|
18.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 243/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1069/2007
tas-17 ta’ Settembru 2007
li jimponi dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ polyvinyl alcohol (PVA) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Inizjazzjoni
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2006, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (“l-avviż ta’ inizjazzjoni”) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (2), il-bidu ta’ proċediment kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ polyvinyl alcohol (“PVA”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“PRĊ”) u t-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”). |
|
(2) |
Il-proċediment inbeda wara ilment li tressaq fis-6 ta’ Novembru 2006 minn Kuraray Specialities Europe GmbH (“min għamel l-ilment”), li minn Jannar saret tissejjaħ Kuraray Europe GmbH, u li tirrappreżenta proporzjon kbir, f'dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ polyvinyl alcohol (PVA). L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ l-eżistenza ta’ dumping ta’ PVA li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, u din l-evidenza tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produttur li għamel l-ilment u lill-produtturi oħra tal-Komunità, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi/in-negozjanti u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati, bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigћ. |
|
(4) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkollhom l-opportunità jressqu talba gћal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET” – market economy treatment) jew għal trattament individwali (“IT” – individual treatment) jekk ikunu jixtiequ, il-Kummissjoni bagћtet il-formoli xierqa lill-produtturi esportaturi magћrufa li huma kkonċernati kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Produttur esportatur wieħed fir-RPĊ talab MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew inkella IT f'każ li l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet gћal MET. |
|
(5) |
Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ u importaturi fil-Komunità, fl-avviż ta’ inizjazzjoni kien maħsub li jittieħdu kampjuni ta’ dawk il-partijiet biex ikunu ddeterminati d-dumping u l-ħsara, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
Madankollu, safejn għandhom x'jaqsmu l-produtturi esportaturi fir-RPĊ, minħabba li tliet produtturi esportaturi biss ikkooperaw, ġie deċiż sussegwentement li mhux se jkun meħtieġ teħid ta’ kampjuni. |
|
(7) |
Fir-rigward ta’ l-importaturi tal-PVA, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha magħrufa biex jipprovdu informazzjoni dwar importazzjonijiet u bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li waslet mingħand l-14-il importatur li kkoopera, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ ħames importaturi, li minnhom tnejn kienu bbażati fil-Ġermanja, wieħed fl-Italja, wieħed fl-Olanda u wieħed fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Dawn l-importaturi rrappreżentaw l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ fil-Komunità (madwar 80 %) ta’ l-importaturi li kkooperaw, li seta' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li mmanifestaw ruħhom fl-iskadenzi stabbiliti fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni. Waslu tweġibiet tal-kwestjonarju mingħand żewġ produtturi Komunitarji, tliet produtturi esportaturi fir-RPĊ, produttur esportatur wieħed fit-Tajwan, il-ħames importaturi fil-kampjun u seba' utenti fil-Komunità. |
|
(9) |
Fir-rigward tat-tweġibiet tal-kwestjonarju li waslu mingħand l-utenti, tnejn minnhom ma kinux kompluti u għalhekk ma tqisux. Barra minn hekk, bosta utenti ressqu kummenti mingħajr ma wieġbu għall-kwestjonarju. |
|
(10) |
Wieħed mill-importaturi fil-kampjun ikkanċella darbtejn fi stadju avvanzat żjara ta’ verifika. B'konsegwenza, id-data mressqa minn din il-kumpanija ma setgħetx tiġi vverifikata u provviżorjament ma tqisitx. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kisbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-iskop ta’ MET/IT fil-każ tar-RPĊ u għal determinazzjoni preliminarja tad-dumping, il-ħsara li rriżultat u l-interess Komunitarju għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(12) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma talbux MET, jew f'każ li ma jingћatalhomx MET, saret verifika fl-istabbiliment tal-produttur li ġej sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data tal-pajjiż analogu msemmi fl-avviż ta’ inizjazzjoni, f'dan il-każ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika:
|
1.3. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni
|
(13) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi relevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta Jannar 2003 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(14) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċertu polyvinyl alcohols (PVA) f'għamla ta’ reżina omo-polimera b'viskożità (imkejla f'soluzzjoni ta’ 4 %), ta’ 3 mPas jew iżjed iżda mhux aktar minn 61 mPas u b'livell ta’ idroliżi ta’ 84,0 mol % jew iżjed imma mhux aktar minn 99,9 mol %, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (“il-prodott ikkonċernat”), li normalment jiġi ddikjarat fil-kodiċi tan-NM ex 3905 30 00 . |
|
(15) |
Il-PVA isir mill-idroliżi tal-polyvinyl acetate li huwa mmanifatturat mill-polimerizzazzjoni ta’ vinyl acetate monomer (dan ta’ l-aħħar jiġi prodott primarjament mill-etilene u l-aċidu aċetiku). Il-PVA jintuża għal diversi applikazzjonijiet. Fil-Komunità, jintuża l-iktar għall-produzzjoni ta’ polyvinyl butyral (“PVB”) (25 %-29 % tal-konsum), sustanzi li jgħinu l-polimerizzazzjoni (21 %-25 %), kisi tal-karti (17 %-21 %), adesivi (13 %-17 %) u għal “sizing” tat-tessuti (8 %-12 %). |
|
(16) |
Utent Komunitarju wieħed saħaq li prodott speċifiku li jixtri mir-RPĊ ma għandux jitqies bħala l-prodott ikkonċernat għaliex (i) ma kienx mudell standard tal-PVA u kellu karatteristiċi kimiċi u fiżiċi differenti u speċifiċi ħafna; u (ii) għandu użi jew applikazzjonijiet differenti mill-prodott “PVA”. |
|
(17) |
Fir-rigward ta’ l-ewwel argument, instab li dan il-mudell jaqa' taħt id-deskrizzjoni tal-prodott kif deskritt fil-premessa 2.1 ta’ hawn fuq u li għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi bħall-mudelli l-oħra li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott. Fir-rigward tat-tieni argument, dan il-mudell partikolari tal-PVA jintuża għall-produzzjoni tal-PVB, li mhuwiex biss, kif indikat fil-premessa (14) hawn fuq, l-iktar applikazzjoni importanti, iżda wkoll l-iktar suq li qed jikber b'rata mgħaġġla għall-PVA fil-Komunità. Ma jkunx realistiku li dan is-suq jiġi kkaratterizzat bħala wieħed mhux standard. Barra minn hekk, instab li l-prezzijiet medji mħallsa għall-PVA għall-applikazzjonijiet differenti kienu fl-istess firxa. Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet kollha, tqies li m'hemmx raġuni għall-esklużjoni ta’ dan il-mudell mid-definizzjoni tal-prodott u għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx. |
2.2. Prodott simili
|
(18) |
L-investigazzjoni wriet li l-PVA prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità, il-PVA prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tar-RPĊ u t-Tajwan, u l-PVA prodott fir-RPĊ u t-Tajwan u esportat lill-Komunità, kif ukoll dak prodott u mibjugħ fil-Ġappun, għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi bażiċi u fiżiċi u l-istess użi bażiċi. Għalhekk huma proviżorjament meqjusa simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. It-Tajwan
3.1.1. Valur normali
|
(19) |
Għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwelnett ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti tal-produttur esportatur uniku fit-Tajwan kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta għallinqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(20) |
Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu u li nstab li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lill-Komunità. |
|
(21) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li sar tul l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar bl-istabbiliment, għal kull tip ta’ prodott esportat, il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PI. |
|
