18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1066/2007

tas-17 ta’ Settembru 2007

li jimponi dazji provviżorji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti dijossidi tal-manganeżju li joriġinaw mill-Afrika ta’ Isfel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjoni li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment li tressaq skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) minn Tosoh Hellas AIC (“il-kwerelant”) li jirrappreżenta proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti dijossidi tal-manganeżju.

(2)

L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset bħala suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment.

(3)

Fil-21 ta’ Diċembru 2006, il-proċediment ingћata bidu bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-kwerelant, lill-produttur l-ieћor tal-Komunità, lill-produttur li jesporta, lill-importatur, lill-utenti magћrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti ta’ l-Afrika ta’ Isfel dwar il-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngћataw l-opportunità biex jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u biex jitolbu smigћ fit-terminu stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(5)

Il-produttur kwerelanti, il-produttur esportatur, l-importatur u l-utenti wasslu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigћ.

(6)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Waslu r-risposti mill-produttur esportatur ġewwa l-Afrika ta’ Isfel, il-produttur kwerelanti, l-importatur tal-prodott ikkonċernat mill-Afrika ta’ Isfel u l-erba’ utenti tal-prodott ikkonċernat.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, għall-ћsara li rriżultat kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi Komunitarji

Tosoh Hellas AIC, Thessaloniki, il-Greċja u l-aġent tal-bejgħ relatat tagħhom il-Mitsubishi International GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja

(b)

Produttur esportatur ġewwa l-Afrika ta’ Isfel

Delta E.M.D. (Pty) Ltd., Nelspruit, l-Afrika ta’ Isfel (“Delta”)

(ċ)

Fornitur relatat tal-produttur esportatur ġewwa l-Afrika ta’ Isfel

Manganese Metal Company (Pty) Ltd., Nelspruit, l-Afrika ta’ Isfel

(d)

Importatur fil-Komunità mhux interessat

Traxys France S.A.S., Courbevoie, Franza

(e)

Utenti fil-Komunità

Panasonic Battery Belgium N.V., Tessenderlo, il-Belġju

VARTA Consumer Batteries GmbH & Co. KGaA, Sulzbach, il-Ġermanja

Duracell Batteries BVBA, Aarschot, il-Belġju

3.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(8)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi gћall-evalwazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (il-perjodu meqjus).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(9)

Il-prodott ikkonċernat huwa d-dijossidu tal-manganeżju elettrolitiku (“EMD”) li joriġina mill-Afrika ta’ Isfel. Dan normalment jiġi ddikjarat skond il-kodiċi tan-NM ex 2820 10 00.

(10)

Il-prodott ikkonċernat huwa ta’ tip speċifiku tad-dijossidi tal-manganeżju li huwa mmanifatturat permezz ta’ proċess elettrolitiku li ma ġewx ipproċessati bis-sħana taħt proċess elettrolitiku. Dan jinkludi żewġ tipi ewlenin: il-grad EMD tal-karbonju-żingu u l-grad EMD alkaliniku. Iż-żewġ tipi huma prodotti permezz ta’ proċess elettrolitiku, permezz ta’ l-adattament ta’ ċerti parametri matul il-proċess sabiex jinkiseb il-grad EMD tal-karbonju-żingu jew il-grad EMD alkalin. Normalment huma t-tnejn ikollhom purezza għolja ta’ manganeżju u ġeneralment jintużaw bħala prodotti immedjati fil-produzzjoni ta’ batteriji għall-konsumatur li jkunu dry cell.

(11)

L-investigazzjoni wriet li, minkejja ċerti differenzi fit-termini ta’ ċerti karatteristiċi speċifiċi fiżiċi u speċifiċi bħalma huma d-densità, id-daqs medju tal-partiċella, il-potenzjal tas-superfiċji u l-potenzjal alkalin Brunauer-Emmet-Teller (“BET”), iż-żewġ tipi tal-prodott ikkonċernat għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u jintużaw għall-istess raġunijiet. Dawn għalhekk huma meqjusa li jikkostitwixxu prodott singolu għar-raġuni ta’ dan il-proċediment.

(12)

Għandu jiġi nnotat li jeżistu tipi oħrajn tad-dijossidi tal-manganeżju li m’għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew tekniċi bħalma għandu l-EMD u għandhom essenzjalment użi differenti. B’hekk dawn ma jagħmlux parti mill-prodott ikkonċernat. Dawn il-prodotti distinti jinkludu: id-dijossidi naturali tal-manganeżju, li fihom ċertu impuritajiet u huma normalment ikklassifikati skond il-kodiċi tan-NM 2602 00 00; id-dijossidi kimiċi tal-manganeżju li huma prodotti permezz ta’ proċess kimiku u għandhom densità li hija sinifikattivament iktar baxxa kif ukoll superfiċji BET sinifikattivament ogħla mill-EMD; u d-dijossidi tal-manganeżju elettrolitiku li huma pproċessati bis-sħana li, minkejja li huma mmanifatturati permezz tal-proċess elettrolitiku bħalma huwa l-EMD, huma differenti mill-EMD minħabba numru ta’ karatteristiċi bħal kontenut ta’ umdità, l-istruttura kristallina u l-potenzjal alkalin, li jagħmluhom xierqa għall-applikazzjoni ġewwa l-batteriji tal-litju, li huma bbażati fuq sistemi mhux akweji u li jkollhom il-metall tal-litju bħala l-anodu tagħhom, iżda mhux fil-batteriji tal-karbonju-żingu jew alkalini, li huma bbażati fuq sistemi akweji u li għandhom il-metall taż-żingu bħala l-anodu, bħall-EMD.

(13)

Għandu jiġi nnotat li l-ebda wieħed mill-partijiet interessati ma kkontestaw id-definizzjoni imsemmija hawn fuq jew id-distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ewlenin tal-prodott ikkonċernat.

2.   Prodott Simili

(14)

L-investigazzjoni wriet li l-EMD li huwa prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja u dak li huwa prodott u mibjugħ fl-Afrika ta’ Isfel fis-suq domestiku u/jew importat ġewwa l-Komunità mill-Afrika ta’ Isfel għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u għandhom l-istess użi.

(15)

Gћalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku dawn il-prodotti huma simili.

C.   DUMPING

1.   Il-valur normali

(16)

Sa fejn hija kkonċernata d-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel il-Kummissjoni stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali ta’ Delta għall-EMD kienx rappreżentattiv meta mqabbel ma’ l-esportazzjoni totali tiegħu lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgћ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali tal-produttur li jesporta kien iktar minn 5 % tal-volum tal-bejgћ totali ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità.

