22.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 217/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 980/2007

tal-21 ta’ Awwissu 2007

li jipprovdi miżuri speċjali għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tad-WTO għall-butir ta’ New Zealand minn Settembru 2007 sa Diċembru 2007, jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u jidderoga minn dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2020/2006 (3) li jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tal-WTO għall-butir ta’ New Zealand fuq il-bażi tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni allokati darbtejn fis-sena wara l-perjodi ta’ applikazzjoni tal-liċenzji kif provdut fl-Artikolu 34a.

(2)

Meta l-liċenzji ta’ importazzjoni ġew allokati għat-tieni nofs ta’ l-2007 għal butir li joriġina fi-New Zealand bin-numru ta’ kwota 09.4182 imsemmi fl-Anness III.A tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji koprew kwantitajiet inqas minn dawk disponibbli għall-prodotti kkonċernati. B’riżultat ta’ dan, kwantità ta’ 9 958,6 tunnellata ma ġietx allokata.

(3)

Billi l-kwota dejjem ġiet użata għal kollox qabel ma ġew introdotti r-regoli ta’ ġestjoni ġodda fl-1 ta’ Jannar 2007, in-nuqqas fl-użu jista’ jkun ir-riżultat ta’ importaturi li għadhom ma adattawx għad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ġodda.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi provdut perjodu ta’ allokazzjoni addizzjonali għall-kwantità li jifdal, u li s-sigurtà titnaqqas sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għan-negozjanti.

(5)

Barra n-notifiki previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1302/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli suġġetti għal sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (traduzzjoni mhux uffiċjali) (4), il-komunikazzjonijiet meħtieġa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu speċifikati, b’mod partikolari għall-għan ta’ monitoraġġ tas-suq fil-każ tal-butir ta’ New Zealand.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 34 sa 42 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ 9 958,6 tunnellata ta’ butir għas-sena 2007 bin-numru tal-kwota 09.4182 msemmi fl-Anness III.A għal dak ir-Regolament.

2.   B’deroga mill-Artikolu 34a(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jiġu ppreżentati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ Settembru 2007.

3.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kwantità msemmija fl-Artikolu 34a(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2353/2001 għandha tkun 9 958,6 tunnellata.

4.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Diċembru 2007.

5.   B’deroga mill-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, is-sigurtà msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (5) għandha tkun EUR 10 għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott.

6.   B’deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 35b tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-kaxxa 20 tal-liċenzji għandha turi waħda min-notamenti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 35a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Qabel il-15 tax-xahar ta’ applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-applikanti, mqassmin permezz tan-numru tal-kwota. Din in-notifika għandha ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi billi tintuża l-formola li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 731/2007 (ĠU L 166, 28.6.2007, p. 12).

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS

In-notamenti msemmija fl-Artikolu 1(6):

:

bil-Bulgaru

:

разпределение на квота № 09.4182 — за периода от септември 2007 г. до декември 2007 г.

:

bl-Ispanjol

:

asignación del contingente no 09.4182 — para el período comprendido entre septiembre de 2007 y diciembre de 2007

:

biċ-Ċek

:

přidělení kvóty č. 09.4182 – na období od září 2007 do prosince 2007

:

bid-Daniż

:

tildeling af kontingentet med løbenummer 09.4182 — for perioden september 2007 til december 2007

:

bil-Germaniż

:

Zuteilung des Kontingents Nr. 09.4182 — für den Zeitraum September 2007 bis Dezember 2007

:

bl-Estonjan

:

kvoodi 09.4182 jagamine — ajavahemikuks septembrist 2007 kuni detsembrini 2007

:

bil-Grieg

:

κατανομή της ποσόστωσης αριθ. 09.4182 — για την περίοδο από Σεπτέμβριο 2007 έως Δεκέμβριο 2007

:

bl-Ingliż

:

allocation of quota No 09.4182 — for the period September 2007 to December 2007

:

bil-Franċiż

:

attribution du numéro de contingent 09.4182 — pour la période comprise entre septembre 2007 et décembre 2007

:

bit-Taljan

:

assegnazione del contingente n. 09.4182 per il periodo settembre 2007 — dicembre 2007

:

bil-Latvjan

:

kvotas Nr. 09.4182 piešķiršana par laikposmu no 2007. gada septembra līdz 2007. gada decembrim

:

bil-Litwan

:

kvotos Nr. 09.4182 paskirstymas 2007 m. rugsėjo–gruodžio mėn

:

bl-Ungeriż

:

a 09.4182 vámkontingens terhére, a 2007 szeptembere és 2007 decembere közötti időszakra

:

bil-Malti

:

allokazzjoni tal-kwota Nru 09.4182 — għall-perjodu minn Settembru 2007 sa Diċembru 2007

:

bl-Olandiż

:

toewijzing van contingent nr. 09.4182 — voor de periode september 2007-december 2007

:

bil-Pollakk

:

przydział kontyngentu nr 09.4182 — na okres od września 2007 r. do grudnia 2007 r.

:

bil-Portugiż

:

atribuição do contingente n.o 09.4182 — para o período de Setembro de 2007 a Dezembro de 2007

:

bir-Rumen

:

alocarea contingentului nr. 09.4182 — pentru perioada septembrie 2007-decembrie 2007

:

bis-Slovakk

:

pridelenie kvóty číslo 09.4182 — na obdobie od septembra 2007 do decembra 2007

:

bis-Sloven

:

dodelitev kvote št. 09.4182 — za obdobje od septembra 2007 do decembra 2007

:

bil-Finlandiż

:

kiintiö 09.4182 — syyskuusta 2007 joulukuuhun 2007

:

bl-Iżvediż

:

tilldelning av kvot nr 09.4182 — för perioden september 2007 till december 2007.