31.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 198/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2007

tat-30 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2).

(3)

Ir-rifużjonijiet għall-malt għandhom ikunu kkalkolati billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(4)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(5)

Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata matul dan il-perjodu.

(6)

L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1107 10 19 9000

A00

EUR/t

0,00

1107 10 99 9000

A00

EUR/t

0,00

1107 20 00 9000

A00

EUR/t

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).