(17)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq domestiku, li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(18)

Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni rrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(19)

Għat-tipi kollha tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, l-ebda tip tal-prodott identiku jew direttament komparabbli u mibjugħ fis-suq domestiku ma nstab fi kwantitajiet rappreżentattivi. Għalhekk, il-valur normali kellu jkun ikkalkolat għat-tipi kollha ta’ prodott esportat skond l-Artikolu 2 (3) tar-Regolament bażiku.

(20)

Il-valur normali kien mibni billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati ta’ kull esportatur, aġġustati fejn meħtieġ, jiġi miżjud ammont raġonevoli għall-infiq għall-bejgħ, u dak ġenerali u amministrattiv (SG&A’) u għal ammont raġonevoli ta’ qligħ. L-SG&A u l-qligħ ġew stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Gћal dan l-gћan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-ammont ta’ l-ispejjeż ta’ l-SG&A li sar mid-Delta fis-suq domestiku kienx jifforma data rappreżentattiva.

(21)

L-ammont ta’ nfiq domestiku SG&A attwali tqies bħala kredibbli peress li l-volum ta’ bejgћ domestiku totali tal-kumpanija kkonċernata kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ bejgћ ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, kif jissemma hawn fuq.

(22)

Sabiex ikun evalwat jekk il-qligħ li sar mid-Delta fis-suq domestiku ikkostitwixxiex data li hija affidabbli, il-Kummissjoni eżaminat l-ewwel jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat li jinbiegħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jiġi kkunsidrat li sar matul it-twettiq ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku ta’ dak it-tip in kwestjoni.

(23)

Minħabba li ma kien hemm ebda tip li għalih il-volum ta’ bejgħ bi qligħ irrappreżenta iktar minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip fis-suq domestiku, ġie kkunsidrat li l-prezzijiet domestiċi setgħu ma pprovdewx bażi approprjata għall-istabbiliment tal-marġini tal-profitt li għandu jintuża fil-kostruzzjoni tal-valur normali.

(24)

Minħabba li d-Delta huwa l-uniku produttur magħruf ta’ l-EMD fl-Afrika ta’ Isfel, il-qligħ raġonevoli meħtieġ għall-kostruzzjoni tal-valur normali ma setax ikun ibbażat fuq il-qligħ attwali għal xi wħud mill-esportaturi li huma suġġetti għall-investigazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-istess prodott fis-suq domestiku kif inhu deskritt fl-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku.

(25)

Aktar minn hekk, minħabba li l-EMD huwa l-uniku prodott magħmul u mibjugħ mid-Delta, il-qligħ raġonevoli meħtieġ għall-kostruzzjoni tal-valur normali ma setax ikun ibbażat fuq qligħ attwali applikabbli għall-produzzjoni u għall-bejgħ, matul it-twettiq ordinarju tal-kummerċ, ta’ l-istess kategorija ġenerali tal-prodotti għall-produttur esportatur in kwestjoni kif inhu deskritt fl-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku.

(26)

Il-qligħ raġonevoli meħtieġ għall-kostruzzjoni tal-valur normali kien b’hekk iddeterminat bi qbil ma’ l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku.

(27)

F’dan ir-rigward, inġabret informazzjoni dwar il-profittabbiltà tal-produtturi l-oħrajn kollha magħrufa ta’ l-EMD fil-pajjiżi l-oħra. Instabet l-informazzjoni minn sorsi pubbliċi oħra li huma disponibbli għal produttur wieħed li jinsab fl-Indja, tnejn ġewwa l-Ġappun u tnejn fl-Istati Uniti. Madankollu, għal wieħed mill-produtturi fl-Istati Uniti u għal tnejn ġewwa l-Ġappun l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar il-profittabbiltà jew għad-diviżjoni tal-kumpanija fejn l-EMD seta’ kien sinifikanti.

(28)

Ġie kkalkulat marġini medju ta’ qligħ għall-PI skond is-sorsi li huma disponibbli pubblikament għal produttur wieħed Indjan u l-produttur li jifdal ġewwa l-Istati Uniti kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-Delta fir-rigward tal-profitabbiltà tal-kumpanija relatata tagħha id-Delta EMD Awstralja Proprietary Ltd., li tinsab fl-Awstralja, fis-suq domestiku tagħha. Il-marġini medju ta’ profitt ikkalkulat ammonta għal 9,2 %. Il-metodoloġija, skond l-informazzjoni disponibbli, ġiet ikkunsidrata bħala raġonevoli fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku u r-riżultat konservattiv. L-informazzjoni disponibbli pubblikament wriet li dan il-marġini ta’ profitt ma kienx ogħla mill-profitt li sar minn produtturi oħrajn magħrufa ta’ l-istess kategorija ġenerali tal-prodotti (jiġifieri kimiċi speċjalizzati) ġewwa l-Afrika ta’ Isfel matul il-PI.

2.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(29)

Id-Delta għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Komunità esklussivament permezz ta’ aġent indipendenti, Traxys France S.A.S.

(30)

Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew dovuti għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.   Tqabbil

(31)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tqabblu b’mod li nbiegħu minn qabel. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa dwar is-sansariji, it-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

4.   Marġini tad-dumping

(32)

Il-koeffiċjent medju b’piż differenzjat tal-valur normali tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-koeffiċjent medju b’piż differenzjat tal-prezz ta’ l-esportazzjonijiet tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif stipulat fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(33)

Fuq din il-bażi, il-koeffiċjent medju b’piż differenzjat tal-marġni provviżorju ta’ dumping imfisser bћala persentaġġ tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, huwa ta’:

Il-kumpanija

Il-marġini provviżorju tad-dumping

Delta E.M.D. (Pty) Ltd.

14,9  %

(34)

Fir-rigward tal-marġni tad-dumping li jsir mal-pajjiż kollu li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha fl-Afrika ta’ Isfel, il-Kummissjoni l-ewwelnett stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn id-data ta’ l-Eurostat u t-tweġibiet għall-kwestjonarji li wasslu mill-produtturi esportaturi kooperanti ġewwa l-Afrika ta’ Isfel. Dan il-paragun wera li, mill-informazzjoni disponibbli, l-esportazzjonijiet tad-Delta lejn il-Komunità irrappreżentaw 100 % ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Afrika ta’ Isfel. Il-livell ta’ kooperazzjoni instab li kien b’hekk għoli ħafna, u l-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit fl-istess livell bħalma huwa l-marġini tad-dumping ikkalkolat għad-Delta.

