22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 982/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jintroduċi ċertu denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pimentón de la Vera (DPO) – Karlovarský suchar (IGP) – Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO))
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 6 (2), l-ewwel inċiż, u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra l-isem “Pimentón de la Vera”, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Karlovarský suchar” u l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra l-isem “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” ġew ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Peress il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawk l-ismijiet għandhom jiġu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 287, 24.11.2006, p. 2 (Pimentón de la Vera); ĠU C 290, 29.11.2006, p. 20 (Karlovarský suchar); ĠU C 291, 30.11.2006, p. 10 (Riso di Baraggia Biellese et Vercellese).
ANNESS
1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.6. — Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO)
Klassi 1.8. — Prodotti oħrajn ta’ l-Anness I tat-Trattat (ħwawar; eċċ.)
SPANJA
Pimentón de la Vera (DPO)
2. Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament
Klassi 2.4. — Ħobż, prodotti tal-għaġina, ħelu, gallettini u xogħol ieħor tal-furnara
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Karlovarský suchar (IGP)