99 ” għandha tinbidel b'“ex 0812 90 98 ”; |
|
(2) |
fil-punt b), is-sezzjoni “ex 2005 ”, “2005 90 10 ” għandha tinbidel b'“2005 99 10 ”. |
Artikolu 4
Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1466/2003, “0709 10 00 ” għandu jinbidel b'“0709 90 80 ”.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).
(2) ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1.)
(4) ĠU L 71, 21.3.1968, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 309/79 (ĠU L 42, 17.2.1979, p. 21).
(5) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
(6) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
(7) ĠU L 210, 20.8.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).