31.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 198/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 907/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jneħħi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) ta’ dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

F’Marzu 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 477/95 (2), impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa (‘ir-Russja’). L-ammont ta’ dazju impost kien id-differenza bejn ECU 115 kull tunnellata u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, jekk il-prezz ta’ l-aħħar kien orħos. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri se tissejjaħ ’l -investigazzjoni oriġinali’. Wara t-twettiq ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 901/2001 (3), iddeċieda li dawn il-miżuri għandhom jinżammu. Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma fil-forma ta’ dazju varjabbli fuq il-bażi ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (‘MIP’) ta’ EUR 115 kull tunnellata (‘il-miżuri eżistenti’). L-investigazzjoni għar-reviżjoni li wasslet biex jinżammu l-miżuri se tissejjaħ ’l -investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza’.

(2)

F’Diċembru 2003, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2228/2003 (4), temm reviżjoni interim parzjali mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku bil-għan li jkun mistħarreġ kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr ebda emendi fil-miżuri eżistenti.

2.   It-talbiet għal reviżjonijiet

(3)

F’Awwissu 2005 (5), il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti. Fid-9 ta’ Frar 2006 il-Kummissjoni irċeviet talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ta’ dawn il-miżuri u talba għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat għall-forma tal-miżuri.

(4)

Dawn it-talbiet tressqu mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (EFMA) (‘l -applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali ta’ urea tal-Komunità.

(5)

L-applikant allega u ressaq provi prima facie biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri tista’ tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-industrija fil-Komunità fejn jidħlu l-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja (‘il-pajjiż ikkonċernat’) u li l-forma tal-miżuri attwali mhix biżżejjed biex tilqa’ għall-effetti ta’ ħsara ta’ l-iddampjar.

(6)

Barra minn hekk, fl-14 ta’ Settembru 2006, waslet talba għal reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 901/2001 minn Kumpanija bi Stokk Konġunt ‘Mineral and Chemical Company EuroChem’ (‘EuroChem’), produttur esportatur ta’ urea fir-Russja soġġett għall-miżuri antidumping fis-seħħ.

(7)

Fit-talba skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, EuroChem ressqet prova prima facie biex issostni t-talbiet tagħha li, safejn hija kienet ikkonċernata, iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura permanenti. EuroChem ressqet prova li turi li t-tqabbil bejn l-ispejjeż tagħha u l-prezzijiet għall-esportazzjoni tagħha jista’ jwassal għal tnaqqis ta’ dumping b’mod sinifikanti taħt il-livell tal-miżuri attwali. Għalhekk, EuroChem iddikjarat li l-impożizzjoni kontinwa ta’ miżuri fil-livelli attwali, li kienu bbażati fuq il-livell ta’ marġinu ta’ ħsara li ġie stabbilit qabel, ma kienitx għadha meħtieġa biex tikkumpensa għad-dumping.

(8)

Wara li ġie determinat, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex jingħata bidu għar-reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u taż-żewġ reviżjonijiet interim parzjali, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet dawn it-tliet reviżjonijiet bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (6).

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(9)

Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjoni dwar it-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ ddampjar u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006 (‘perjodu ta’ l-investigazzjoni għar-reviżjoni’ jew ‘RIP’). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2002 sa tmiem l-RIP (‘il-perjodu meqjus’). Il-perjodu użat fir-reviżjoni interim parzjali għall-investigazzjoni dwar kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri huwa l-istess bħall-perjodu meqjus fir-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping rigward ‘EuroChem’ kien il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006.

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(10)

Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw fir-Russja, importaturi u utenti magħrufin li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, l-applikant u l-produtturi magħrufin fil-Komunità bil-bidu taż-żewġ reviżjonijiet. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(11)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lil EuroChem, lir-rappreżentanti tar-Russja, kif ukoll lill-applikant dwar il-bidu tar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(12)

Il-partijiet kollha interessati, li għamlu din it-talba u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom kellhom jinstemgħu, ingħataw il-possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ.

(13)

Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ skadenza u tar-reviżjoni interim parzjali limitata għall-forma tal-miżuri, fid-dawl ta’ għadd kemmxejn kbir ta’ produtturi fil-Komunità, ta’ importaturi fil-Komunità u ta’ produtturi li jesportaw fir-Russja, kien meqjus xieraq, b’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jkun eżaminat jekk għandhomx jittieħdu l-kampjuni. Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux tassew meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jersqu ’l quddiem fi żmien 15-il jum mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u biex jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu.

(14)

Fir-rigward ta’ importaturi fil-Komunità, importatur wieħed biss għadda l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u esprima r-rieda tiegħu li jkompli jikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni. Ġie għalhekk deċiż li ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni fir-rigward ta’ l-importaturi.

