26.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 250/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1104/2007

tal-25 ta’ Settembru 2007

li jemenda għas-86 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7, it-13 u s-17 ta’ Settembru ta' l-2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat b'dan.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1025/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 231, 4.9.2007, p. 4).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (ċ) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa). Funzjoni: Na’ib Amir (Deputat Kmandant). Indirizz: (a) fl-inħawi ta' Kela /fl-inħawi ta' Danda, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, il-Pakistan, (b) Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, il-Pakistan, (ċ) Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, il-Pakistan, (b) ir-raħal ta' Srana, id-distrett ta' Garda Saray, il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (ċ) id-distrett ta' Neka, il-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan, (d) il-provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Tagħrif ieħor: (a) Mill-2004, kmandant maġġuri ta' l-operazzjonijiet fir-reġjuni tal-Lvant u n-Nofsinhar ta' l-Afganistan. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (ċ) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta' Garda Saray tal-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni naturali”:

“Lokman Amin Mohammed (magħruf bħala (a) Lokman Ami Mohamad, (b) Lukman Ami Mohammed). Data tat-twelid: 1.2.1974. Post tat-twelid: Kirkuk, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Numru tal-passaport: dokument ta' l-ivvjaġġar Ġermaniż (‘Reiseausweis’) A 006991. Tagħrif ieħor: taħt arrest fi Stadelheim, Munich, il-Ġermanja.”

(3)

Flok l-annotazzjoni “Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (magħruf bħala Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Numru tal-passaport: (a) dokument ta' l-ivvjaġġar Eġizzjan 939254 (b) passaport Eġizzjan 0003213 (ċ) passaport Eġizzjan 981358 (d) sostitut għall-passaport C00071659 maħruġ fir-Repubblika Federali Ġermaniża. Tagħrif ieħor: taħt arrest f'Wuppertal, il-Ġermanja” għandha tidħol:

“Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh (magħruf bħala Yasser Mohamed Abou Shaweesh). Data tat-twelid: 20.11.1973. Post tat-twelid: Benghazi, il-Libja. Numru tal-passaport: (a) 939254 (dokument ta' l-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 0003213 (passaport Eġizzjan), (ċ) 981358 (passaport Eġizzjan), (d) ‘C00071659’ (sostitut tal-passaport maħruġ fir-Repubblika Federali Ġermaniża). Tagħrif ieħor: detenut f'Wuppertal, il-Ġermanja sa minn Jannar 2005.”

(4)

Flok l-annotazzjoni “Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-twelid: Tunes. Nazzjonalità: (a) Alġerin (b) Ġermaniż. Tagħrif ieħor: Iben Abdelkader u Amina Aissaoui” għandha tidħol:

“Mustapha Nasri Ben Abdul Kader Ait El Hadi. Data tat-twelid: 5.3.1962. Post tat-twelid: Tunes. Nazzjonalità: (a) Alġerin (b) Ġermaniż. Tagħrif ieħor: (a) Iben Abdelkader u Amina Aissaoui (b) Ilu joqgħod Bonn, il-Ġermanja, sa minn Frar 1999.”

(5)

Flok l-annotazzjonijiet “Baqi, Abdul, Mullah (Viċi-Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Kultura)” u “Baqi, Abdul, Maulavi (Dipt tal-Konsolat, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandu jidħol:

“Abdul Baqi. Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Funzjoni: (a) Gvernatur tal-provinċji ta' Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi-Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (ċ) Dipt tal-Konsolat, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1962. Post tat-twelid: il-belt ta' Jalalabad, il-provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Tagħrif ieħor: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan’.”

(6)

Flok l-annotazzjoni “Mounir El Motassadeq. Indirizz: Göschenstraße 13, D-21073 Hamburg, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 3.4.1974. Post tat-twelid: il-Marakexx, il-Marokk. Nazzjonalità: Marokkin. Passaport Marokkin nru H 236 483” għandha tidħol:

“Mounir El Motassadeq. Indirizz: Göschenstraße 13, D-21073 Hamburg, il-Ġermanja. Data tat-twelid: 3.4.1974. Post tat-twelid: il-Marakexx, il-Marokk. Nazzjonalità: Marokkin. Numru tal-passaport: H 236483 (passaport Marokkin). Tagħrif ieħor: Il-ħabs fil-Ġermanja sa minn Mejju 2007.”