D.   ĦSARA

1.   Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(35)

L-investigazzjoni stabbiliet li fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi ġewwa l-Komunità. Madanakollu, wieħed mill-produtturi waqqaf il-produzzjoni fl-2003; b’hekk, matul il-PI, kien hemm biss żewġ produtturi ġewwa l-Komunità.

(36)

L-ilment sar biss minn produttur wieħed, li kkoopera b’mod sħiħ ma’ l-investigazzjoni. Minkejja li l-produttur l-ieħor ma kkooperax, dan ma opponiex l-ilment lanqas. Minћabba l-fatt li hemm biss kumpanija waћda li ressqet tweġiba sħiħa gћall-kwestjonarju, id-data kollha li tirreferri gћall-industrija tal-Komunità hija ppreżentata fil-forma ta’ indiċi jew f’sensiela ta’ limiti sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità.

(37)

Gћalhekk gћall-finijiet ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku l-volum tal-produzzjoni tal-Komunità ġie kkalkulat provviżorjament billi żdiedet il-produzzjoni ta’ l-uniku produttur tal-Komunità li kkoopera flimkien mal-volum tal-produzzjoni tal-produttur l-ieћor, skond id-data fornuta mingħand il-kwerelant. Il-produzzjoni Komunitarja totali matul il-PI kienet bejn il-limiti ta’ 20 sa 30 elf tunnellata.

(38)

Il-produzzjoni tal-produttur Komunitarju kooperanti irrappreżentat iktar minn 50 % ta’ l-EMD prodott mill-Komunità. Gћalhekk skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku ġie kkunsidrat li din il-kumpanija tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità.

2.   Konsum Komunitarju

(39)

Il-konsum apparenti Komunitarju ġie stabbilit skond il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-KE tal-produttur kwerelanti, il-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħra stabbilit skond ix-xiri li ġie rrapurtat mill-utenti u l-importazzjonijiet minn pajjiż ikkonċernat fuq ir-risposta vverifikata għall-kwestjonarju u pajjiżi terzi oħra li nġiebu mill-Eurostat.

(40)

Skond dan, il-konsum Komunitarju naqas b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat. Saret żieda sostanzjali matul l-2003 u l-2004, li kkoinċidiet ma’ l-iktar żieda qawwija fil-volum bi prezzijiet baxxi ħafna (– 35 %) ta’ l-EMD importat mill-Afrika ta’ Isfel u bl-għeluq ta’ produttur Komunitarju ewlieni. Fl-2005 il-konsum reġa’ lura għal-livell preċedenti u sar tnaqqis sinifikanti ieħor fil-PI. It-tendenza fil-konsum dehret li kienet influwenzata mill-għeluq fl-2003 ta’ produttur ewlieni li kien jammonta għal terz tal-produzzjoni Komunitarja.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Konsum Komunitarju Indiċi 2002 = 100

100

102

113

102

93

3.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat

Volum u sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet ikkonċernati

(41)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel kien ibbażat fuq figuri vverifikati li ġew fornuti mill-produttur esportatur. Kif issemma hawn fuq, gћal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minћabba li l-analiżi tikkonċerna kumpanija waћda biss, ћafna mill-indikaturi ġew ippreżentati f’sensiela ta’ limiti.

(42)

F’termini ta’ volum u ta’ sehem tas-suq, l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet kienet kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Volum ta’ importazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel (tunnellati), 2002 = 100

100

129

156

185

169

Sehem fis-suq fl-Afrika ta’ Isfel

30-40 %

40-50 %

44-54 %

60-70 %

60-70 %

Sehem fis-suq fl-Afrika ta’ Isfel, 2002 = 100

100

126

139

181

181

(43)

Filwaqt li l-konsum ta’ l-EMD naqas b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat telgћu b’69 % matul l-istess perijodu. Konsegwentament, is-sehem fis-suq ta’ l-Afrika ta’ Isfel żdied drammatikament matul il-perijodu kkunsidrat b’81 % mis-sensiela ta’ limiti ta’ 30 sa 40 % għal-limiti ta’ 60 sa 70 %.

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet u t-tnaqqis sostanzjali fil-prezz (undercutting)

(44)

Matul il-perijodu kkunsidrat il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni waqgħu b’31 %, minkejja ż-żieda fil-prezz tal-materja prima prinċipali.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Prezzijiet ta’ importazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel EUR/tunnellati, 2002 = 100

100

70

65

66

69

(45)

Għall-osservanza ta’ l-undercutting tal-prezzijiet matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti gћall-klijenti indipendenti, aġġustati fejn meћtieġ gћal-livell ta’ qabel ma jiġu inklużi x-xogћlijiet, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija fil-Komunità u wara t-tnaqqis ta’ l-iskonti u r-rifużjonijiet. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi esportaturi ta’ l-Afrika ta’ Isfel, bl-iskonti mnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, b’aġġustament li jixraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(46)

Il-paragun wera li matul il-PI il-marġini ta’ l-undercutting tal-prezz medju bil-koeffiċenti ddiferenzjat, espress bħala perċentwal tal-prezzijiet ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja, kien fil-limiti ta’ 11 sa 14 %. Kien hemm livelli ogħla ta’ underselling minħabba li l-industrija Komunitarja kienet qed tbati telf sostanzjali matul il-PI.

4.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(47)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijet li huma oġġett ta’ dumping mill-Afrika ta’ Isfel fuq l-industrija Komunitarja kienet tinkludi analiżi tal-fatturi ekonomiċi u l-indiċi li jkollhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija mill-2002 matul il-PI. Kif jissemma hawn fuq, ħafna mill-indikaturi huma ppreżentati fil-forma ta’ l-indiċi jew bħala sensiela ta’ limiti.

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(48)

L-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u ta’ l-użu tal-kapaċità ta’ l-industrija tal-Komunità kienu kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

IPI

Il-produzzjoni, 2002 = 100

100

87

128

135

130

Il-kapaċità, 2002 = 100

100

100

100

100

100

L-użu tal-kapaċità, 2002 = 100

100

87

128

135

130

(49)

Tul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni Komunitarja żdiedet b’30 %. Madankollu, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perijodu kollu kkunsidrat. Il-livell ta’ produzzjoni laħaq quċċata fl-2005 wara żieda sostanzjali fil-konsum fis-suq tal-KE fl-2004, li ġiet ikkombinata mal-likwidazzjoni ta’ produttur prinċipali u żieda fid-domanda fuq is-suq ta’ l-esportazzjoni fl-industrija Komunitarja. Mill-2004 sal-PI, meta l-prezzijiet ta’ materja prima irdoppjaw, l-industrija Komunitarja pprovat tikseb ekonomija fil-kobor u tnaqqas in-nefqa tal-produzzjoni għal kull unità matul il-PI.