(15)

Disa’ produtturi tal-Komunità mlew tajjeb il-formola tat-teħid tal-kampjuni u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Erbgħa minn dawn id-disa’ kumpaniji, li nstabu li huma rappreżentattivi ta’ l-industrija fil-Komunità f’dawk li għandu x’jaqsam ma’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità, intgħażlu bħala kampjuni. L-erba’ produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal madwar 50 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija fil-Komunità, kif definita fil-premessa (63), matul l-RIP, filwaqt li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq kienu jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni fil-Komunità. Dan il-kampjun kien jikkostitwixxi l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità li raġonevolment seta’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli.

(16)

Ħames produtturi li jesportaw imlew tajjeb il-formola għat-teħid tal-kampjuni sa l-iskadenza u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi li jesportaw kienu jammontaw għal 60 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità fil-perjodu ta’ l-RIP.

(17)

Kampjun ta’ tliet produtturi li jesportaw li setgħu jkunu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli ntgħażel f’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet ta’ urea magħmula lejn il-Komunità. It-tliet produtturi li jesportaw meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal 50 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP.

(18)

Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjuni magħżula u ma kellhom l-ebda oġġezzjoni dwarhom.

(19)

Bħala riżultat ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli, aktar tard kien stabbilit li wieħed mit-tliet produtturi li jesportaw meħud fil-kampjun, fil-fatt ma kienx fost dawk li kellhom l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Dan il-produttur li jesporta għalhekk ġie eskluż mill-kampjun u sostitwit mill-produttur li jesporta li kien ir-raba’ fil-lista. Il-kampjun hekk mibdul kien jammonta għal 48 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP.

(20)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-erba’ produtturi tal-Komunità fil-kampjun, lit-tliet produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun, kif ukoll lill-importaturi u l-utenti kollha li kienu għamlu lilhom infushom magħrufin.

(21)

Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-erba’ produtturi fil-kampjun tal-Komunità u tliet produtturi li jesportaw mir-Russja, kif ukoll minn importatur mhux relatat u 7 utenti fil-Komunità. Barra minn hekk, bosta importaturi u utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom issottomettew kummenti mingħajr ma wieġbu l-kwestjonarju.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun

Fertiberia S.A., Madrid, Spanja,

Nitrogénművek Zrt., Pétfűrdo, l-Ungerija,

SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH, Lutherstadt Wittenberg, il-Ġermanja,

Yara S.A., Brussell, il-Belġju u l-produttur relatat magħha Yara Sluiskil B.V., Sluiskil, l-Olanda.

(b)

Il-produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun

JSC Mineral u Chemical Company (Eurochem), Moska, ir-Russja, u ż-żewġ kumpaniji li jimmanifatturaw relatati magħha:

OJSC Azot (NAK Azot), Novomoskovsk, ir-Russja, u

OJSC Nevinnomyssky Azot (Nevinka Azot), Nevinnomyssk, ir-Russja;

JSC Minudobrenia, Perm, ir-Russja

JSC Acron, Velikij Novgorod, ir-Russja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(23)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, jiġifieri urea li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li toriġina mir-Russja.

(24)

L-urea hija prinċipalment magħmula mill-ammonja, li min-naħa tagħha hija prodotta mill-gass naturali. Tista’ tieħu forma solida jew likwida. L-urea solida tista’ tintuża għal skopijiet agrikoli u industrijali. Il-kwalità ta’ urea għall-agrikoltura tista’ tintuża jew bħala fertilizzant, li jinfirex fuq il-ħamrija, jew bħala addittiv fl-għalf għall-bhejjem. Il-kwalità ta’ urea għall-industrija hija materja prima għal ċerti tipi ta’ kolla u plastik. Minkejja li l-urea hija ppreżentata fil-forom differenti msemmija hawn fuq, il-karatteristiċi kimiċi tagħha jibqgħu bażikament l-istess u għall-għanijiet tal-proċedura attwali jistgħu jitqiesu bħala prodott wieħed.

2.   Il-prodott simili

(25)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjonijiet għar-reviżjoni attwali kkonfermaw li l-prodott ikkonċernat u l-urea prodotta u mibjugħa mill-produtturi fil-Komunità fis-suq tal-Komunità, kif ukoll l-urea prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku Russu għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi. Għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   It-tkomplija ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni

(26)

Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx qed isir dumping matul l-RIP, u f’każ li kien hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri kienitx se twassal jew le għal tkomplija ta’ dumping.