(22) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodotti li aktar minn 80 % bil-volum tal-bejgħ tagħhom fis-suq domestiku ma kienx taħt l-ispiża unitarja u fejn il-prezz tal-bejgħ medju ddifferenzjat kien daqs jew ogħla mill-medja ddifferenzjata ta’ l-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, ġie kkalkolat bħala l-medja ddifferenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ kollha fis-suq domestiku tat-tip ikkonċernat. |
|
(23) |
Fejn il-volum tal-bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju ddifferenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja ddifferenzjata tal-bejgħ bi profitt ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ kien jirrappreżenta 10 % jew aktar mill-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip. |
|
(24) |
Fejn il-volum tal-bejgħ bi profitt ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, tqies li dan it-tip partikolari nbiegħ fi kwantitajiet żgħar wisq biex il-prezz domestiku jkun jipprovdi bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali. |
|
(25) |
Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, il-valur normali kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(26) |
Fl-istabbiliment tal-valur normali skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż għall-bejgħ, dawk amministrattivi u ġenerali u għall-profitti ġew ibbażati, skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, fuq id-data effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur li qiegħed jiġi investigat. |
3.1.2. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
|
(27) |
L-uniku produttur esportatur esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku. |
3.1.3. Tqabbil
|
(28) |
Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni għall-uniku produttur esportatur ġew imqabbla fuq bażi tal-prezz ex-works (fejn il-produttur mhux responsabbli għall-ispejjeż u r-riskji tal-konsenja). Għall-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, ittieħed kont xieraq, f'għamla ta’ aġġustamenti, tad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u l-assikurazzjoni, l-amministrazzjoni, it-tagħbija u spejjeż anċillari, l-ispejjeż ta’ imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu, l-ispejjeż ta’ wara l-bejgħ (garanzija) u fatturi oħra (spejjeż tal-bank) fejn dawn kienu applikabbli u ġġustifikati, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.1.4. Il-marġni ta’ dumping
|
(29) |
It-tqabbil tal-valuri normali mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni wera marġni ta’ dumping ta’ – 2,30 % għall-uniku produttur esportatur tat-Tajwan, Chang Chun Petrochemical Co. Ltd., matul il-PI. |
|
(30) |
Meta wieħed iqis li l-unika kumpanija li kkoperat hija l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat fit-Tajwan u li din tirrappreżenta 100 % ta’ l-esportazzjonijiet tat-Tajwan lill-KE matul il-PI, ġie konkluż li ma nstab ebda dumping għat-Tajwan. |
3.2. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ)
3.2.1. Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”)
|
(31) |
Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet kontra d-dumping dwar prodotti li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2 għal dawk il-produtturi li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera minn dawn il-produtturi esportaturi li l-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili jsiru fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f'forma mqassra:
|
|
(32) |
Produttur esportatur Ċiniż wieħed u l-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu talbu MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tal-MET gћall-produtturi esportaturi fiż-żmien stabbilit. Il-produttur jimmanifattura l-prodott ikkonċernat, filwaqt li l-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu hija involuta fil-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Tabilħaqq, hija l-prassi konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp ta’ kumpaniji relatati, kumplessivament, jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-MET. |
|
(33) |
Għall-produttur li jesporta u l-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu li qed jitolbu MET, il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni mogħtija fir-rikjesta għal MET fl-istabbiliment tal-kumpaniji kkonċernati kif dehrilha li kien meħtieġ. |
|
(34) |
L-investigazzjoni kixfet li ma jistax jingħata MET lill-produttur esportatur Ċiniż għaliex dan ma jissodisfax il-kriterju 2 stipulat fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Il-produttur esportatur, kif ukoll il-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu, instabu li huma kkontrollati minn kumpaniji li huma kompletament proprjetà ta’ l-Istat li kienu rappreżentati minn maġġoranza deċiżiva tal-membri tal-Bord tad-Diretturi fi proporzjon li kien sproporzjonat meta mqabbel ma’ l-ishma tagħhom. Barra minn hekk, il-maġġoranza ta’ l-ishma kienu effettivament proprjetà ta’ l-Istat matul il-PI. Billi l-kumpaniji kkonċernati ma tawx evidenza li setgħet titqies bħala suffiċjenti biex tneħħi dubji ta’ interferenza sinifikanti mill-Istat fid-deċiżjonijiet ta’ tmexxija, ġie ddeterminat li dan il-grupp ta’ kumpaniji jinsab taħt kontroll u interferenza sinifikanti ta’ l-Istat. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità li jikkummentaw fuq is-sejbiet ta’ hawn fuq. Il-kummenti li waslu ma kinux ta’ natura li tbiddel il-konklużjonijiet. |
|
(36) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-produttur esportatur Ċiniż u l-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu ma wrewx li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku u, għalhekk, ma jistgħux jingħataw MET. |
3.2.2. It-trattament individwali (“IT”- Individual Treatment)
|
(37) |
Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, dazju nazzjonali fuq l-importazzjonijiet, jekk ikun il-każ, jiġi stabbilit għal pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu fil-qagħda li juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Safejn għandha x'taqsam ir-RPĊ, l-uniku produttur esportatur u l-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu, li talbu MET, talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatawx MET. |
|
(39) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li l-produttur esportatur u l-kumpanija kummerċjali tiegħu ma wrewx li ssodisfaw kumulativament ir-rekwiżiti għal IT kif stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Primarjament, ġie stabbilit li l-produttur esportatur u l-kumpanija kummerċjali tiegħu ma ssodisfawx il-kriterju stipulat fl-Artikolu 9(5)(ċ) tar-Regolament bażiku li l-maġġoranza ta’ l-ishma għandhom ikunu ta’ persuni privati u li uffiċjali ta’ l-istat li jkunu fuq il-Bord tad-Diretturi jew li jkollhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu f'minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija madankollu hija indipendenti biżżejjed minn interferenza ta’ l-Istat, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (35). |
3.2.3. Il-pajjiż analogu
|
(40) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngћatawx MET gћandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur maħdum f'pajjiż analogu. |
|
(41) |
Fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Ġappun bћala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali gћall-RPĊ, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar dan. Xi wħud mill-partijiet interessati ma qablux ma’ din il-proposta u ssuġġerew li minflok tintuża l-Indja jew it-Tajwan. |
|
(42) |
Fl-Indja ma kienx hemm produzzjoni sinifikanti tal-prodott simili. It-Tajwan kienet soġġetta għall-investigazzjoni u, għalhekk, id-data f'dak il-pajjiż tista' jkollha distorsjoni minħabba d-dumping. Għalhekk, il-partijiet ġew infurmati li l-Ġappun intagħżel bħala l-pajjiż analogu minħabba li mhuwiex soġġett għall-investigazzjoni, hemm produzzjoni rappreżentattiva tal-prodott simili u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni dehru li kienu xierqa. |
|
(43) |
Il-Kummissjoni talbet kooperazzjoni minn erba' produtturi magħrufa fil-Ġappun u bagħtitilhom il-kwestjonarju rilevanti. Tnejn mill-produtturi Ġappuniżi wieġbu għall-kwestjonarju. Madankollu, wieħed minnhom ma bagħtx data kompluta u ma aċċettax li ssir żjara ta’ verifika. Id-data mressqa mill-uniku produttur Ġappuniż li kkoopera ġiet ivverifikata fuq il-post. |
|
(44) |
Madankollu, wara ż-żjara ta’ verifika għand il-produttur esportatur fit-Tajwan, instab li l-Tajwan ma kinitx qed iwettaq dumping matul il-PI. Il-kwistjoni ta’ l-għażla tal-pajjiż analogu għalhekk reġgħet tqieset. |
|
(45) |
