21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1090/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 għall-ftuħ u sabiex tiġi pprovduta l-amministrazzjoni għall-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada (2), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 ma jkoprux il-kwantità totali disponibbli. Il-kwantitajiet ta' l-applikazzjonijiet li ma sarux għandhom għalhekk jiġu determinati u dawn għandhom jingħaddu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma nħarġux liċenzji ta' importazzjoni taħt il-kwota 09.4204 skond ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, u li għandhom jingħaddu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, huma ta' 2 312 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.