12.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1043/2007

tal-11 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) li jistabbilixxi lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (traduzzjoni mhux uffiċjali) msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, tliet Stati Membri adottaw miżuri eċċezzjonali li jimponu projbizzjoni immedjata fuq l-operat għat-territorju tagħhom sabiex jirreaġixxu għal problemi imprevisti ta’ sikurezza.

(3)

Skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistipula r-regoli implimentattivi għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (3), żewġ Stati Membri talbu li l-lista Komunitarja tiġi aġġornata.

(4)

Huwa evidenti li l-operat bla waqfien ta’ dawn iż-żewġ trasportaturi x’aktarx huma ta’ riskju serju għas-sikurezza, u li tali riskju ma ġiex riżolt totalment permezz ta’ miżuri urġenti meħuda mit-tliet Stati Membri kkonċernati.

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi ta’ l-ajru kkonċernati fejn indikatilhom il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni operattiva fi ħdan il-Komunità.

(6)

Billi miżuri urġenti huma neċessarji biex jirriżolvu din is-sitwazzjoni, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, il-Kummissjoni mhix meħtieġa tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ l-istess Regolament. Madankollu l-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jistħarrġu d-dokumenti provduti mill-Istati Membri, sabiex iressqu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjonijiet bil-fomm lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.

(7)

L-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll minn xi Stati Membri.

Mahan Air

(8)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji ta’ sikurezza min-naħa ta' Mahan Air iċċertifikati fir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fuq l-art imwettqa mill-Ġermanja u r-Renju Unit skond il-Programm SAFA (4). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet ta’ spezzjoni tindika nuqqasijiet sistemiċi fil-qasam tas-sikurezza.

(9)

Ir-Renju Unit ikkomunika lill-Kummissjoni li, fl-20 ta' Lulju 2007, addotta projbizzjoni immedjata fuq l-operat għall-flotta kollha tal-Mahan Air, waqt li kkunsidrat il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(10)

Mahan Air jopera żewġ inġenji ta’ l-ajru tat-tip Airbus A-310 bil-marki tar-reġistrazzjoni F-OJHH u F-OJHI li mhumiex mgħammra bl-EGPWS, kif meħtieġ fil-paragrafu 6.15.3 ta’ l-Anness 6 il-parti 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Inġenji ta’ l-ajru li ma jissodisfawx l-Anness 6 ta’ l-ICAO ma jistgħux itiru lejn pajjiż barrani sakemm ma jiksbux l-approvazzjoni speċifika minn dan il-pajjiż. L-Istati Membri ħadu d-deċiżjoni biex ma jagħtux awtorizzazzjonijiet għall-operazzjonijiet minn inġenji ta' l-ajru mhux mgħammra bl-EGPWS mill-1 ta’ Jannar 2007. Għal dawn ir-raġunijiet, l-inġenju ta' l-ajru msemmi hawn fuq m'għandux jopera fil-Komunità.

(11)

Teżisti informazzjoni dwar inċidenti serji li tindika li t-trasportatur mhux f’pożizzjoni jiżgura s-sikurezza ta’ l-operazzjonijiet tiegħu, kif irrappurtat mir-Renju Unit.

(12)

Mahan Air wrew nuqqas ta' ħila li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza b'rispons għal talbiet mir-Renju Unit, kif jidher minn nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza.

(13)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran urew nuqqas ta’ kooperazzjoni ma’ l-awtorità ta’ l-avjazzjoni ċivili tar-Renju Unit, meta tqajmu kwistjonijiet dwar is-sikurezza ta’ l-operazzjonijiet ta’ Mahan Air.

(14)

Mahan Air ingħatat l-opportunità li tinstema’ mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit fid-9 ta' Awwissu. Fit-13 ta’ Awwissu, it-trasportatur ressaq quddiem il-Kummissjoni pjan ta’ azzjonijiet korrettivi li ġew ikkunsidrati insuffiċjenti biex jirrimedjaw ir-rijokkorrenzi sistematiċi tan-nuqqasijiet ta’ sikurezza.

(15)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran, u għat-tieni darba, Mahan Air, instemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit fit-23 ta’ Awwissu. Dawn il-konsultazzjonijiet ma ħallewx li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti biex in-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati jitranġaw f'qasir żmien. Il-Kummissjoni tinnota l-impenn tal-linja ta' l-ajru li tissottometti pjan rivedut ta' azzjoni korrettiva. Il-livell ta l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, kif ukoll kwalunkwe żvilupp li jseħħ f'din il-linja ta' l-ajru, għandhom jiġu eżaminati fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza fl-Ajru.