F'dan ir-rigward, instab li l-volum tal-produzzjoni fit-Tajwan huwa ikbar minn 100 % tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Barra minn hekk, is-suq tat-Tajwan jista' jiġi kkaratterizzat bħala miftuħ, meta wieħed iqis li l-livell tad-dazju fuq l-importazzjoni hija baxxa (dazju MFN ta’ 5 %). L-investigazzjoni wriet ukoll li kien hemm bejgħ domestiku sinifikanti tal-prodott simili fit-Tajwan u li kien hemm biżżejjed importazzjonijiet fis-suq tat-Tajwan. Għalhekk, it-Tajwan iqies suq kompetittiv u rappreżentattiv b'mod suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali tar-RPĊ. |
|
(46) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet tal-PVA fit-Tajwan jirrappreżentaw madwar 15 % tal-konsum domestiku meta mqabbel ma’ madwar 3 % fil-każ tal-Ġappun, u dan indika li s-suq Ġappuniż kien inqas xieraq mit-Tajwan fir-rigward tal-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet. Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, ġie provviżorjament deċiż li t-Tajwan jintuża bħala l-pajjiż analogu għaliex huwa l-aktar pajjiż analogu xieraq skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4. Il-valur normali
|
(47) |
Wara l-għażla tat-Tajwan bħala l-pajjiż analogu kif indikat fil-premessa (46) hawn fuq, u skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali stabbilit għat-Tajwan skond il-premessi 3.1.1 sa (26) hawn fuq intuża fil-kalkolu tad-dumping għar-RPĊ. |
3.2.5. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
|
(48) |
Billi t-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, flimkien irrappreżentaw kważi t-totalità ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-PI, id-data ta’ l-esportazzjoni tagħhom intużat għall-istabbiliment tal-prezz ta’ l-esportazzjoni. L-affidabilità ta’ l-informazzjoni li ngħatat kienet madankollu kkonfermata mad-data ta’ l-Eurostat dwar l-importazzjoni u nstab li kien hemm qbil raġonevoli. |
|
(49) |
It-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz tal-kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. |
|
(50) |
Għall-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu, skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku. |
3.2.6. Tqabbil
|
(51) |
Il-valuri normali tal-produttur uniku fil-pajjiż analogu, it-Tajwan u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni għat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw ġew imqabbla fuq bażi ex-works. Għall-iskop li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, ittieħed kont xieraq, f'għamla ta’ aġġustamenti, tad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u l-assikurazzjoni, l-amministrazzjoni, it-tagħbija u spejjeż anċillari, l-ispejjeż ta’ imballaġġ, l-ispejjeż ta’ kreditu u kummissjonijiet fejn dawn kienu applikabbli u ġġustifikati, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.2.7. Il-marġni ta’ dumping
|
(52) |
Billi ma ngħatax MET jew IT lil ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, ġie kkalkulat marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu għar-RPĊ kollha bl-użu tal-medja ddifferenzjata tal-prezzijiet ex-works ta’ l-esportazzjoni tat-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw. |
|
(53) |
It-tqabbil tal-medja ddifferenzjata tal-prezz Ċiniż ta’ l-esportazzjoni u l-medja ddifferenzjata tal-valur normali tal-pajjiż analogu wera marġni ta’ dumping ta’ 10,06 %. |
4. IL-ĦSARA
4.1. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità
|
(54) |
Fil-Komunità, il-prodott simili jiġi mmanifatturat għall-bejgħ minn tliet kumpaniji: Kuraray Europe GmbH (“KEG”) fil-Ġermanja, Celanese Ibérica Chemicals (“Celanese”) fi Spanja u produttur ieħor li jipproduċi volumi limitati ħafna iżda li ma kkooperax fl-investigazzjoni. KEG u Celanese ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. |
|
(55) |
Barra mill-produzzjoni msemmija hawn fuq, tliet produtturi Komunitarji pproduċew il-prodott simili għal użu intern biss. Tnejn minn dawn il-kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni bħala utenti għaliex huma wkoll jixtru kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat għall-produzzjoni tal-prodotti downstream tagħhom. |
|
(56) |
Billi ż-żewġ produtturi li kkooperaw imsemmija fil-premessa 54 hawn fuq irrappreżentaw 80 % tal-produzzjoni Komunitarja totali (għal użu intern u mhux) matul il-PI, tqies li dawn jirrappreżentaw proporzjon maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għalhekk, dawn tqiesu li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu “l-industrija Komunitarja”. |
|
(57) |
Billi l-industrija Komunitarja għandha biss żewġ produtturi, id-data marbuta ma’ l-industrija Komunitarja kellha tiġi indiċjata sabiex tkun miżmuma l-kunfidenzjalità skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
|
(58) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija Komunitarja ġarrbitx ħsara jew le, u biex jiġu ddeterminati l-konsum u l-indikaturi ekonomiċi varji marbuta mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, ġie eżaminat sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili kellu jitqies fl-analiżi. |
|
(59) |
Il-PVA jintuża bħala materjal intermedju għal varjetà ta’ prodotti oħra. Fil-Komunità, ħafna drabi jintuża fil-produzzjoni ta’ polyvinyl butyral (“PVB”), jintuża bħala adeżiv, għall-kisi tal-karti, bħala sustanza li tgħin il-polimerizzazzjoni u għas-sizing tat-tessuti. Instab fl-investigazzjoni li wieħed mill-produtturi Komunitarji, li jbiegħ il-biċċa l-kbira mill-PVA li jipproduċi hu stess fis-suq miftuħ, juża wkoll volumi sinifikanti tal-PVA li jipproduċi hu stess għal proċessi avvanzati fl-istess kumpanija. Din is-sitwazzjoni tissejjaħ “użu intern”. Kif spjegat fil-premessa 4.1 hawn fuq, tliet kumpaniji oħra fil-Komunità jipproduċu PVA għal użu intern biss u minbarra din il-produzzjoni għal użu intern, għallinqas tnejn minnhom xtraw ukoll volumi sinifikanti ta’ PVA mis-suq bħala utent għal proċessi fi stadji iktar avvanzati. |
|
(60) |
Instab li l-kwantitajiet użati għal użu intern mill-kumpaniji kkonċernati fil-Komunità, fil-prinċipju jistgħu jiġu sostitwiti b'PVA mixtri, eż. jekk iċ-ċirkostanzi tas-suq u/jew kunsiderazzjonijiet finanzjarji jistgħu jagħtu lok għal din il-bidla. Għaldaqstant, ġew inklużi fl-analiżi tas-suq Komunitarju. |
4.2. Il-konsum tal-Komunità
|
(61) |
Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi ta’ bejgħ fis-suq ħieles tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja stess, l-użu intern ta’ l-industrija Komunitarja, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni tal-produtturi Komunitarji l-oħra (iżgħar) kif miksub mill-iktar data li tintuża f'dan in-negozju partikolari, l-użu intern taż-żewġ utenti msemmija fil-premessa 4.1 hawn fuq, il-volumi vverifikati ta’ importazzjonijiet ta’ l-uniku produttur tat-Tajwan, u d-data tal-volumi ta’ importazzjonijiet tal-Komunità li tikkonċerna l-pajjiżi l-oħra kollha miksuba mill-Eurostat. |
Data ta’ l-Eurostat
|
(62) |
Fir-rigward tad-data dwar il-volumi ta’ importazzjonijiet Komunitarji miksuba mill-Eurostat, kif imsemmi fil-premessa 2.1, il-prodott ikkonċernat bħalissa jiġi ddikjarat bil-kodiċi NM ex 3905 30 00 . Id-data ta’ l-Eurostat tikkonċerna dan l-ex kodiċi NM u tinkludi wkoll ċerti prodotti niċċa mhux koperti mill-ambitu tal-prodott. Billi ma kienx possibbli li tinkiseb id-data għall-prodott ikkonċernat biss mill-kategorija usa' ta’ prodotti, għalhekk, ġew aġġustati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti niċċa li kienu fl-ilment. |
|
(63) |
Fir-rigward tad-data ta’ l-Eurostat ġie nnutat ukoll li ċerti importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġew irrappurtati taħt “secret extra” u, għalhekk, ma kienx hemm dettalji disponibbli fid-database pubblika. Id-dettalji dwar il-pajjiżi ta’ l-oriġini ta’ l-importazzjonijiet iddikjarati bħala tali, ġew akkwistati mill-awtoritajiet doganali rilevanti u għalhekk ġew inklużi fit-tabelli u l-analiżijiet rilevanti kollha. |
|
(64) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, instab li l-konsum tal-PVA żdied ħafna matul il-perjodu meqjus u speċjalment bejn l-2004 u l-2005. Matul il-perjodu meqjus, il-konsum żdied b'14 % u dan kien primarjament minħabba domanda dejjem ikbar għall-PVA bħala materja prima għall-produzzjoni tal-polyvinyl butyral (PVB), li jintuża għall-produzzjoni tal-film jew folji tal-PVB. Il-film tal-PVB jintuża bħala saff intermedju fil-produzzjoni tal-ħġieġ illaminat ta’ sikurezza, fis-swieq tal-karozzi u ta’ l-arkitettura, li huwa suq li qed jikber b'rata mgħaġġla fil-Komunità.