Ħażniet

(50)

Il-ћażniet żdiedu b’32 % matul il-perijodu kkunsidrat, li jirrifletti d-diffikultà li qed tikber ta’ l-industrija biex tbigћ il-prodotti tagћha fis-suq tal-Komunità minħabba l-kompetizzjoni ma’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Il-ħażniet, 2002 = 100

100

71

48

113

132

Il-volum tal-bejgћ, l-ishma tas-suq, it-tkabbir u l-prezzijiet medji ta’ l-unità fil-Komunità

(51)

Iċ-ċifri ta’ hawn taћt jirrappreżentaw il-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità lil klijenti indipendenti fil-Komunità.

 

2002

2003

2004

2005

IPI

Il-volum tal-bejgћ fis-suq tal-KE, 2002 = 100

100

80

152

113

91

Is-sehem mis-suq, 2002 = 100

100

78

135

110

97

Il-prezzijiet medji tal-bejgћ, 2002 = 100

100

76

71

75

75

(52)

Meta mqabbel ma’ l-isfond ta’ tnaqqis ta’ 7 % fil-konsum tal-KE, is-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi 3 %. Aktar minn hekk u f’termini assoluti, il-bejgħ globali tagħha fis-suq tal-KE naqas b’mod sinifikanti b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat, b’żieda sostanzjali ta’ 22 punt perċentwal matul il-PI.

(53)

Filwaqt li fl-2004 l-industrija Komunitarja setgħet tibbenefika għal żmien qasir minn żieda fil-konsum billi żiedet il-volum tagħha tal-bejgħ bi 52 % u s-sehem fis-suq b’35 % meta mqabbel ma’ l-2002, fis-snin ta’ wara il-parteċipazzjoni tagħha fis-suq naqset parallelament maż-żieda sostanzjali fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Afrika ta’ Isfel.

(54)

Kien hemm tendenza negattiva fil-prezzijiet medji ta’ bejgħ lix-xerrejja mhux relatati fis-suq Komunitarju sa l-2004. Dan juri t-tentattivi ta’ l-industrija Komunitarja sabiex tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u tibqa’ fis-suq. Madanakollu, fl-2004, il-prezzijiet laħqu punt baxx insostenibbli. Wara dawn żdiedu b’4 punti perċentwali fl-2005. Madanakollu, minkejja din iż-żieda żgħira fil-prezzijiet fl-2005, li ġiet ikkonfermata fil-PI, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tirrifletti fil-prezzijiet tagħha l-iżvilupp fil-prezz ta’ mineral ta’ provenjenza tal-manganeżju, li tela’ sostanzjalment, bi kważi 100 % bejn l-2004 u l-2005.

Il-profittabilità u d-dћul u l-ћruġ tal-flus

(55)

Il-livelli tal-qligħ u tad-dћul u l-ћruġ tal-flus mill-bejgћ ta’ l-EMD mill-industrija Komunitarja huma negattivi ћafna.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Marġini ta’ qligħ operattiv tal-prodott ikkonċernat (limiti, %)

0 % sa 20 %

0 % sa – 20 %

0 % sa 5 %

0 % sa 3 %

0 % sa – 20 %

Marġini ta’ qligħ operattiv tal-prodott ikkonċernat, indiċi 2002 = 100

100

–85

20

13

–72

(56)

Il-profittabilità marret lura sostanzjalment b’ – 172 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din laħqet il-livell l-iktar baxx fl-2003 fiż-żmien ta’ l-iktar tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet (– 30 %). Issaħħet fl-2004 u fl-2005, b’żieda fil-kwantitajiet li nbiegħu. Matul il-PI il-profitabbilità marret lura sal-livell tagħha l-iktar baxx minħabba pressjoni fuq prezzijiet u spejjeż li telgħu tal-materji primi.

(57)

Id-dћul u l-ћruġ tal-flus ukoll mar lura matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod konformi man-nuqqas fil-profittabilità.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Cash Flow, indiċi 2002 = 100

100

22

46

–35

–8

L-investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti, u l-ћila li jinġabar il-kapital

(58)

L-investimenti żdiedu b’7 % matul il-perijodu kkunsidrat. Fin-nofs ta’ dan il-perijodu l-industrija Komunitarja rreġistrat ċertu ammont ta’ investiment sabiex tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni u għall-manutenzjoni ta’ makkinarju ġdid. Fis-snin li segwew l-investimenti baqgħu sejrin iżda fuq livell iktar baxx.

 

2002

2003

2004

2005

PI

L-Investimenti, 2002 = 100

100

67

126

109

107

(59)

Id-dħul mill-investimenti mill-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodott simili segwew it-tendenzi tal-bejgħ u l-profittabiltà u dan kien negattiv fl-2003 u fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Profitt fuq investiment, (2002 = 100)

100

–58

18

10

–55

(60)

Il-kapaċità ta’ l-industrija Komunitarja biex tqajjem kapital instab li ma kinitx affettwata b’mod sinifikattiv matul il-perijodu kkunsidrat, fid-dawl tad-daqs ta’ l-investimenti, li kienu suffiċjenti biex ikopru l-investimenti fil-kapital meħtieġa.

L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

(61)

L-evoluzzjoni ta’ l-impjiegi, tal-produttività u ta’ l-ispejjeż tax-xogћol fl-industrija tal-Komunità kienet kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

In-numru ta’ l-impjegati, 2002 = 100

100

68

69

70

67

Il-produttività (tunnellati/impjegat), 2002 = 100

100

129

184

192

195

Spejjeż totali ta’ ħaddiema, 2002 = 100

100

77

79

84

82

L-ispejjeż tax-xogћol gћal kull impjegat, 2002 = 100

100

115

114

119

123

(62)

In-numru ta’ impjegati naqas b’33 % bejn l-2002 u l-PI. Dan kien ir-riżultat ta’ tnaqqis fil-bejgħ u ta’ l-isforzi ta’ l-industrija Komunitarja sabiex issaħħaħ il-produttività. Fil-fatt, ir-riżultat ta’ dan il-proċess ta’ razzjonalizzazzjoni fi ħdan l-industrija tal-Komunità kienu riflessi fil-produttività, li matul il-perijodu kkunsidrat wriet tendenza kbira ‘l fuq.