(7)

Flok l-annotazzjoni “Djamel Moustfa (magħruf bħala (a) Ali Barkani, imwieled fit-22 ta' Awissu 1973 fil-Marokk; (b) Kalad Belkasam, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979; (ċ) Mostafa Djamel, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 f'Maskara, l-Alġerija; (d) Mostefa Djamel, imwieled fis-26 ta' Settembru 1973 f'Mahdia, l-Alġerija; (e) Mustafa Djamel, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 f'Maskara, l-Alġerija; (f) Balkasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 fl-Algiers, l-Alġerija; (g) Bekasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 f'Algiers, l-Alġerija; (h) Belkasam Kalad, imwieled fis-26 ta' Awwissu 1973 fl-Algiers, l-Alġerija; (i) Damel Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 fl-Algiers, l-Alġerija; (j) Djamal Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 f' Maskara, l-Alġerija; (k) Djamal Mostafa, imwieled fl-10 ta' Ġunju 1982; (l) Djamel Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 f'Maskara, l-Alġerija; (m) Djamel Mostafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979 fl-Algiers, l-Alġerija; (n) Fjamel Moustfa, imwieled fit-28 ta' Settembru 1973 fi Tiaret, l-Alġerija; (o) Djamel Mustafa, imwieled fil-31 ta' Diċembru 1979; (p) Djamel Mustafa, imwieled fil-31 Diċembru 1979 f'Maskara, l-Alġerija; (q) Mustafa). Data tat-twelid: 28 ta' Settembru 1973. Post tat-twelid: Tiaret, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Nru tal-passaport: (a) Liċenzja tas-sewqan Daniża falza Nru 20645897, maħruġa taħt l-isem ta' Ali Barkani, 22 ta' Awwissu 1973 fil-Marokk; (b) Ċertifikat tat-twelid Alġerin, maħruġ għal Djamel Mostefa, imwieled fil-25 ta' Settembru 1973 f'Mehdia, il-provinċja ta' Tiaret, l-Alġerija. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier: Djelalli Moustfa; (b) Isem l-omm: Kadeja Mansore; (ċ) Attwalment taħt detenzjoni qed jistenna proċeduri ġudizzjarji” għandha tidħol:

“Djamel Moustfa (magħruf bħala (a) Ali Barkani (Data tat-twelid: 22.8.1973; post tat-twelid: il-Marokk); (b) Kalad Belkasam (Data tat-twelid: 31.12.1979); (ċ) Mostafa Djamel (Data tat-twelid: 31.12.1979; post tat-twelid: Maskara, l-Alġerija); (d) Mostefa Djamel (Data tat-twelid: 26.9.1973; post tat-twelid: Mahdia, l-Alġerija); (e) Mustafa Djamel (Data tat-twelid: 31.12.1979; post tat-twelid: Maskara, l-Alġerija); (f) Balkasam Kalad (Data tat-twelid: 26.8.1973; post tat-twelid: Algiers, l-Alġerija); (g) Bekasam Kalad (Data tat-twelid: 26.8.1973; post tat-twelid: Algiers, l-Alġerija); (h) Belkasam Kalad (Data tat-twelid: 26.8.1973; post tat-twelid: Algiers, l-Alġerija); (i) Damel Mostafa (Data tat-twelid: 31.12.1979; post tat-twelid: Algiers, l-Alġerija); (j) Djamal Mostafa, data tat-twelid 31.12.1979 f'Maskara, l-Alġerija; (k) Djamal Mostafa (Data tat-twelid 10.6.1982); (l) Djamel Mostafa (Data tat-twelid 31.12.1979; post tat-twelid: Maskara, l-Alġerija); (m) Djamel Mostafa (Data tat-twelid 31.12.1979; post tat-twelid: Algiers, l-Algerija); (n) Fjamel Moustfa (Data tat-twelid 28.9.1973; post tat-twelid: Tiaret, l-Alġerija); (o) Djamel Mustafa (Data tat-twelid: 31.12.1979); (p) Djamel Mustafa (Data tat-twelid: 31.12.1979; post tat-twelid: Maskara, l-Alġerija); (q) Mustafa). Data tat-twelid: 28.9.1973. Post tat-twelid: Tiaret, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerin. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier: Djelalli Moustfa; (b) Isem l-omm: Kadeja Mansore; (ċ) Ċertifikat tat-twelid Alġerin, maħruġ għal Djamel Mostefa, data tat-twelid 25.9.1973 f'Mehdia, il-provinċja ta' Tiaret, l-Alġerija. (d) Liċenzja tas-sewqan Nru 20645897 (Liċenzja tas-sewqan Daniża falza, maħruġa f'isem Ali Barkani, 22.8.1973 fil-Marokk) (e) Fil-ħabs fil-Ġermanja sa minn Awissu 2006.”