|
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(65) |
Billi l-marġni tad-dumping li nstab għat-Tajwan kien taħt de minimis, l-importazzjonijiet li joriġinaw f'dan il-pajjiż għandhom jiġu provviżorjament esklużi mill-evalwazzjoni tal-ħsara. |
(a) Volum u sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati
|
(66) |
Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat naqsu b'39 punt perċentwali bejn l-2003 u l-2004, imbagħad żdiedu b'29 punt perċentwali fl-2005 u, wara dan naqsu ħarira, bir-riżultat ta’ tnaqqis ta’ 11 % matul il-PI meta mqabbel ma’ l-2003.
|
|
(67) |
Is-sehem tas-suq miżmum mill-importazzjonijiet mir-RPĊ wkoll naqas f'daqqa u mbagħad reġa' żdied. Matul l-2005 u l-PI, l-importazzjonijiet mir-RPĊ rrappreżentaw 13 % mis-suq Komunitarju kollu.
|
(b) Il-prezzijiet
|
(68) |
Bejn l-2003 u l-PI, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ naqas b'żewġ punti perċentwali.
|
(c) Prezzijiet orħos
|
(69) |
Għad-determinazzjoni tal-prezzijiet orħos, ġiet analizzata d-data tal-prezzijiet li tirreferi għall-PI. Il-prezzijiet rilevanti tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti wara t-tnaqqis ta’ skonti u rifużjonijiet. Fejn meħtieġ, dawn il-prezzijiet ġew aġġustati għal livell ta’ ex-works, jiġifieri bl-esklużjoni ta’ l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tar-RPĊ tneħħewlhom ukoll l-iskontijiet u r-rifużjonijiet u ġew aġġustati fejn kien meħtieġ għal valur CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità b'aġġustament xieraq għad-dazji doganali (6,5 %) u l-ispejjeż post-importazzjoni, kif imġarrba mill-importaturi fil-Komunità. |
|
(70) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni tar-RPĊ tqabblu fl-istess livell ta’ kummerċ, speċifikament lil konsumaturi indipendenti fi ħdan is-suq tal-Komunità. Billi tqies li t-tqabbil għal kull mudell kellu jagħmel sens u jkun ġust, u għalhekk, ebda tqabbil bejn grad standard u grad speċjali li jaqa' fid-definizzjoni tal-prodott ma għandu jkun permess, tqies xieraq li jiġi eskluż għadd limitat ta’ mudelli mit-tqabbil. Dawn il-mudelli jirrappreżentaw 35 % ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ iżda kwantità żgħira ħafna tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. |
|
(71) |
Matul il-PI, il-medja ddifferenzjata tal-marġni ta’ twaqqigħ ta’ prezz ikkalkulata b'dan il-mod, espressa bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, kienet ta’ 3,3 % għar-RPĊ. |
4.4. Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(72) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping fuq l-industrija Komunitarja inkluda valutazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom rilevanza għall-istat ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna żewġ kumpaniji biss, ћafna mill-indikaturi huma ppreżentati f’forma indiċjata jew inkella jingħataw firxiet. |
(a) Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
PI |
|
Produzzjoni f'tunnellati (firxiet) |
60 000 -80 000 |
65 000 -85 000 |
70 000 -90 000 |
75 000 -95 000 |
|
Produzzjoni (indiċi) |
100 |
103 |
119 |
126 |
|
Kapaċita' produttiva (tunn.) (firxiet) |
60 000 -80 000 |
65 000 -85 000 |
70 000 -90 000 |
75 000 -95 000 |
|
Kapaċita' produttiva (indiċi) |
100 |
107 |
129 |
133 |
|
Użu tal-kapaċita' (indiċi) |
100 |
97 |
92 |
94 |
|
(73) |
Il-volum ta’ produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdied b'26 % matul il-perjodu eżaminat. Iż-żieda sinifikanti fil-kapaċità produttiva, partikolarment fl-2005, kienet ir-riżultat taż-żieda fid-domanda fis-suq Komunitarju. |
|
(74) |
Bejn l-2003 u l-PI, inkisbet kapaċità addizzjonali ta’ produzzjoni mill-industrija tal-Komunità. Matul l-istess perjodu, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset b'6 %. |
(b) Volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fil-Komunità
|
(75) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-andament ta’ l-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-bejgħ tagħha lil klijenti indipendenti fil-Komunità.
|
|
(76) |
Il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti indipendenti fil-Komunità żdiedu b'22 % mill-2003 sal-PI. Dan għandu jitqies fid-dawl ta’ żieda fil-konsum fil-Komunità. |
|
(77) |
Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja żdied fl-2004, u mbagħad naqas f'daqqa fl-2005 u matul il-PI kien 4 % ogħla milli fl-2003. |
(c) Il-prezzijiet fil-Komunità
|
(78) |
Il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-PVA hija vinyl acetate monomer jew “VAM”. VAM hija kommodità u għalhekk il-prezzijiet tal-VAM jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-bilanċ fis-suq bejn id-domanda u l-provvista. Barra minn hekk, il-prezz tas-suq tal-VAM huwa influwenzat ħafna mill-iżvilupp tal-prezzijiet tal-gass u taż-żejt għaliex il-materji ewlenin għall-produzzjoni tal-VAM huma l-aċidu aċetiku (il-produzzjoni tiegħu tuża ħafna gass naturali) u l-etilene (prodott mid-distillazzjoni ta’ l-idrokarburi). Barra minn hekk, l-enerġija hija wkoll spiża maġġuri fil-produzzjoni tal-PVA mill-VAM. Il-piż totali ta’ l-ispiża għall-enerġija fil-produzzjoni tal-PVA sussegwentement jammonta għal 50 %-60 % u għalhekk, f'ċirkostanzi normali, bidla sinifikanti fil-prezzijiet taż-żejt u l-gass hija mistennija jkollha impatt dirett fuq il-prezz tal-bejgħ tal-PVA. |
|
(79) |
Instab li l-prezzijiet tas-suq dinji ta’ dawn il-materji primi żdied b'mod sinifikanti bejn l-2003 u l-PI. Matul dan il-perjodu, il-prezzijiet tal-VAM żdiedu b'20 %-30 % u ż-żieda fil-prezzijiet ta’ l-enerġija kienet saħansitra ogħla ħafna. Madankollu, din l-evoluzzjoni drammatika fil-prezzijiet tal-materji primi ewlenin ma kinitx riflessa fil-prezzijiet ogħla tal-bejgħ fl-industrija tal-Komunità: il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqsu matul l-istess perjodu b'5 %, b'sena partikolarment ħażina fl-2004 (– 7 %). Għalhekk, minflok ma għaddiet iż-żieda globali fl-ispiża għall-konsumaturi tagħha, l-industrija Komunitarja kellha tnaqqas il-prezzijiet biex ma titlifx il-klijenti tagħha.
|
(d) Stokks
|
(80) |
Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-volumi ta’ l-istokks fi tmiem kull perjodu.