(63)

L-ispejjeż totali ta’ ħaddiema naqsu sinifikattivament, bi 18 %. L-ispejjeż medji għal kull impjegat żdiedu relattivament, bil-konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ l-inflazzjoni. Madanakollu, ġeneralment, is-sehem ta’ l-ispejjeż tal-ħaddiema fil-produzzjoni totali kienu mnaqqsa b’mod sinifikanti fejn sar titjib ċar fl-effiċjenza.

Il-kobor tal-marġni attwali tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(64)

Il-marġni tad-dumping huwa speċifikat hawn fuq fis-sezzjoni dwar id-dumping. Dan il-marġni huwa mingħajr dubju ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, minħabba l-volum u l-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-livelli proprja ta’ dumping ma jistax jitqies negliġibbli.

(65)

Ma hemm ebda indikazzjoni li l-Komunità qed tirkupra mill-effetti ta’ dumping li sar fil-passat jew tas-sussidji.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(66)

Huwa mfakkar li l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel żdiedu b’mod konsiderevoli, f’termini assoluti u fit-termini tas-sehem fis-suq. Fil-fatt, matul il-perijodu kkonċernat l-importazzjonijiet żdiedu b’69 % f’termini assoluti u b’81 % meta mqabbla mal-konsum Komunitarju, fejn intlaħaq sehem fis-suq ta’ 60 sa 70 %.

(67)

Barra minn hekk, fil-PI, il-prezzijiet tal-bejgћ ta’ l-industrija tal-Komunità tnaqqsu sostanzjalment minћabba l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li kienu soġġetti gћad-dumping. Skond medja bil-koeffiċjenti matul il-PI, l-undercutting ta’ prezzijiet kien fil-limiti ta’ 11 sa 14 %.

(68)

Filwaqt li matul il-perjodu kkunsidrat il-konsum Komunitarju naqas b’7 %, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’ 9 % u s-sehem fis-suq bi 3 %. Kien hemm deterjorament drammatiku f’dawn l-indikaturi matul il-PI, fejn waqgħu bi 22 punt perċentwal fil-bejgħ u bi 13–il punt perċentwal fis-sehem fis-suq meta mqabbel ma’ l-2005.

(69)

Minħabba t-telf fil-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq u l-prezzijiet, l-industrija Komunitarja ma setgħetx twassal iż-żieda globali fil-prezzijiet tal-materji primi lill-konsumaturi tagħha. Dan wassal għal sitwazzjoni ta’ profitabbiltà negattiva ħafna (telf).

(70)

Minkejja l-investimenti kbar ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perijodu kkunsidrat u l-isforzi kontinwi tagћha biex iżżid il-produttività u l-kompetittività, il-profittabilità, id-dћul u l-ћruġ tal-flus u l-qligħ fuq l-investiment naqsu drastikament ukoll, tant illi dawn laћqu livelli negattivi ћafna.

(71)

Is-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perijodu kkunsidrat hija kkonfermata wkoll bl-iżvilupp negattiv ta’ l-impjiegi.

(72)

Fid-dawl ta’ dak li gћadu kif ingћad, qed jiġi konkluż provviżorjament li fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku l-industrija tal-Komunità sofriet ћsara materjali.

E.   LINK KAŻWALI

1.   Kumment preliminari

(73)

Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma soġġetti gћal dumping mill-Afrika ta’ Isfel u l-ћsara materjali li sofriet l-industrija tal-Komunità. Fatturi magћrufin gћajr dawk relatati ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping, li fl-istess ћin setgħu kienu qed jagћmlu ћsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ћsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oћra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti gћal dumping.

2.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel

(74)

Kif ġie stabbilit fil-premessi (43) u (44), l-importazzjonijiet żdiedu b’mod stabbli u sinfikanti matul il-perijodu kkunsidrat – b’69 % fit-termini tal-volum u b’81 % fit-termini tas-sehem fis-suq. Il-prezz ta’ bejgħ għal kull unità ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel naqsu b’31 % matul il-perijodu kkunsidrat. Matul il-PI il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Afrika ta’ Isfel waqqgħu il-prezzijiet industrijali Komunitarji bi 11 sa 14 %.

(75)

L-effetti ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping huma murija b’mod ċar mid-deċiżjoni ta’ ħafna utenti ewlenin li jirrappreżentaw iktar minn 60 % tal-konsum totali, sabiex dawn jaqilbu x-xiri tagħhom mill-industrija Komunitarja għall-prodott ta’ l-Afrika ta’ Isfel. Filwaqt li fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat dawn l-utenti xtraw biss kwantitajiet marġinali mill-Afrika ta’ Isfel, sa l-aħħar tal-perijodu kkunsidrat u matul il-PI, dawn kienu qed jixtru minn 70 sa 100 % tal-bżonnijiet tagħhom mill-Afrika ta’ Isfel.

(76)

Fl-istess ħin, l-industrija Komunitarja naqqset drastikament il-prezzijiet tagħha sabiex iżżomm il-kuntratti tagħha ta’ bejgħ ma’ l-utenti l-oħrajn.

(77)

Is-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarji li kien qed jonqos matul il-perijodu kkunsidrat għandu jitqabbel b’korrelazzjoni maż-żieda fil-volum u fis-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel. Aktar minn hekk, matul l-2005 u l-PI, meta l-konsum Komunitarju waqa’ bi 18 % meta mqabbel maż-żieda sostanzjali tagħha matul l-2004, l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel żdiedu f’termini assoluti b’madwar 31 % f’sehem fis-suq. Fl-istess ħin, l-industrija Komunitarja tilfet 28 % tas-sehem fis-suq u 40 % tal-bejgħ.

(78)

Huwa għalhekk provviżorjament konkluż li l-pressjoni li saret fuq l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, li żiedet drammatikament il-volum tagħhom u s-sehem fis-suq mill-2002 ‘l hemm, u li saru fi prezzijiet dumped u f’livelli sinifikanti ta’ undercutting u underselling, kellha rwol determinanti fit-twaqqigħ tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja u konsegwentament fil-profitabbiltà tagħha, fil-cash flow u fis-sitwazzjoni negattiva fid-dħul mill-investiment, l-impjegar u ż-żieda fil-ħażniet.

