|
18.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 215/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2007
tas-17 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi xi miżuri ristrettivi speċifiċi kontra xi persuni li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u li qed jiksru d-dritt internazzjonali fil-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi xi miżuri ristrettivi speċifiċi kontra xi persuni li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u li qed jiksru d-dritt internazzjonali fil-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (1), u, b'mod partikolari, l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet jew il-korpi li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-7 ta’ Awwissu 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-lista tal-persuni naturali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni “Gaffar Mohamed ELHASSAN. Titolu: Maġġur Ġenerali. Informazzjoni oħra: Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forza ta' l-Ajru tas-Sudan” għandha tiġi sostitwita b': “Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Titolu: Maġġur Ġenerali. Kariga: Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forza ta' l-Ajru tas-Sudan. Data tat-twelid: 24.6.1953.” |
|
(2) |
L-annotazzjoni “Gabril Abdul Kareem BADRI. Informazzjoni oħra: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp” għandha tiġi sostitwita b': “Gabril Abdul Kareem Badri (alias Gibril Abdul Kareem Barey). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp.” |