|
|
(81) |
Il-livell ta’ stokks baqa' stabbli sew b'mod globali. Naqas bi 13 % bejn l-2003 u l-2004, sussegwentement żdied b'9 punti perċentwali sa tmiem l-2005 u mbagħad naqas għal darb'oħra b'9 punti perċentwali. |
(e) Investimenti u l-kapaċità li jiġi mmobilizzat il-kapital
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
PI |
|
Investimenti (indiċi) |
100 |
369 |
177 |
62 |
|
(82) |
L-investimenti laħqu massimu fl-2004 u l-2005 meta l-kapaċità produttiva ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet wara ż-żieda fid-domanda fis-suq Komunitarju. Matul l-investigazzjoni nstab li l-investimenti fil-bini, fl-impjanti u fil-makkinarju fl-2003, kif ukoll matul il-PI, fil-biċċa l-kbira saru sabiex jippriżervaw il-kapaċità produttiva. |
|
(83) |
L-investigazzjoni wriet li l-prestazzjonijiet finanzjarji ta’ l-industrija tal-Komunità ddeterjoraw iżda ma żvelatx li l-kapaċità tagħha li timmobilizza l-kapital kienet serjament affettwata sa dak iż-żmien, matul il-perjodu meqjus. |
(f) Profittabiltà, profitt fuq l-investiment u l-likwidità
|
(84) |
Fid-dawl ta’ spejjeż straordinarji, kbar ħafna u distorti mġarrba mill-produttur Komunitarju ewlieni matul il-perjodu meqjus, ma tqisx raġonevoli li l-profittabbiltà tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-profitt nett qabel it-taxxa. Dawn l-ispejjeż straordinarji kienu marbuta mal-bidla tas-sid tal-produttur Komunitarju ewlieni fl-2001. Għaldaqstant, il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja ġiet stabbilita bl-espressjoni tal-profitt operattiv fuq il-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ.
|
|
(85) |
It-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn l-2003 u l-PI affettwa b'mod sinifikanti l-profittabbiltà miksuba mill-industrija Komunitarja. Din il-profittabbiltà naqset b'iktar minn 10 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus. Ir-redditu fuq l-investiment totali ġie kkalkolat bl-espressjoni tal-profitt operattiv tal-prodott simili bħala perċentwali tal-valur nett ta’ kontabilità ta’ assi fissi allokati lill-prodott simili. Dan l-indikatur segwa xejra simili bħall-profittabbiltà, u naqas sewwa matul il-perjodu meqjus. F'dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità ġġenerata mill-industrija tal-Komunità, instabet xejra negattiva simili, li rriżultat f'deterjorazzjoni ġenerali drammatika tal-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità fil-PI. |
(g) Impjiegi, produttività u pagi
|
|
2003 |
2004 |
2005 |
PI |
|
Għadd ta' impjegati (indiċi) |
100 |
100 |
97 |
96 |
|
Spiża medja tax-xogħol kull impjegat (indiċi) |
100 |
105 |
97 |
95 |
|
Produttività (indiċi) |
100 |
103 |
123 |
132 |
|
(86) |
Minħabba sforzi serji biex jitnaqqsu l-ispejjeż, l-għadd ta’ staff impjegati mill-industrija Komunitarja naqas b'4 % mill-2004. Mill-2003 sal-PI, l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-produttività għal kull impjegat bi 32 %. Matul l-istess perjodu, l-ispiża medja għal kull ħaddiem naqset b'5 %. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li, matul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja għamlet progress sinifikanti ħafna fir-rigward ta’ l-effiċjenza fl-infiq. |
(h) Id-daqs tal-marġni tad-dumping
|
(87) |
Fid-dawl tal-volum u l-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt ta’ l-marġnijiet effettivi tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli. |
(i) Irkupru minn dumping preċedenti
|
(88) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dumping qabel is-sitwazzjoni evalwata fil-proċediment preżenti, din il-kwistjoni titqies li hija irrelevanti. |
(i) Tkabbir ekonomiku
|
(89) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja żiedet is-sehem tagħha mis-suq Komunitarju b'1 %-2 %. |
4.5. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(90) |
Bejn l-2003 u l-PI, għadd ta’ indikaturi ta’ ħsara żviluppaw b'mod pożittiv: l-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tagħha mis-suq, u investiet b'mod sinifikanti f'kapaċità addizzjonali ta’ produzzjoni. |
|
(91) |
Madankollu, l-indikaturi finanzjarji tagħha żviluppaw dramattikament: il-marġni raġonevoli tal-profitt miksub fl-2003 naqas b'mod rapidu u kontinwament mill-2004 sa tmiem il-PI. Ir-redditu fuq l-investiment u s-sitwazzjoni tal-flussi tal-flus żviluppaw b'mod esponenzjali negattiv. Ir-raġuni għal dan l-iżvilupp hija li ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima tista' tiġi riflessa fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott simili. Billi, fid-dawl taż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima, f'sitwazzjoni normali tas-suq, żieda tal-prezz tal-bejgħ tal-PVA b'10 %-20 % setgħet kienet mistennija, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott simili mmanifatturat mill-industrija Komunitarja naqsu b'5 %, għad-detriment tal-profittabbiltà tiegħu. Madankollu, matul il-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu orħos minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità fuq bażi medja ddifferenzjata ta’ 3,3 %. |
|
(92) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, huwa konkluż provviżorjament li l-industrija Komunitarja soffriet ħsara materjali fis-sens ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. Daħla
|
(93) |
Skond l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ ikkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa grad li jista' jitqies ta’ sustanza. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
5.2. Effetti ta’ l-importazzjonijiet li kien oġġett ta’ dumping
|
(94) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu f'livelli sinifikanti matul il-perjodu meqjus, jiġifieri, kienu jirrappreżentaw, b'mod kostanti, 10 % tas-sehem mis-suq jew iktar. Fl-istesss ħin, il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ naqsu b'2 % u kienu orħos mill-prezzijiet medji ta’ l-industrija Komunitarja b'3,3 % fil-PI. L-industrija Komunitarja, sabiex tiżgura l-preżenza tagħha fis-suq domestiku tagħha u minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, ħassitha obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'5 % matul il-perjodu meqjus. |
|
(95) |
Għaldaqstant, l-effett ta’ din l-imġiba inġusta fl-ipprezzar ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kien li l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja ġew soppressi u li ma setgħux ikopru ż-żieda sostanzjali ta’ l-ispiża tal-materja prima. Dan kien ikkonfermat bit-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(96) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet bi prezz baxx mir-RPĊ li kienu orħos b'mod sinifikanti mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kellhom rwol determinanti fid-deterjorament tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, li huwa rifless fit-tnaqqis qawwi ta’ profittabbiltà u deterjorament qawwi ta’ l-indikaturi finanzjarji l-oħra. |
5.3. Effetti ta’ fatturi oħra
(a) Importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan
|
(97) |
Skond Eurostat u l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-pajjiżi terzi ewlenin li minnhom jiġi impurtat il-PVA huma l-Istati Uniti, il-Ġappun u t-Tajwan. Importazzjonijiet li joriġinaw f'pajjiżi terzi (kwantità)
Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi (prezz medju)
Is-sehem mis-suq
|
|
(98) |