(16)

Abbażi tal-kriterji komuni, ġie vvalutat li Mahan Air ma tilħaqx l-istandards relevanti ta' sikurezza; It-trasportatur bl-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet kollha tiegħu, u għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

Ukrainian Mediterranean Airlines

(17)

Hemm evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji ta’ sikurezza min-naħa ta' l-Ukrainian Mediterranean Airlines iċċertifikata fl-Ukraina. Dawn in-nuqqasijiet ġew identifikati matul spezzjonijiet fuq l-art imwettqa minn Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija, Spanja u t-Turkija skond il-Programm SAFA (5). Ir-repetizzjoni ta’ dawn is-sejbiet ta’ spezzjoni tindika nuqqasijiet sistemiċi fil-qasam tas-sikurezza.

(18)

Il-Ġermanja u l-Italja kkomunikaw lill-Kummissjoni li fit-23 u t-13 ta' Lulju rispettivament adottaw projbizzjoni immedjata fuq l-operat għall-flotta kollha ta' l-Ukrainian Mediterranean Airlines, waqt li kkunsidraw il-kriterji komuni, fil-qafas ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(19)

Barra minn hekk, il-Ġermanja u l-Italja ressqu talba lill-Kummissjoni biex tiġi aġġornata l-lista Komunitarja skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, bl-għan li tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat lejn il-Komunità Ewropea fuq il-flotta kollha ta' l-Ukrainian-Mediterranean Airlines.

(20)

L-Ukrainian Mediterranean Airlines uriet nuqqas ta' ħila biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza b'rispons għal talbiet mill-Ġermanja, l-Italja u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina, kif jidher minn nuqqasijiet persistenti fis-sikurezza. Il-linja ta' l-ajru ressqet pjan korrettiv inizjali fis-6 ta' Awissu, u wieħed rivedut fit-22 ta' Awissu, iżda ma ngħatat l-ebda evidenza dwar l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-pjan. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina stqarrew li dan il-pjan ma jqisx nuqqasijiet maġġuri marbuta mas-sikurezza li nkixfu matul spezzjoni nazzjonali f'Lulju 2007.

(21)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, wara valutazzjoni komprensiva u fil-fond tal-linja ta' l-ajru, stqarrew li kienu kkonkludew li la kienet sikura u lanqas konformi ma' standards nazzjonali tas-sikurezza fl-avjazzjoni (tekniċi u operattivi), u lill-Kummissjoni kkomunikawlha l-intenzjoni tagħhom li jiospendu l-AOC ta' din il-linja ta' l-ajru. Madankollu, din il-miżura ma ġietx implimentata effettivament.

(22)

Abbażi ta' kriterji komuni, ġie valutat li l-Ukrainian Mediterranean Airlines ma tikkonformax ma’ l-istandards rilevanti ta' sikurezza. It-trasportatur bl-ajru għandu jkun suġġett għal projbizzjoni fuq l-operazzjonijiet kollha tiegħu, u għandu jiġi inkluż fl-Anness A. Il-Kummissjoni tinnota l-azzjonijiet korrettivi proposti mill-Ukrainian Mediterranean Airlines. Il-livell ta l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan, kif ukoll kwalunkwe żvilupp li jseħħ f'din il-linja ta' l-ajru, għandhom jiġu eżaminati fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat dwar is-Sikurezza fl-Ajru.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bl-Anness A ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 787/2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10).

(3)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

(4)  LBA/D-2004-124, LBA/D-2004-270, LBA/D-2004-291, LBA/D-2005-554, LBA/D-2006-56, LBA/D-2006-512, LBA/D-2006-760, LBA/D-2007-43, LBA/D-2007-154, LBA/D-2007-177, LBA/D-2007-376, LBA/D-2007-393, LBA/D-2007-405, LBA/D-2007-431, CAA-UK-2006-241, CAA-UK-2007-3, CAA-UK-2007-7, CAA-UK-2007-71, CAA-UK-2007-89.

(5)  ACG-2007-2, BCAA-2007-49, CAA-NL-2004-174, CAO-2005-19, CAO-2007-14, DGCATR-2006-69, DGCATR-2007-142, DGCATR-2007-157, DGCATR-2007-191, DGAC-E-2006-1417, DGAC-E-2007-776, DGAC/F-2007-280, ENAC-IT-2004-68, ENAC-IT-2005-229, ENAC-IT-2005-541, ENAC-IT-2005-745, ENAC-IT-2005-872, ENAC-IT-2006-32, ENAC-IT-2007-231, ENAC-IT-2007-258, FOCA-2004-83, LBA/D-2005-334, LBA/D-2006-375, LBA/D-2006-507, LBA/D-2007-302, LBA/D-2007-365, LBA/D-2007-385, LBA/D-2007-389, RCAARO-2007-56, RCAARO-2007-59, RCAARO-2007-73.


