2.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 256/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1143/2007
ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ l-addittiv għall-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jagħmel parti mill-grupp ta’ mikroorganiżmi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
It-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li hija parti mill-grupp ta’ “mikro-organiżmi”, kienet awtorizzata skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524KEE (2), b’mod partikolari, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (3) mingħajr limitu ta’-żmien għall-użu mill-ħnienes, sa xahrejn, u għall-ħnieżer femminili, minn ġimgħa qabel ma jferrgħu sal-ftim. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din it-tħejjija biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għall-ħnieżer femminili mill-inseminazzjoni sal-ftim. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2007 li t-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (4). Ikkonkludiet ukoll li dik it-tħejjija ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din it-tħejjija turi li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 256/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 qiegħed jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva tħassret mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
(4) L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Toyocerin (Bacillus cereus var. Toyoi) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer femminili skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-7 ta’ Marzu 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 458, 1-9.
ANNESS
“ANNESS III
Mikroorganiżmi
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
CFU/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||
Mikroorganiżmi |
||||||||
E 1701 |
Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 |
Tħejjija ta’ Bacillus cereus var. toyoi li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv |
Ħnienes |
Xahrejn |
1 × 109 |
1 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
Ħnieżer femminili |
Mill-inseminazzjoni sal-ftim |
0,5 × 109 |
2 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting. |
Mingħajr limitu ta’ żmien” |