L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti żdiedu b'mod qawwi mill-2003 u matul il-PI kienu jirrappreżentaw iktar minn 22 000 tunnellata, kważi 14 % tat-total (għal użu intern u mhux) tas-suq Komunitarju. L-investigazzjoni wriet li l-biċċa l-kbira ta’ dan il-bejgħ kien bejn partijiet relatati u li l-prezzijiet unitarji medji ta’ dan il-bejgħ ta’ trasferiment kienu, matul il-perjodu meqjus, bejn 15 % u 20 % 'l fuq mill-prezzijiet CIF medji ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, ġie stabbilit li l-kwantitajiet ġew mibjugħa mill-ġdid lil klijenti indipendenti bi prezzijiet 10 %-20 % ogħla mill-prezzijiet ta’ importazzjoni ta’ trasferiment imsemmija qabel. Billi l-prezzijiet tas-suq tal-PVA li joriġinaw fl-Istati Uniti kienu konsegwentement fl-istess sitwazzjoni bħall-prezzijiet tal-bejgħ tal-PVA prodotta mill-industrija Komunitarja, ma kellhomx rwol fit-tnaqqis tal-prezzijiet osservat matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, ġie konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kellhomx impatt sinifikanti fuq l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità. |
|
(99) |
Matul il-perjodu meqjus, kien hemm ukoll importazzjonijiet sinifikanti mill-Ġappun li jirrappreżentaw kważi 9 % tas-suq Komunitarju matul il-PI. Wara li l-importazzjonijiet Ġappuniżi waqgħu fl-2004, żdiedu għal darb'oħra mill-2005 u kienu 3 % ogħla matul il-PI meta mqabbel ma’ l-2003. Madankollu, l-analiżi tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawn l-importazzjonijiet wriet li l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla mill-prezzijiet li l-industrija Komunitarja setgħet tikseb u għalhekk ma kinux kontribut għax-xejra negattiva fil-prezzijiet li wasslet għal deterjorament serju tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(100) |
L-importazzjonijiet mit-Tajwan huma minn produttur wieħed biss li kkoopera bis-sħiħ ma’ l-investigazzjoni. Dawn iċ-ċifri nstabu li huma iktar affidabbli mid-data ta’ l-Eurostat minħabba li l-kodiċi tan-NM ikopri prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità qed jiġu ppreżentati f'indiċijiet jew firxiet. L-importazzjonijiet mit-Tajwan, wara żieda qawwija fl-2004, naqsu gradwalment u rrappreżentaw 6 %-7 % tas-suq Komunitarju kollu matul il-PI (madwar nofs is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ). Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet żdiedu bi 8 % li huwa l-oppost tax-xejra fil-prezzijiet osservata fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Konsegwentement, id-differenza fil-prezz bejn il-PVA impurtat mir-RPĊ u l-PVA impurtat mit-Tajwan żdiedet għal 12 %-18 % matul il-PI. Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet, huwa provviżorjament konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kellhomx impatt sinifikanti fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(101) |
Barra l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti, il-Ġappun u t-Tajwan, ma hemmx importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi oħra. Fuq il-bażi tas-sejbiet fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, kif deskritt fil-premessi 5.3 sa (100) hawn fuq, jista' jiġi konkluż provviżorjament li importazzjonijiet li mhux ġejjin mir-RPĊ mhumiex ta’ kontribut għall-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja. |
(b) Bejgħ Komunitarju eventwali ta’ produtturi Komunitarji oħra
|
(102) |
Kif stipulat fil-premessi 4-4.1 hawn fuq, apparti miż-żewġ produtturi li jagħmlu l-industrija Komunitarja, fil-Komunità hemm erba' kumpaniji magħrufa oħra li jipproduċu l-prodott ikkonċernat. Tlieta minnhom, li minn dawn tnejn ikkooperaw ma’ l-investigazzjoni bħala utenti, jikkunsmaw il-PVA kollu li jipproduċu fil-manifattura ta’ prodotti oħra. Ir-raba' wieħed jipproduċi kwantitajiet limitati ħafna biss. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-produtturi Komunitarji l-oħra jitqiesu li ma kellhomx rwol fit-tnaqqis tal-prezz fis-suq u l-ħsara sussegwenti li batiet l-industrija Komunitarja. |
(c) Ħsara kkaġuntata mill-industrija Komunitarja stess minħabba ineffiċenzja fl-infiq
|
(103) |
Bosta partijiet interessati saħqu li kwalunkwe ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja kienet marbuta mal-fatt li l-industrija Komunitarja ma rnexxilhiex iżżomm l-infiq kompetittiv u li ħadet deċiżjonijiet ta’ investiment mhux raġonevoli. F'dan ir-rigward, kif deskritt fil-premessa (86), l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja, matul il-perjodu meqjus, żiedet b'mod sinifikanti l-produttività tagħha, minħabba żieda fil-produzzjoni u tnaqqis fl-għadd ta’ ħaddiema. Ġie stabbilit ukoll li l-investimenti involuti fiż-żieda tal-kapaċità produttiva (ara l-premessa (73) hawn fuq) ma influwenzatx b'mod sinifikanti x-xejra drammatikament negattiva osservata fl-iżvilupp tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(104) |
Il-fattur waħdieni li affettwa ħażin b'mod sinifikanti l-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott simili matul il-perjodu meqjus, għalhekk, kienet iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif spjegat fil-premessi (78)-(79). L-investigazzjoni wriet li l-iżvilupp tal-prezzijiet tax-xiri ta’ l-industrija Komunitarja tal-VAM u l-enerġija kienet fi proporzjon ma’ l-iżvilupp ta’ dawn il-prezzijiet tal-materja prima fis-suq globali u għalhekk ma jistgħux jiġu attribwiti għall-mod kif xtrathom l-industrija Komunitarja. Dan l-argument huwa għalhekk irrifjutat. |
(d) Perjodu ta’ żmien għall-aġġustament tal-prezz
|
(105) |
Utent importanti tal-PVA qal li huwa normali għal dan is-settur partikolari li ż-żieda fil-prezz tax-xiri tal-VAM tkun għadha ma waslitx għal aġġustament 'l fuq fil-prezz tal-bejgħ tal-PVA. Dan ikun spjegat mill-fatt li l-kuntratti fit-tul huma standard fis-settur u, għalhekk, perjodu ta’ żmien sinifikanti huwa fenomenu normali. F'dan ir-rigward, filwaqt li huwa rikonoxxut li ċertu bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jsir permezz ta’ ftehimiet fit-tul, mhuwiex komuni li dawn il-ftehimiet jinkludu prezz fiss għal perjodu ta’ iktar minn sena. F'dawn il-ftehimiet, għalhekk, il-prezzijiet jiġu nnegozjati mill-ġdid wara ċertu perjodu jew jekk il-prezzijiet tal-materji primi jinbidlu b'mod sinifikanti. Għalhekk, dan l-argument kien miċħud. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(106) |
B'konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu meqjus ipprovokaw tnaqqis sostanzjali fil-prezz fis-suq tal-Komunità matul dak il-perjodu. Matul il-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ kienu orħos b'mod sinifikanti mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(107) |
Dan it-tnaqqis fil-prezzijiet wassal għal tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja u dan min-naħa tiegħu kkoinċida ma’ waqgħa qawwija fil-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja, ir-redditu tagħha fuq l-investimenti u l-flussi ta’ flus mill-attivitajiet operattivi tagħha. |
|
(108) |
Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-fatturi l-oħra li setgħu kienu ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja wrew li ebda minnhom ma seta' kellu impatt negattiv sinifikanti. |
|
(109) |
Fuq il-bażi ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b'mod xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, huwa konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrja tal-Komunità fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
6. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
|
(110) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu imposti miżuri f'dan il-każ partikolari. Għal dan l-iskop, u skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt li x'aktarx ikollhom il-miżuri għall-partijiet kollha kkonċernati. |
6.1. L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(111) |
Kif indikat fil-premessa (56), l-industrija Komunitarja hija komposta minn żewġ kumpaniji, b'faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-Ġermanja u Spanja, li jimpjegaw madwar 200-300 persuni direttament involuti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-prodott simili. Jekk il-miżuri jiġu imposti, huwa mistenni li t-tnaqqis tal-prezz fuq is-suq Komunitarju jiġi fi tmiemu u li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jibdew jirkupraw u, b'konsegwenza ta’ dan, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja titjieb. |