ANNESS A

LISTA TA' TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tal-linja ta' l-ajru kif muri fuq l-AOC (u l-isem kummerċjali, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru (AOC) jew tal-Liċenzja ta' l-Operat

Numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru

L-Istat ta' l-Operatur

AIR KORYO

mhux magħruf

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (DPRK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Is-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

009

AFG

L-Afganistan

BLUE WING AIRLINES

SRSH-01/2002

BWI

Is-Surinam

MAHAN AIR

FS 105

IRM

Ir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

mhux magħruf

VRB

Ir-Rwanda

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

L-Angola

UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES

164

UKM

L-Ukrajna

VOLARE AVIATION ENTREPRISE

143

VRE

L-Ukrajna

Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet inkarigati mis-sorveljanza regolatorja tar-Repubbika Demokratika tal-Kongo (RDC), ħlief Hewa Bora Airways (2), inklużi

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICA ONE

409/CAB/MIN/TC/0114/2006

CFR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER SPRL

409/CAB/MIN/TC/0005/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIGLE AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0042/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BENI

409/CAB/MIN/TC/0019/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BOYOMA

409/CAB/MIN/TC/0049/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR INFINI

409/CAB/MIN/TC/006/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TC/0118/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR NAVETTE

409/CAB/MIN/TC/015/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR TROPIQUES SPRL

409/CAB/MIN/TC/0107/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BEL GLOB AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0073/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0109/2006

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUSINESS AVIATION SPRL

409/CAB/MIN/TC/0117/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUTEMBO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0056/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CARGO BULL AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0106/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/037/2005

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMAIR

409/CAB/MIN/TC/0057/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION

(CAA)

409/CAB/MIN/TC/0111/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0054/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

EL SAM AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0002/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ESPACE AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0003/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FILAIR

409/CAB/MIN/TC/0008/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FREE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0047/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GALAXY INCORPORATION

409/CAB/MIN/TC/0078/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TC/0023/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0048/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

I.T.A.B. — INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS

409/CAB/MIN/TC/0022/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KATANGA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0088/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KIVU AIR

409/CAB/MIN/TC/0044/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES

Firma ministerjali

(ordinanza 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0113/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALILA AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0112/2006

MLC

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0007/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

PIVA AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0001/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

RWAKABIKA BUSHI EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0052/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFARI LOGISTICS SPRL

409/CAB/MIN/TC/0076/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0004/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TC/0115/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SUN AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0077/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TEMBO AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0089/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

THOM'S AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0009/2007

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TC/020/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRACEP CONGO

409/CAB/MIN/TC/0055/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANS AIR CARGO SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0110/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS

(TRACO)

409/CAB/MIN/TC/0105/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

VIRUNGA AIR CHARTER

409/CAB/MIN/TC/018/2005

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0116/2006

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TC/0046/2006

mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Ginea Ekwatorjali, inklużi,

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

mhux applikabbli

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi kollha ta’ l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni regolatorja ta’ l-Indonesja, inklużi,

 

 

L-Indoneżja

ADAMSKY CONNECTION AIRLINES

mhux magħruf

DHI

L-Indoneżja

AIR TRANSPORT SERVICES

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

BALAI KALIBRASI PENERBANGAN

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTARBENUA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

GARUDA

mhux magħruf

GIA

L-Indoneżja

INDONESIA AIRASIA

mhux magħruf

AWQ

L-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

mhux magħruf

KAE

L-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

mhux magħruf

LNI

L-Indoneżja

MANDALA AIRLINES

mhux magħruf

MDL

L-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

MEGANTARA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA AIRLINES

mhux magħruf

MNA

L-Indoneżja

METRO BATAVIA

mhux magħruf

BTV

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

mhux magħruf

PAS

L-Indoneżja

PT. AIR PACIFIC UTAMA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. AIRFAST INDONESIA

mhux magħruf

AFE

L-Indoneżja

PT. ASCO NUSA AIR

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. ASI PUDJIASTUTI

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. AVIASTAR MANDIRI

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. ATLAS DELTASATYA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. DABI AIR NUSANTARA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. DERAYA AIR TAXI

mhux magħruf

DRY

L-Indoneżja

PT. DERAZONA AIR SERVICE

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. DIRGANTARA AIR SERVICE

mhux magħruf

DIR

L-Indoneżja

PT. EASTINDO

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. EKSPRES TRANSPORTASI ANTARBENUA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. GATARI AIR SERVICE

mhux magħruf

GHS

L-Indoneżja

PT. GERMANIA TRISILA AIR

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. HELIZONA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. KURA-KURA AVIATION