1.1   Ġenerali

(27)

Kif jissemma’ fil-premessa (16), ħames produtturi li jesportaw l-urea kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi kienu jirrappreżentaw 60 % ta’ l-esportazzjonijiet ta’ urea li oriġinaw mir-Russja lejn il-Komunità matul l-RIP, li kienu jammontaw għal 1,39 miljun tunnellata. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li oriġinaw mir-Russja kienu jirrappreżentaw 16 % tal-konsum fil-Komunità, li kien ta’ 8,98 miljun tunnellata fl-RIP.

(28)

Għalhekk, il-livell ta’ kooperazzjoni huwa meqjus għoli.

1.2.   Il-valur normali

(29)

Għandu jiġi nnutat li produttur esportatur wieħed jikkontrolla żewġ kumpaniji relatati, li t-tnejn qed jipproduċu u jesportaw l-urea. Il-kampjun li jissemma fil-premessa (19) għalhekk jinkludi erba’ kumpaniji.

(30)

L-ewwel ġie stabbilit għal kull waħda mill-erba’ kumpaniji jekk it-total tal-bejgħ domestiku tagħhom ta’ urea kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jammonta għal 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-erba’ kumpaniji kollha biegħu kwantitajiet rappreżentattivi ta’ urea fis-suq domestiku.

(31)

Biex ikun stabbilit jekk il-bejgħ ta’ urea fis-suq domestiku kienx fl-andament ordinarju tan-negozju, kellha tiġi stabbilita l-ispiża tal-manifattura. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-ispejjeż ta’ l-enerġija, bħall-elettriku u l-gass jirrappreżentaw proporzjon ewlieni ta’ l-ispiża tal-manifattura u proporzjon sinifikanti ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni. Għalhekk ġie eżaminat, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, jekk l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott meqjus kienux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-partijiet ikkonċernati.

(32)

L-investigazzjoni ma wriet l-ebda indikazzjoni li l-elettriku ma kienx se jkun rifless b’mod raġonevoli fir-reġistri. F’dan il-kuntest, huwa inter alia nnutat li l-prezzijiet ta’ l-elettriku mħallsa mill-produtturi Russi matul l-RIP kienu skond il-prezzijiet fis-suq internazzjonali, meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, bħall-Kanada u n-Norveġja. Madankollu, ma setax jingħad l-istess dwar il-prezzijiet tal-gass.

(33)

Fir-rigward tal-fornituri tal-gass, fil-fatt, ġie stabbilit fuq il-bażi tad-data ppubblikata minn għejun speċjalizzati fis-swieq ta’ l-enerġija magħrufa internazzjonalment, li l-prezz imħallas mill-produtturi Russi kien baxx b’mod anormali. Bħala indikazzjoni, dawn kienu jammontaw għal wieħed minn kull ħamsa tal-prezz għall-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja u kienu wkoll orħos b’mod sinifikanti mill-prezz tal-gass imħallas mill-produtturi fil-Komunità. F’dan ir-rigward, id-data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet tal-gass domestiċi fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq imħallsa fi swieq mhux regolati għall-gass naturali. Peress li l-ispejjeż tal-gass ma kienux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri ta’ l-erba’ kumpaniji, dawn kellhom ikunu aġġustati skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-ispiża tal-manifattura fil-kumpaniji meħuda bħala kampjun ġiet aġġustata skond dan.

(34)

Fin-nuqqas ta’ prezzijiet mhux irregolari tal-gass b’rabta mas-suq domestiku Russu, u skond l-Artikolu 2(5) tar-regolament bażiku, il-prezzijiet tal-gass kellhom jiġu stabbiliti fuq ‘kull bażi raġonevoli oħra, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħra.’ Il-prezz aġġustat kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (‘Waidhaus’), wara li tħallsu l-ispejjeż tat-trasport. Waidhaus, peress li huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-ikbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż, jista’ jitqies bħala suq rappreżentattiv.

(35)

Wara l-aġġustament ta’ l-ispejjeż tal-manifattura kif deskritt hawn fuq, żewġ kumpaniji biss kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju. Għal dawn iż-żewġ kumpaniji għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(36)

Għaż-żewġ kumpaniji l-oħra, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju msemmi fil-premessa (35) hawn fuq, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, din l-informazzjoni ma setgħetx tixxandar fid-dettall, peress li waħda miż-żewġ kumpaniji li mingħandhom ittieħdet l-informazzjoni kellha rabta ma’ kumpanija li għaliha ġie stabbilit il-valur normali. Għalhekk, jekk it-tagħrif kien ġie żvelat, kien ikun possibbli għal dik il-kumpanija li tibni mill-ġdid id-data kunfidenzjali tan-negozju tal-kumpanija l-oħra.