|
(112) |
Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri kontra d-dumping, aktarx li x-xejra negattiva fl-iżvilupp ta’ l-indikaturi finanzjarji ta’ l-industrija Komunitarja u partikolarment il-profittabbiltà tagħha, jissoktaw. L-industrija Komunitarja mbagħad titlef is-sehem sinifikanti tagħha mis-suq għaliex ma tkunx tista' tkompli ssegwi l-prezzijiet tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Fl-agħar każ, l-industrija Komunitarja tkun imġiegħla toħroġ mis-suq ħieles u tkompli bil-produzzjoni tal-PVA għall-użu intern biss. Fiż-żewġ każijiet, dan jirriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni u l-investimenti, l-għeluq ta’ ċerti kapaċitajiet ta’ produzzjoni u tnaqqis ta’ impjiegi fil-Komunità. |
|
(113) |
Bħala konklużjoni, l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tirkupra mill-effetti dannużi tad-dumping li nstab. |
6.2. L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati
|
(114) |
Kif deskritt fil-premessa (8), ħames importaturi f'kampjun bagħtu tweġibiet lill-kwestjonarju u dawn irrappreżentaw madwar 80 % ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. L-informazzjoni mressqa minn wieħed mill-importaturi fil-kampjun ma setgħetx titqies f'dan l-istadju għaliex l-importatur ikkanċella darbtejn iż-żjara ta’ verifika ppjanata. Tlieta mit-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew ivverifikati fuq il-post. |
|
(115) |
Il-piż globali rrappreżentat mill-PVA fil-fatturat totali ta’ l-attivitajiet ta’ dawn l-importaturi kien żgħir ħafna. Fuq bażi medja, 3 %-4 % ta’ l-attivitajiet ta’ dawn l-importaturi jista' jiġi marbut ma’ importazzjonijiet ta’ PVA mir-RPĊ. L-importaturi għandhom kamp ħafna usa' ta’ attivitajiet li jista' jinkludi wkoll kummerċ u distribuzzjoni ġenerali. Ċerti importaturi jixtru l-prodott taħt l-investigazzjoni mhux biss mir-RPĊ iżda wkoll minn sorsi oħra fil-Komunità u barra, inkluż mill-industrija Komunitarja. Il-marġni ta’ profitt medju miksub mill-importaturi fil-kampjun fil-kummerċ tagħhom tal-PVA, huwa madwar 5 %. |
|
(116) |
L-importaturi fil-Komunità ma jaqblux ma’ l-impożizzjoni tal-miżuri. L-importaturi li kkooperaw argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri jista' jagħmel ħsara serja lill-operat tagħhom, għaliex ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żieda fil-prezz lill-utenti. F'dan ir-rigward, l-impożizzjoni ta’ dazju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, kif spjegat fil-premessa (111) hawn fuq, aktarx twassal għal korrezzjoni 'l fuq tal-prezzijiet tas-suq. Għaldaqstant, huwa mistenni li l-importaturi li jixtru l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ jkunu jistgħu jgħaddu dawn l-ispejjeż tad-dazju lill-klijent finali. Il-prezzijiet orħos sewwa li baqgħu jinstabu wara aġġustament tal-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera Komunitarja għal spejjeż wara l-importazzjoni wkoll jissuġġerixxi li hemm lok għal żieda fil-prezz. Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-piż limitat ta’ bejgħ ta’ dan il-prodott fl-attivitajiet ta’ l-importaturi, u l-marġni ta’ profitt li attwalment jinkiseb globalment u fid-dawl tal-bejgħ tagħhom tal-PVA biss, huwa mistenni li d-dazju kif stabbilit provviżorjament mhux se jaffettwa s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn l-operaturi ekonomiċi b'mod sinifikanti. |
|
(117) |
Minkejja li l-importaturi/distributuri mhumiex favur dawn il-miżuri, jista' jiġi konkluż fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli li kwalunkwe vantaġġ li jistgħu jiksbu jekk ma jiġux imposti miżuri kontra d-dumping ikun ferm inqas mill-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jkollha l-effett ta’ prassi inġusti u dannużi mir-RPĊ newtralizzat. |
6.3. L-interess ta’ l-utenti
|
(118) |
Seba' utenti mlew kwestjonarju ta’ l-utenti. It-tweġibiet ta’ tnejn minn dawn il-kumpaniji ma kinux kompluti u għalhekk ma setgħux jiġu inklużi fl-analiżi. Il-ħames kumpaniji li baqa' kienu qed jużaw il-PVA għal diversi applikazzjonijiet: għall-produzzjoni ta’ adeżivi, il-produzzjoni ta’ trabijiet industrijali, il-produzzjoni tal-PVB, sizing u finishing tat-tessuti, u l-produzzjoni tar-reżina. |
|
(119) |
Barra informazzjoni dwar xiri li rrappurtaw fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji, ix-xiri matul il-PI tal-ħames utenti li kooperaw irrappreżenta madwar 19 % tal-konsum Komunitarju kollu ta’ PVA u l-importazzjonijiet Ċiniżi tagħhom irrappreżentaw madwar 22 % ta’ l-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Huwa importanti li jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jirrappreżentaw, b'mod ġenerali, parti żgħira biss mix-xiri tagħhom, jiġifieri, 15 %. Madankollu, din l-istampa mhijiex uniformi: wieħed mill-utenti li kkoopera ma importa xejn mir-RPĊ matul il-PI filwaqt li utent ieħor li kkoopera akkwista l-PVA kollu tiegħu mir-RPĊ. |
|
(120) |
L-utenti li kkooperaw indikaw għadd ta’ argumenti kontra l-impożizzjoni tad-dazji. |
|
(121) |
Żewġ kumpaniji użaw il-PVA għall-produzzjoni ta’ l-adeżivi. Ġie stabbilit li, għall-produzzjoni ta’ dawn l-adeżivi, il-PVA kien fattur ewlieni ta’ l-ispiża li, skond il-kompożizzjoni tat-taħlita, jista' jirrappreżenta sa 80 % ta’ l-ispiża tal-manifattura. Il-kumpaniji argumentaw li, fid-dawl ta’ l-importanza sinifikanti tal-PVA fl-ispiża tal-produzzjoni u l-marġnijiet ta’ profitt miksuba fil-bejgħ ta’ l-adeżivi, dazju kontra d-dumping jista' jwassal għal falliment jew iġiegħlhom iċaqilqu l-faċilitajiet tal-produzzjoni 'l barra mill-Komunità. Dawn il-kumpaniji esprimew dubji kbar ħafna dwar jekk il-klijenti tagħhom ikunux lesti li jħallsu żieda eventwali fil-prezz minħabba d-dazji. F'dan ir-rigward, filwaqt li huwa magħruf li l-marġnijiet ta’ profitt miksuba f'dan is-settur partikolari huma żgħar, għandu jiġi nnutat ukoll li l-miżuri proposti jaffettwaw direttament il-prezzijiet tax-xiri tal-PVA b'oriġini Ċiniża biss, li huwa sors wieħed tal-provvista, u dawn il-prezzijiet kienu orħos sewwa mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-impatt tad-dazju fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-adeżivi ta’ dawn il-kumpaniji mhuwiex sinifikanti iżda, fid-dawl tal-livell ta’ dazju propost, ma jidhirx li hemm raġunijiet għaliex il-klijenti tagħhom ma jkunux iridu jġorru għallinqas parti tajba minn din iż-żieda fil-prezz. |
|
(122) |
Żewġ kumpaniji oħra użaw il-PVA għall-produzzjoni tal-PVB. Fil-każ tal-produzzjoni tal-PVB ukoll, il-PVA hija fattur importanti fil-prezz. Waħda minn dawn il-kumpaniji, li sussegwentement tuża l-PVB għall-produzzjoni tal-film tal-PVB, issuġġeriet li l-miżuri eventwali jistgħu jġiegħlu l-kumpanija ċċaqlaq il-produzzjoni tal-PVB tagħha 'l barra mill-Komunità. Din il-kumpanija qalet ukoll li fid-dawl taż-żmien li jkollha tieħu biex tikkwalifika l-PVA għal din l-applikazzjoni, il-bdil tal-fornitur huwa proċess ikkumplikat u ta’ piż għalihom. Il-produttur tal-PVB l-ieħor li kkoopera bħala utent, li uża l-PVA mhux biss għall-produzzjoni tal-PVB iżda l-biċċa l-kbira għall-produzzjoni ta’ trabijiet industrijali, ġibed l-attenzjoni wkoll lejn il-proċess diffiċli u twil biex jasal għall-bdil tal-fornitur u lissen ukoll it-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-ispejjeż li jistgħu jwasslu għaliha l-miżuri. |
|
(123) |