3.   L-effett ta’ fatturi oћra

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(79)

L-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi skond id-data ta’ l-Eurostat kien hekk kif ġej:

 

2002

2003

2004

2005

PI

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

5 541

4 677

5 992

2 876

2 878

Indiċi, 2002 = 100

100

84

108

52

52

Is-sehem mis-suq

15  %

12  %

14  %

7  %

8  %

Indiċi, 2002 = 100

100

82

96

51

56

Prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet

1 527

1 204

1 226

1 550

1 537

Indiċi, 2002 = 100

100

79

80

101

101

(80)

Fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat l-importazzjonijiet EMD minn pajjiżi terzi oħra irrappreżentaw 15 % tas-sehem fis-suq. Fis-snin ta’ wara dawn l-importazzjonijiet naqsu b’mod sinfikanti, fejn irrappreżentaw biss 8 % tas-sehem fis-suq sa l-aħħar tal-PI. Il-prezzijiet ta’ dawk l-importazzjonijiet baqgħu l-iktar f’livell ogħla mill-prezzijiet ta’ l-Afrika ta’ Isfel u żdiedu saħansitra b’ 1 %.

(81)

Ħafna sottomissjonijiet allegaw li l-importazzjonijiet ta’ l-EMD miċ-Ċina, li mhuwiex pajjiż ikkonċernat bl-investigazzjoni, ikkontribwew b’mod sinifikanti lejn il-ħsara mġarrba mill-produttur Komunitarju. Madanakollu, l-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-PI, minkejja li bi prezzijiet medji iktar baxxi mill-prodott ta’ l-Afrika ta’ Isfel, irrappreżentaw biss 0,6 % ta’ l-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi u jistgħu b’hekk ma jiġux ikkunsidrati li jiksru l-link każwali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja.

Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(82)

Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oћra mhux membri ta’ l-UE setgћux jikkontribwixxu gћall-ћsara li din sofriet fil-perijodu kkunsidrat.

(83)

Instab li l-volumi ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu b’9 % matul il-perijodu kkunsidrat, u minkejja li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni naqsu b’14 %, dan kien ħafna ogħla mill-ispiża ta’ produzzjoni għal kull unità. Għalhekk, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ma setgħetx ikkontribwiet għal kwalunkwe ħsara li ġġarrbet matul dan il-perjodu.

Produtturi oħrajn tal-Komunità

(84)

Kif jissemma hawn fuq, kien hemm żewġ produtturi oħra fil-Komunità fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat.

(85)

Wieħed mill-produtturi, li jinsab fl-Irlanda, waqqaf il-produzzjoni fl-2003, minħabba diffikultajiet finanzjarji wara tnaqqis importanti fil-bejgħ minħabba pressjoni qawwija fil-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-ieħor, li jinsab ġewwa Spanja, ma kkoperax mal-proċedimenti. B’riżultat ta’ dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni, id-data tal-bejgħ minn produtturi oħrajn fis-suq Komunitarju inkisbet minn kwestjonarji lill-utenti. Skond l-osservanzi ta’ l-investigazzjoni, il-kumpanija ta’ l-aħħar kienet involuta fil-produzzjoni tal-batteriji u ta’ l-EMD. Il-maġġoranza ta’ l-EMD prodott minn din il-kumpanija kien apparentament użat fil-produzzjoni proprja ta’ batteriji. Madankollu, din il-kumpanija kellha rwol li kien qed jiżdied fis-suq komunitarju ta’ l-EMD ukoll.

(86)

Ma hemmx dubju li l-istampa ġenerali ta’ produtturi oħrajn fil-KE hija influwenzata mill-fatt li wieħed temm l-attivitajiet tiegħu fl-2003 u l-ieħor ma biegħ l-ebda kwantitajiet sostanzjali fis-suq tal-KE matul il-perijodu kkunsidrat. Madankollu, mid-data miksuba fl-investigazzjoni jista’ jiġi konkluż li dawn il-produtturi Komunitarji kienu wkoll affettwati mill-pressjoni li saret fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet ta’ l-Afrika ta’ Isfel u l-iżviluppi fis-suq, minħabba li s-sehem tagħhom fis-suq naqas b’ammonti fil-limiti minn 10 sa 25 % għal 4 sa 10 %. Konsegwentament, il-bejgħ tal-produtturi Komunitarji l-oħrajn ma setax kien il-kawża tal-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja.

Talba ta’ kontrazzjoni

(87)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-kontrazzjoni fid-domanda fis-suq Komunitarju setgћetx tikkontribwixxi gћall-ћsara li din sofriet fil-perijodu kkunsidrat. Instab li dan ma kienx il-każ. Kif stabbilit fil-premessi 52 u 76, il-bejgħ mill-industrija Komunitarja naqas b’iktar mit-total tal-konsum Komunitarju filwaqt li s-sehem fis-suq korrispondenti mill-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel żdied b’mod sinifikanti.

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima

(88)

Ġie argumentat li l-ħsara ġiet ikkawżata l-iktar minħabba żieda globali fil-prezz tal-materja prima bażi, il-manganeżju mhux maħdum. Il-prezzijiet tal-manganeżju mhux maħdum li baqgħu stabbli sa l-2004 irdoppjaw f’daqqa u naqsu xi ftit matul il-PI. Dan żied in-nefqa għall-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja għal kull unità b’19 %.

(89)

Madankollu, minħabba li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Afrika ta’ Isfel żdiedu b’punt perċentwali wieħed matul l-istess perijodu (2004/2005), l-industrija Komunitarja li pprovat tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, ma setgħetx tgħaddi ż-żieda totali fl-ispejjeż lill-utenti t’isfel. L-industrija Komunitarja setgħet biss iżżid il-prezzijiet tagħha b’4 punti perċentwali, li b’hekk baqgħu taħt l-ispiża tal-produzzjoni.

 

2002

2003

2004

2005

PI

Nefqa totali tal-produzzjoni, 2002 = 100

100

89

103

110

119

L-ispiża totali ta’ l-unità gћal kull tunnellata, 2002 = 100

100

98

80

85

95

Il-prezz tal-bejgћ ta’ l-unità, 2002 = 100

100

76

71

75

75

(90)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, ġie kkunsidrat li ż-żieda fl-ispejjeż ma kinitx per se il-fattur li wassal għall-ħsara iżda iktar il-fatt li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tgħaddi ż-żieda fin-nefqa lill-konsumaturi tagħha minħabba l-pressjoni ‘l isfel tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping min-naħa ta’ l-Afrika ta’ Isfel, li ma jirriflettux iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

Oversupply globali ta’ l-EMD

(91)

Ġie argumentat minn xi partijiet li l-oversupply globali ta’ l-EMD ikkawżat mill-kapaċità ta’ produzzjoni fiċ-Ċina wassal biex ibaxxi l-prezzijiet ta’ l-EMD u huwa b’hekk il-kawża ta’ ħsara fl-industrija Komunitarja.

