18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2007

tas-17 ta’ Settembru 2007

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Queso Nata de Cantabria (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), u bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Queso de Cantabria”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emenda kkonċernata mhijiex emenda minuri fit-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6 tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-25.11.2006 marbuta mad-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2007 (ĠU L 210, 10.8.2007, p. 26).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)   ĠU C 288, 25.11.2006, p. 8.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.3.

Ġobon

SPANJA

Queso Nata de Cantabria (DPO)