Huwa magħruf li żieda fil-prezz tax-xiri tal-PVA se tirrifletti fi spiża ogħla tal-manifattura tal-PVB. Fl-istess ħin, madankollu, billi l-importazzjonijiet mir-RPĊ jammontaw għal 13 % tas-suq Komunitarju, 87 % tal-PVA kkunsmat fil-Komunità mhux se jiġi affettwat direttament minn dawn il-miżuri. Barra minn hekk, ir-rata tad-dazju proposta hija moderata. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u b'kunsiderazjzoni tal-kundizzjonijiet tajba tas-suq tal-PVB, l-effett ta’ dan id-dazju jitqies li jista' jinġarr. |
|
(124) |
Fir-rigward tal-proċedura ta’ kwalifikazzjoni, huwa rikonoxxut li, f'applikazzjonijiet partikolari, il-karatteristiċi tal-PVA jistgħu tabilħaqq ikunu speċifiċi u jitolbu ħafna attenzjoni u dan jirriżulta fi proċess twil ta’ kwalifikazzjoni li jinkludi testijiet intensivi. Madankollu, wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-miżuri kontra d-dumping mhumiex maħsuba biex ċerti fornituri ma jingħatalhomx aċċess għas-suq Komunitarju. Kwalunkwe miżura proposta hija maħsuba biss biex tirranġa sitwazzjoni tas-suq distorta u treġġagħha lura għal waħda ġusta u korretta. Għalhekk, u speċjalment fid-dawl tal-livell tad-dazju propost, ma hemmx raġuni għalfejn ċerti utenti jkollhom jibdlu l-fornitur ladarba l-miżuri jiġu implimentati. |
|
(125) |
Utent wieħed li kkoopera, li huwa manifattur tat-tessuti tal-polijester/qoton u tal-qoton, li juża l-PVA fis-sizing u l-finishing tat-tessuti greige, indika li l-miżuri jistgħu jġiegħlu l-kumpanija ċċaqlaq l-attivitajiet tagħha ta’ l-għażil u l-insiġ barra mill-Komunità. F'dan ir-rigward, ġie stabbilit li s-sehem ta’ l-ispiża għall-PVA fl-ispiża ta’ manifattura tal-prodotti ta’ din il-kumpanija kien pjuttost limitat, jiġifieri bejn 0,2 % u 0,8 %. Fid-dawl tar-rata ta’ dazju proposta, jitqies għalhekk li l-impatt ta’ dan id-dazju ma jkunx sinifikanti. |
|
(126) |
Fl-aħħarnett, min għamel l-ilment, KEG, qal li jekk ma jittiħdux miżuri dan imur kontra l-interessi ta’ l-utenti, għaliex ir-riżultati finanzjarji ħżiena fuq l-attivitajiet tiegħu marbuta mal-PVA jistgħu jġiegħlu lil KEG joħroġ mis-suq tan-negozjanti u jiffoka fuq swieqdownstream. Huwa argumenta li jekk dan iseħħ, l-industrija ta’ l-utent ma jkollhiex biżżejjed prodotti għax il-KEG hija provveditur kbir u affidabbli. Minkejja li dan l-argument ma kienx appoġġjat espliċitament mill-utenti kkonċernati, huwa tabilħaqq ikkonfermat li tlieta mill-ħames utenti kkonċernati jixtru kwantitajiet sinifikanti ta’ PVA mingħand KEG u li din il-kumpanija tista' titqies bħala l-iktar fornitur importanti fis-suq Komunitarju. Għalhekk, jekk għal xi raġuni, KEG joħroġ mis-suq, ma jistax ikun eskluż li l-industrija ta’ l-utenti tista' taffaċċja problemi serji ta’ forniment. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(127) |
L-effetti ta’ l-impożizzjoni ta’ miżuri huma mistennija li jippermettu lill-industrija Komunitarja ttejjeb il-profittabbiltà tagħha. Minћabba s-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità, hemm riskju reali li, fin-nuqqas tat-teħid ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista' jkollha tagћlaq il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema. B'mod ġenerali, l-utenti fil-Komunità jibbenefikaw ukoll mill-impożiżzjoni ta’ miżuri, għaliex il-provvista ta’ biżżejjed volumi ta’ PVA ma tkunx fil-periklu filwaqt li ż-żieda ġenerali fil-prezz tax-xiri tal-PVA tkun moderata. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li ma jeżistux raġunijiet konvinċenti biex ma jiġux imposti miżuri fil-każ preżenti minħabba raġunijiet ta’ interess Komunitarju. |
7. PROPOSTA GĦAL MIŻURI PROVIŻORJI KONTRA D-DUMPING
|
(128) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ sabiex tiġi evitata aktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
|
(129) |
Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mit-Tajwan, provviżorjament ma nstab ebda dumping, kif indikat fil-premessa 3.1.4 hawn fuq. Konsegwentement, mhux ser jiġu imposti miżuri provviżorji. Fid-dawl ta’ meta għandha sseħħ din id-determinazzjoni, tqies xieraq li jingħata perjodu ta’ xahar lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar din is-sejba provviżorja, bil-ħsieb li jiġi possibbilment itterminat il-proċediment fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fit-Tajwan minn dakinhar 'il quddiem. |
7.1. Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara
|
(130) |
Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jiġu imposti f'livell suffiċjenti sabiex jeliminaw il-ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja minn dawn l-importazzjonijiet oġġetti tad-dumping, mingħajr ma jinqabeż il-marġni tad-dumping misjub. Huwa u jsir il-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija ta’ l-effetti tad-dumping dannuż, tqies li kull miżura għandha tħalli lill-industrija tal-Komunità li tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb profitt globali qabel it-taxxa li jista' jintlaħaq raġonevolment f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(131) |
Jitqies li fl-2003 kien hemm sitwazzjoni kompetittiva normali fis-suq tal-Komunità fejn l-industrija Komunitarja, fin-nuqqas ta’ dumping dannuż, għamlet profitt normali fil-firxa deskritta fil-premessa (84) hawn fuq. Konsegwentement, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab provviżorjament li marġni ta’ profitt li jikkorrispondi għal dak il-livell għandu jitqies bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja tkun mistennija tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. |
|
(132) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ tqabbil, fl-istess livell ta’ kummerċ, tal-prezz medju ddifferenzjat ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, mal-prezz mhux dannuż tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mhux dannuż inkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ kull produttur ta’ l-industrija Komunitarja għal punt fejn id-dħul jibbilanċja l-infiq u biż-żieda tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjoni. Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw ma ngħata MET jew IT, u fid-dawl tal-livell għoli ta’ kooperazzjoni, il-livell provviżorju waħdieni ta’ eliminazzjoni tal-ħsara għall-pajjiż kollu ġie kkalkulat bħala l-medja ddifferenzjata ta’ ħsara tat-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. |
|
(133) |
Il-marġni ta’ ħsara li għalhekk ġie stabbilit għar-RPĊ kien ogħla sewwa mill-marġni ta’ dumping li nstab. |
7.2. Il-miżuri proviżorji
|
(134) |
Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar 'il fuq u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ fl-iktar livell baxx tad-dumping u l-marġnijiet ta’ ħsara li nstabu, skond ir-regola ta’ l-inqas dazju. |
|
(135) |
Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, ir-rata ta’ dazju proposta għall-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ hija ta’ 10,0 %. |
7.3. Dispożizzjoni Finali
|
(136) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, wieħed għandu jgħid li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżuri definittivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan huwa impost dazju kontra d-dumping fuq ċerti polyvinyl alcohols f'għamla ta’ reżina omo-polimera b'viskożità (imkejla f'soluzzjoni ta’ 4 %), ta’ 3 mPas jew iżjed iżda mhux aktar minn 61 mPas u bi grad ta’ idroliżi ta’ 84,0 mol % jew iżjed imma mhux aktar minn 99,9 mol %, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3905 30 00 (kodiċi TARIC 3905 30 00 20) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju provviżorju kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 10 %.
3. Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћall-għoti ta’ garanzija, ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu rikjesta għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.
Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.
Gћall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).