(92)

Madankollu, fid-dawl tal-volum baxx ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u minkejja l-prezzijiet tagħhom relattivament baxxi fil-perijodu kkunsidrat, instab li din l-allegazzjoni ma kinitx valida.

Kompetizzjoni li qed tiżdied fost produtturi tal-batteriji

(93)

Barra minn hekk, ġie argumentat minn xi partijiet li t-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ bejgħ Komunitarju ta’ l-EMD kien riżultat ta’ kompetizzjoni li qed tiżdied fost produtturi tal-batteriji u l-pressjoni fil-prezzijiet li sofrew huma iktar milli ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-Afrika ta’ Isfel.

(94)

L-investigazzjoni wriet li fil-fatt il-produtturi tal-batteriji fil-KE kienu suġġetti għall-pressjoni fil-prezzijiet li rriżultat minn żieda globali fl-ispejjeż tal-materja prima u żieda fil-kompetizzjoni. Madankollu, instab li skond in-numru ta’ produtturi ta’ l-EMD li joperaw fis-suq fil-Komunità, huma kellhom poter sinifikanti biex jinnegozjaw il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat mal-produtturi tal-batteriji. Huwa għalhekk ikkunsidrat li t-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ bejgħ fil-Komunità ta’ l-EMD ġej direttament mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping u mill-undercutting li huwa pprattikat mill-produttur esportatur ta’ l-Afrika ta’ Isfel mill-bidu tal-perijodu kkunsidrat u mhux mill-pressjoni allegata fuq il-prezzijiet li hija eżerċitata fuq il-produtturi tal-batteriji. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż provviżorjament li ż-żieda fil-kompetizzjoni fost produtturi tal-batteriji ma tkissirx il-link każwali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Afrika ta’ Isfel u l-ħsara li sofriet l-industrija Komunitarja.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(95)

L-analiżi hawn fuq turi li kien hemm żieda drammatika fil-volum u fis-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Afrika ta’ Isfel matul il-perijodu kollu kkunsidrat, flimkien ma’ tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tagħhom ikkombinat ma’ undercutting sinifikanti fil-prezzijiet matul il-PI. Din iż-żieda fis-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkoinċidiet mat-tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja. Dan, flimkien ma’ pressjoni negattiva fuq il-prezzijiet, irriżulta, inter alia, f’telf sostanzjali għall-industrija Komunitarja matul il-PI.

(96)

Aktar minn hekk, eżaminazzjoni tal-fatturi li setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja wriet li l-ebda wieħed minn dawn ma seta’ kellu impatt negattiv fuq l-industrija bħalma kellhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Afrika ta’ Isfel.

(97)

Skond dan għalhekk, huwa konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping ħolqu danni materjali għall-industria tal-Komunità fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Konsiderazzjonijiet ġenerali

(98)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, jeżistux raġunijiet konvinċenti li jistgћu jwasslu gћall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.

(99)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-uniku importatur ta’ l-EMD mill-Afrika ta’ Isfel u lill-utenti industrijali kollha magħrufin jew dawk li huma probabbli li jkunu ikkonċernati dwar il-miżuri. Ir-risposti għall-kwestjonarju waslu mill-importatur u mill-erba’ utenti ewlenin tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità.

2.   L-interess ta’ l-indsutrija tal-Komunità

(100)

Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn produttur wieћed, bil-faċilitajiet tal-produzzjoni fil-Greċja, li matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità u l-bejgħ tiegћu iddeterjoraw b’mod sinifikanti, tant illi wasslu gћal impatt negattiv fuq is-sehem tagħha fis-suq, fuq l-impjiegi u fuq id-dħul ta’ l-investiment u l-cash flow.

(101)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti huwa probabbli li, b’riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, in-nuqqas ta’ profittabiltà għandu jġiegħel lill-industrija Komunitarja biex twaqqaf il-produzzjoni ta’ l-EMD ġewwa l-Komunità. Huwa mfakkar li wieħed mill-produtturi Komunitarji waqqaf il-produzzjoni matul il-perijodu kkunsidrat. Dan ikkoinċida ma’ żieda fil-pressjoni mill-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel fuq is-suq Komunitarju. Aktar minn hekk, il-kwerelant produttur Komunitarju ġie kostrett li jwaqqaf temporanjament il-produzzjoni għal xahar fl-2003, u informa lill-Kummissjoni dwar sitwazzjoni simili għal perijodu itwal matul l-2007.

(102)

Għandu jiġi nnotat li, bħall-produttur esportatur fl-Afrika ta’ Isfel, l-industrija fil-Komunità tipproduċi biss EMD u l-linji tal-produzzjoni ma jistgħux jintużaw biex jipproduċu ebda prodott ieħor.

(103)

Madanakollu, wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, huwa mistenni li l-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju għandhom jiżdiedu, b’hekk tissaħħaħ il-profitabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja u jipprevjenu li dawn jagħlqu.

(104)

Gћalhekk jidher ċar li l-miżuri ta’ anti-dumping huma fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità.

3.   L-interess ta’ l-utenti

(105)

L-unika industrija li tuża l-EMD huma l-produtturi ta’ batteriji ta’ ċellula alkalina u żingu-karbonju.

(106)

Kif jissemma hawn fuq, il-kwestjonarji intbagħtu lill-produtturi magħrufin tal-batteriji fil-Komunità. Waslu r-risposti minn erba’ kumpaniji li jirrappreżentaw 93 % tal-konsum Komunitarju; tliet risposti ġew ivverifikati fil-pront.

(107)

Kif jissemma hawn fuq, instab li l-produtturi tal-batteriji ġewwa l-KE kienu taħt pressjoni konsiderevoli kaġun ta’ żieda globali fil-prezzijiet tal-materja prima (żingu, nikel, ram, azzar) u żieda fil-kompetizzjoni globali fis-suq tal-batteriji. Huma sostnew li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-Afrika ta’ Isfel għandhom isaħħu l-pressjoni fuq il-prezzijiet u jikkawżaw telf, minħabba li dawn mhux se jkunu fil-pożizzjoni li jgħaddu l-ebda żieda fil-prezz fuq il-klijenti tagħhom. Madankollu, instab li huma kienu ġeneralment f’sitwazzjoni finanzjarja tajba, bi qligħ qabel it-taxxi sostanzjali matul il-PI u li huma żiedu l-bejgħ tagħhom matul il-perijodu kkunsidrat minħabba d-dehra pubblika pożittiva tal-brands tagħhom. Skond l-informazzjoni li waslet, kien possibbli li jivverifikaw li l-ispejjeż ta’ l-EMD għall-produzzjoni tal-batteriji jistgħu ivarjaw bejn 10 % u 15 % (skond id-daqs tal-batterija) ta’ l-ispejjeż totali u kien possibbli li tiġi stmata li l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping fil-livell propost m’għandux iżid il-livell stmat ta’ prezzijiet ta’ batteriji b’iktar minn EUR 0,01 sa EUR 0,02. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-batterija li tista’ tirriżulta minn impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping inkisbet bl-applikazzjoni tal-livell ta’ dazju propost fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni tad-dimensjonijiet differenti tal-batteriji.

