|
3.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1146/2007
tat-2 ta’ Ottubru 2007
li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta' l-10 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta' l-ikel minn stokkijiet ta' l-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabblixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-Ewro (2), u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta' ikel mill-ħażna ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena finanzjarja 2008. Il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandha tkun meħudha mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent. |
|
(2) |
L-Istati Membri involuti fil-pjan għas-sena finanzjarja 2008 kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tar-riżorsi, għandhom jitqiesu l-esperjenza miksuba u l-grad li bih l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin finanzjarji preċedenti. |
|
(4) |
L-Artikolu 2(3)(1c), tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi l-għoti ta' allokazzjonijiet għax-xiri fis-suq ta' prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet ta' intervent. Billi l-ħażniet taċ-ċereali, tal-ħalib xkumat tat-trab u tar-ross li bħalissa qegħdin miżmuma għand il-korpi ta' l-intervent huma pjuttost ridotti u billi diġà ttieħdu xi miżuri, fir-rigward tal-bejgħ tagħhom fis-suq u t-tqassim tagħhom fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, u billi l-ebda xiri ta' dawn l-oġġetti ta’ l-ikel ma ġie previst fl-2007, dawn l-allokazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati sabiex ikun possibbli x-xiri taċ-ċereali, tal-ħalib tat-trab xkumat u tar-ross meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjan għas-sena finanzjarja 2008. |
|
(5) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprevedi t-trasferiment bejn l-Istati Membri ta' prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet ta' intervent ta' l-Istat Membru jew il-prodotti meħtieġa fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-pjan annwali. Jeħtieġ għalhekk li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intrakomunitarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-pjan għall-2008, bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92. |
|
(6) |
Għall-implementazzjoni tal-pjan, l-aspett operattiv fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika. |
|
(7) |
Fil-qafas ta' l-elaborazzjoni ta' dan il-pjan, bi qbil ma l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir ta' l-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità meta kienet qed tħejji dan il-pjan. |
|
(8) |
Il-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-2008, it-tqassim ta' l-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, b'applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87, għandu jsir skond il-pjan annwali ta' distribuzzjoni stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri fis-suq taċ-ċereali, il-ħalib xkumat tat-trab u r-ross meħtieġa fil-qafas tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 1 huma ddeterminati fl-Anness II.
Artikolu 3
It-trasferimenti intrakomunitarji elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament huma awtorizzati skond il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.
Artikolu 4
Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, id-data ta’ l-okkorrenza operattiva stabbilita bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 hija l-1 ta’ Ottubru 2007.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).
(2) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(3) ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 758/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 47).
ANNESS I
PJAN ANNWALI TAD-DISTRIBUZZJONI GĦALL-2008
|
a) |
Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan f'kull wieħed mill-Istati Membri
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
b) |
Il-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet ta' l-intervent tal-Komunità għad-distribuzzjoni lejn kull Stat Membru skond l-ammonti massimi stabbiliti f’ (a)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri ta' prodotti fis-suq Komunitarju fil-limiti ta' l-ammonti ffissati fl-Anness 1 taħt a):
|
(f'EUR) |
|||
|
Stat Membru |
Ċereali |
Ross |
Trab tal-ħalib xkumat |
|
Belgique/België |
2 120 960 |
800 000 |
3 300 000 |
|
България |
1 990 461 |
1 768 251 |
|
|
Česká republika |
36 472 |
|
81 843 |
|
Eesti |
182 358 |
|
|
|
Éire/Ireland |
|
|
147 834 |
|
Elláda |
4 535 189 |
|
8 003 986 |
|
España |
11 144 100 |
1 800 000 |
32 030 700 |
|
France |
8 718 857 |
5 225 181 |
30 516 427 |
|
Italia |
10 637 550 |
2 800 000 |
46 438 083 |
|
Latvija |
145 886 |
|
|
|
Lietuva |
1 463 223 |
606 607 |
706 455 |
|
Luxembourg |
|
|
76 864 |
|
Magyarország |
5 713 309 |
|
1 000 000 |
|
Malta |
62 275 |
25 078 |
82 327 |
|
Polska |
16 569 956 |
|
22 164 340 |
|
Portugal |
1 208 732 |
1 423 588 |
8 575 856 |
|
România |
15 355 270 |
|
|
|
Slovenija |
173 087 |
102 509 |
746 140 |
|
Suomi/Finland |
1 620 960 |
|
873 450 |
|
Total |
81 678 645 |
14 551 214 |
154 744 304 |
ANNESS III
Trasferimenti intrakomunitarji ta' zokkor awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit ta' l-2008
|
|
Kwantità f'tunnellati |
L-entità intitolata |
Destinatarji |
|
1. |
3 718 |
BIRB, Belgique |
ONIGC, Franza |
|
2. |
2 889 |
BIRB, Belgique |
The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency, Lietuva |
|
3. |
6 385 |
MVH, Magyarország |
ДФЗ, България |
|
4. |
14 826 |
MVH, Magyarország |
ARR, Polska |
|
5. |
15 157 |
MVH, Magyarország |
APIA, România |
|
6. |
769 |
MVH, Magyarország |
AAMRD, Slovenija |
|
7. |
397 |
AGEA, Italia |
National Research and Development Centre, Malta |
|
8. |
1 627 |
FEGA, España |
INGA, Portugal |