22.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 217/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2007

tal-21 ta’ Awwissu 2007

li jistipula għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ ċerti varjetajiet ta’ żbib u ta’ l-għajnuna biex jitħawlu mill-ġdid il-vinji milquta mill-filossera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1) u b’mod partikolari l-artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni taż-żbib tal-varjetajiet sultana, Muscatel u passolina.

(2)

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ varjazzjoni fl-għajnuna, skond il-varjetà ta’ l-għeneb. Jistipula wkoll li dan l-ammont jista’ jvarja minħabba fatturi oħra li jistgħu jolqtu l-produzzjoni. Fil-każ tas-sultana, hemm lok għalhekk li tiġi stipulata varjazzjoni supplimentari għaż-żoni milquta mill-filossera u żoni oħrajn.

(3)

Għas-sena tas-suq 2006/2007, il-verifika taż-żoni allokati għat-tkabbir ta’ l-għeneb, regolati bl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, ma turix li nqabeż il-limitu taż-żoni massimi garantiti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat-22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna tat-tkabbir ta’ l-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded (2).

(4)

Hemm lok li tiġi determinata l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb imsemmi, għas-sena tas-suq 2007/2008.

(5)

Hemm ukoll lok li tiġi determinata l-għajnuna li għandha tiġi konċessa lill-produtturi li jiżirgħu mill-ġdid il-vinji tagħhom biex jikkumbattu l-filossera, fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tkabbir regolata bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġiet iffissata għal:

(a)

2 603 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana, milquta mill-filossera jew imħawla mill-ġdid anqas minn ħames snin ilu;

(b)

3 569 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana;

(ċ)

3 391 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bil-passolina;

(d)

969 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà Muscatel.

2.   Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tħawwil mill-ġdid stabbilita bl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġie iffissata għal 3 917 EUR għal kull ettaru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-att relattiv għall-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u għall-adozzjoni tat-trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005 p. 203).

(2)  ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1880/2001 (ĠU L 258, 27.9.2001, p. 14).