(108)

Filwaqt li ġeneralment jiġu opposti l-miżuri, ħafna utenti ammettew li l-għajbien ta’ l-industrija Komunitarja għandu probabbliment ikollu effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tagħhom u l-kompetizzjoni fis-suq tal-KE, minħabba li l-industrija Komunitarja hija produttriċi ta’ EMD ta’ kwalità għolja adattata għall-produzzjoni ta’ batteriji ta’ kwalita tajba. B’hekk, kieku l-industrija Komunitarja kellha tisparixxi, l-utenti jkollhom jirriskjaw li jsiru dipendenti fuq l-EMD mill-Afrika ta’ Isfel biss.

(109)

Fid-dawl ta’ dan, jista’ jiġi konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ kull miżura anti-dumping mhux probabbli li jkollha effett serju fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-utent.

4.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(110)

L-uniku importatur Komunitarju ta’ l-EMD mill-Afrika ta’ Isfel ikkopera fl-investigazzjoni. Skond l-informazzjoni mressqa, instab li dan l-importatur kien l-aġent esklussiv indipendenti tad-Delta. L-importazzjonijiet kollha tad-Delta mill-Afrika ta’ Isfel inbiegħu fil-Komunità permezz ta’ din il-kumpanija. L-attivitajiet kummerċjali tagħha irrappreżentaw inqas minn 20 % tal-bejgħ tagħha. Dan l-importatur esprima dubji dwar l-impożizzjoni possibbli tal-miżuri. Madankollu, anke jekk il-bejgħ tiegħu naqas wara l-impożizzjoni tal-miżuri u s-senseriji ta’ l-aġent ġew imnaqqsa, huwa mistenni li jibqa’ finanzjarjament b’saħħtu u mhux probabbli li l-importatur ikun affettwat b’mod sinifikanti mill-miżuri. Għalhekk jidher ċar li l-impatt tad-dazju anti-dumping għandu jinġarr mill-utenti.

(111)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż provviżorjament li l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping x’aktarx ma jkollhiex effett negattiv serju fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi fil-Komunità.

5.   Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(112)

L-effetti ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mistennija li jippermettu lill-industrija tal-Komunità li tikseb mill-ġdid il-bejgћ u l-ishma tas-suq mitlufa kif ukoll li ttejjeb il-profittabilità tagћha. Minћabba s-sitwazzjoni ta’ deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità, hemm ir-riskju konsiderevoli illi, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha tagћlaq il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema.

(113)

Fid-dawl ta’ l-użu tal-prodott ikkonċernat fil-produzzjoni tal-batteriji, fejn l-ispejjeż ta’ l-EMD ma kinux sinfikanti meta mqabbla mal-valur tal-prodott aħħari, l-impatt għall-utenti m’għandux ikun sinifikanti, kif spjegat fil-premessa 107 hawn fuq.

(114)

Minћabba dan ta’ hawn fuq, qed jiġi konkluż provviżorjament li m’hemmx raġunijiet konvinċenti gћaliex m’gћandhomx jiġu imposti d-dazji ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu dijossidi tal-manganeżju li joriġinaw mill-Afrika ta’ Isfel.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

1.   Il-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ћsara

(115)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara li qed tiġi kkawżata lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(116)

Il-miżuri għandhom jiġu imposti fuq livell suffiċjenti sabiex jelimina l-ħsara kkawżata lill-industrija Komunitarja minn dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġini tad-dumping misjub. Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping dannuż, tqies li kull miżura għandha tagħti lok lill-industrija Komunitarja biex tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb b’mod globali qligħ fuq il-bejgħ ta’ prodott simili ġewwa l-Komunità qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn din l-industrija f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-marġini ta’ qligħ qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu ikkorrisponda għall-qligħ miksub mill-industrija Komunitarja fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat, jiġifieri fi żmien meta l-prezzijiet ta’ l-EMD mill-Afrika ta’ Isfel kienu fl-istess livell bħalma kienu dawk ta’ prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja.

(117)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta’ l-importazzjoni bil-piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ li jwaqqgħu il-prezz, (ara l-inċiżi 45), mal-prezz ta’ mingħajr ħsara tal-prodotti simili mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz ta’ mingħajr ħsara inkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità bit-telf jew qligħ reali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ qligħ imsemmi hawn fuq. Kull differenza li tirriżulta minn dan il-paragun kienet espressa bħala persentaġġ tal-valur ta’ l-importazzjoni CIF totali.

(118)

Il-marġini ta’ ħsara kien sinifikattivament ogħla mill-marġini ta’ dumping osservat.

2.   Il-miżuri provviżorji

(119)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma’ aktar ‘il fuq, jitqies li bi qbil ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku gћandu jiġi impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping fil-livell tal-marġni ta’ dumping minħabba li huwa iktar baxx mill-marġni ta’ ћsara li ġie kkalkulat hawn fuq.

(120)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati provviżorji tad-dazju proposti huma:

Delta E.M.D (Pty) Ltd.

14,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,9  %

H.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(121)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perijodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu smigћ. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ anti-dumping magћmula gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgћu jiġu kkunsidrati mill-ġdid gћall-gћan ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju anti-dumping huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet tad-dijossidu tal-manganeżju elettrolitiku prodott permezz ta’ proċess elettrolitiku, mhux ipproċessat bis-sħana wara l-proċess elettrolitiku, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 2820 10 00 (kodiċi TARIC 2820100010) u li joriġinaw mill-Afrika ta’ Isfel.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti manufatturati mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:

Il-kumpanija

Id-Dazju Anti-dumping

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Delta E.M.D. (Pty) Ltd.

14,9  %

A828

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,9  %

A999

3.   Ir-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ prodott imniżżel fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet tas-sigurta’ ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa provviżorja.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Gћall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 314, 21.12.2006, p. 78.