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. INDONESIA AIR TRANSPORT

mhux magħruf

IDA

L-Indoneżja

PT. INTAN ANGKASA AIR SERVICE

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. NATIONAL UTILITY HELICOPTER

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. PELITA AIR SERVICE

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. PENERBENGAN ANGKASA SEMESTA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. PURA WISATA BARUNA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. SAMPOERNA AIR NUSANTARA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. SAYAP GARUDA INDAH

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. SMAC

mhux magħruf

SMC

L-Indoneżja

PT. TRANSWISATA PRIMA AVIATION

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. TRAVIRA UTAMA

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

PT. TRIGANA AIR SERVICE

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

REPUBLIC EXPRESS AIRLINES

mhux magħruf

RPH

L-Indoneżja

RIAU AIRLINES

mhux magħruf

RIU

L-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

mhux magħruf

SJY

L-Indoneżja

SURVEI UDARA PENAS

mhux magħruf

PNS

L-Indoneżja

TRANS WISATA PRIMA AVIATION

mhux magħruf

mhux magħruf

L-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

mhux magħruf

XAR

L-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

mhux magħruf

TMG

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

mhux magħruf

TGN

L-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

mhux magħruf

WON

L-Indoneżja

Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tar-Repubblika Kirgiża, inklużi,

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR CENTRAL ASIA

34

AAT

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIA ALPHA AIRWAYS

32

SAL

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

BISTAIR-FEZ BISHKEK

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

BOTIR AVIA

10

BTR

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

ESEN AIR

2

ESD

Ir-Repubblika Kirgiża

GALAXY AIR

12

GAL

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

INTAL AVIA

27

INL

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN AIRLINES

01

KGA

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

OHS AVIA

09

OSH

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

WORLD WING AVIATION

35

WWM

Ir-Repubblika Kirgiża

Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-Liberja

 

Il-Liberja

Il-linji kollha ta' l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tas-Sierra Leone, inklużi,

Is-Sierra Leone

AIR RUM, LTD

mhux magħruf

RUM

Is-Sierra Leone

BELLVIEW AIRLINES (S/L) LTD

mhux magħruf

BVU

Is-Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

mhux magħruf

DTY

Is-Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

mhux magħruf

mhux magħruf

Is-Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

mhux magħruf

ORJ

Is-Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

mhux magħruf

PRR

Is-Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

mhux magħruf

SVT

Is-Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

mhux magħruf

mhux magħruf

Is-Sierra Leone

It-trasportaturi kollha ta’ l-ajru ċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni regolatorja tas-Sważiland, inklużi,

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

mhux magħruf

mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrija flimkien ma' l-ekwipaġġ (wet-leased), mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti ta' sikurezza jkunu sodisfatti.

(2)  Hewa Bora Airways hija permessa tuża inġenju ta' l-ajru speċifiku msemmi fl-Anness B għall-operat attwali tagħha fi ħdan il-Komunità Ewropea.


ANNESS B

LISTA TA' TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tal-linja ta' l-ajru kif muri fuq l-AOC

(u l-isem kummerċjali, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ l-Operatur ta’ l-Ajru (AOC)

Numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-ICAO għal-linja ta' l-ajru

L-Istat ta' l-Operatur

It-Tip ta' l-inġenji ta' l-ajru

Il-marka/i ta’ reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, in-numru/i serjali tal-kostruzzjoni

L-Istat tar-reġistrazzjoni

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha ħlief:

LET 410 UVP

Il-flotta kollha ħlief:

D6-CAM (851336)

Il-Komoros

HEWA BORA AIRWAYS (HBA) (2)

409/CAB/MIN/TC/0108/2006

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Il-flotta kollha ħlief:

B767-266 ER

Il-flotta kollha ħlief:

9Q-CJD (cons. No 23178)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

PAKISTAN INTERNATIONAL AIRLINES

003/96 AL

PIA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan

Il-flotta kollha ħlief:

B-777 kollha; 3 B-747-300; 2 B-747-200. 6 A-310

Il-flotta kollha ħlief:

AP-BHV, AP-BHW, AP-BGJ, AP-BGK, AP-BGL, AP-BGY, AP-BGZ; AP-BFU, AP-BGG, AP-BFX, AP-BAK, AP-BAT, AP-BEU, AP-BGP, AP-BGR, AP-BGN, AP-BEC, AP-BEG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jista' jingħatalhom il-permess li jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji ta’ l-ajru mikrijin flimkien ma' l-ekwipaġġ (wet-leased), mingħand trasportatur bl-ajru li mhuwiex suġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti ta' sikurezza jkunu sodisfatti.

(2)  Hewa Bora Airways għandu l-permess biss li juża l-inġenju ta' l-ajru speċifiku msemmi għall-operazzjonijiet attwali tiegħu fi ħdan il-Komunità Ewropea.