|
11.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 211/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 957/2007
ta’ l-10 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent ta’ l-Istati Membri. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħirrum fil-Komunità u ta’ l-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f’ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta’ ċereali miżmuma għall-intervent. Jeħtieġ għalhekk li l-organizzazzjonijiet ta’ l-intervent ta’ l-Istati Membri konċernati jiġu awtorizzati jżidu l-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għal offerti kompetittivi, għall-qamħirrum, b’1 199 355 tunnellata fl-Ungerija. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 712/2007 għandu jinbidel bit-test anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 843/2007 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 9).
ANNESS
“ANNESS I
LISTA TAS-SEJĦIET
|
Stat Membru |
Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (tunnellati) |
Organizzazzjoni ta' intervent Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt |
|||||||||||||||
|
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrum |
Segala |
||||||||||||||
|
Belgique/België |
0 |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
БЪЛГАРИЯ |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Česká republika |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Danmark |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Deutschland |
0 |
0 |
— |
38 422 |
|
||||||||||||
|
Eesti |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Eire/Ireland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Elláda |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
España |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
France |
0 |
13 218 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Italia |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Kypros |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Latvija |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Lietuva |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Luxembourg |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Magyarország |
29 244 |
0 |
2 199 355 |
— |
|
||||||||||||
|
Malta |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Nederland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Österreich |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Polska |
— |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Portugal |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
România |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Slovenija |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Slovensko |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Sverige |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Is-simbolu ‘—’ jfisser: l-ebda stokk ta' intervent għal dan iċ-ċereali f'dan l-Istat Membru.” |
|||||||||||||||||