22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 981/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1489/2006 li jistipula r-rati ta’ l-interessi applikabbli għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent konsistenti fix-xiri, ħażna u d-disponibilità ta’ ħażniet, għas-sena finanzjarja tal-FAEG 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awwissu 1978 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, it-taqsima “garanzija” (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 (2) jistipula r-rati ta’ l-interessi applikabbli għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent konsistenti fix-xiri, l-ħażna u d-disponibilità ta’ ħażniet, għas-sena finanzjarja tal-FAEG 2007. |
(2) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 ġie emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 734/2007, peress li f’ċerti Stati Membri l-finanzjament ta’ dawn it-tranżazzjonijiet huwa biss possibbli bl-applikazzjoni ta’ rati ta’ interessi sensibbilment ogħla mir-rati standard ta’ interessi. Għaldaqstant ġie stipulat, b’deroga għas-sena finanzjarja 2007 u 2008, li meta r-rata medja ta’ interessi aċċetata minn Stat Membru, matul it-tielet xahar wara l-perjodu ta’ referenza użat biex jiġu stabbiliti r-rati standard ta’ interessi mill-Kummissjoni, tkun id-doppju tar-rata standard ta’ interessi, il-Kummissjoni tista’, fil-kuntest ta’ l-interessi ffinanzjati mill-Istat, tkopri l-ammont ikkalkolat abbażi tar-rati ta’ interessi aċċetati mill-Istat Membru, wara t-tnaqqis tar-rati standard ta’ interessi. Ġie wkoll stabbilit li din il-miżura kienet tapplika għall-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri mill-1 ta’ Orrubru 2006. |
(3) |
Fid-dawl tal-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għat-tielet xahar wara l-perjodu ta’ referenza użata biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ interessi standard għas-sena finanzjarja 2007, jidher li Stat Membru jkun interessat minn din il-miżura l-ġdida. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti r-rati ta’ interessi speċifiċi għal dak l-Istat Membru kkonċernat għas-sena finanzjarja 2007. |
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1489/2006 jiġi emendat. |
(5) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 734/2007 japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006, jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-istess data. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1489/2006, għandu jiżdied il-punt li ġej:
“(h) |
4,8 %, għar-rati ta’ interessi speċifiċi applikabbli għall-Ungerija.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 734/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 5).
(2) ĠU L 278, 10.10.2006, p. 11.