1.3.   Il-prezz għall-esportazzjoni

(37)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz għall-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, eżattament fuq il-bażi ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni li fil-fatt qed jitħallsu jew li jistgħu jitħallsu.

(38)

Fi-każ ta’ produttur esportatur wieħed fejn il-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Iżvizzera, il-prezz għall-esportazzjoni tfassal fuq il-bażi tal-prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid ta’ dak in-negozjant relatat lil klijenti indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li kien hemm bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid inkluż it-trasport, il-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, u marġini raġonevoli ta’ profitt.

1.4.   Il-paragun

(39)

Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Bil-għan li jsir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fit-trasport, immaniġġjar, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ kreditu, kummissjonijiet u spejjeż ta’ ppakkjar fejn kienu applikabbli u sostnuti minn evidenza vverifikata.

1.5.   It-tkomplija ta’ dumping

(40)

Il-marġni ta’ dumping għal kull produttur li jesporta ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur normali medju bil-piż differenzjat u prezz għall-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(41)

L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP id-dumping seħħ l-aktar f’livell iktar baxx milli kien hemm fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-marġini ta’ dumping, murija bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huma madankollu sostanzjali, jiġifieri fil-firxa minn 6 % sa 23 %.

2.   Il-probabbiltà ta’ Tkomplija ta’ Dumping

2.1.   L-effett tat-tneħħija tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet iddampjati

(42)

Kif ingħad fil-premessa (1), il-miżuri fis-seħħ huma fil-forma ta’ MIP ta’ EUR 115/tunnellata. Filwaqt li fil-bidu dan l-MIP kellu influwenza fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ta’ urea lejn il-Komunità, dawn il-prezzijiet kienu bil-bosta’l fuq mill-MIP sa mill-2003 kif jidher fil-premessa (67), u matul l-RIP il-prezzijiet medji għall-esportazzjoni Russa kienu 68 % ogħla mill-MIP.

(43)

Għalhekk jista’ jkun konkluż li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda impatt kemm fuq il-prezzijiet kif ukoll fuq il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja. Bħala konsegwenza, mhux probabbli li jkun hemm impatt fuq il-prezzijiet jew il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja kemm-il darba l-miżuri jitneħħew.

(44)

Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-effetti probabbli ta’ (i) kapaċità żejda Russa eżistenti u l-possibbiltà ta’ kapaċità ġdida u (ii) l-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida lil bejgħ ieħor lejn il-Komunità ġew eżaminati wkoll fl-investigazzjoni, kif imfisser iktar ’l isfel.

2.2.   Il-kapaċità żejda

(45)

L-applikant ressaq fit-talba tiegħu għal reviżjoni evidenza li se jkun hemm total ta’ disa’ proġetti, li jistgħu jipprovdu kapaċità ġdida sostanzjali fir-Russja fil-perjodu ta’ żmien 2005-2007 minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni, li jammontaw għal żieda ta’ mill-inqas 10 % tal-kapaċità eżistenti.

2.2.1.   Il-produtturi li kkooperaw

(46)

L-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti ġew eżaminati. Il-produtturi Russi meħuda bħala kampjun irnexxielhom iżidu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom b’madwar 5 %, filwaqt li żiedu l-produzzjoni tagħhom b’madwar 15 % matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, il-kapaċità żejda nominali tagħhom tkun naqset b’mod sinifikanti għal 170 000 tunnellata, jew b’madwar 6 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Kapaċità

2 567 648

2 567 648

2 567 648

2 640 100

2 686 591

Produzzjoni

2 179 525

2 213 096

2 364 564

2 537 327

2 516 367

Kapaċità Żejda

388 123

354 552

203 084

102 773

170 224

(47)

Total ta’ ħames proġetti mid-disgħa li ssemmew fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li qed jikkooperaw. Żewġ proġetti kienu diġà ntemmew matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma pprovdew l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbla ma’ l-RIP. Għal proġett wieħed elenkat, ġiet stabbilita biss żieda insinifikanti fil-kapaċità.

(48)

Fir-rigward ta’ l-akbar żewġ proġetti, li jammontaw għal parti l-kbira taż-żieda fil-kapaċità msemmija fil-premessa (46) hawn fuq, ġie stabbilit li l-kumpanija ma tinvestix biss fil-kapaċità ta’ l-urea, iżda anki fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni downstream għal prodotti bħal reżina urejka (urea-formaldehyde-resins UFR) u soluzzjonijiet ta’ l-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju (UAN). Dawn il-proġetti jew jinsabu fi stadju avvanzat jew inkella diġà kienu ntemmew wara l-RIP. Għalhekk, wieħed jista’ jassumi li l-parti l-kbira tal-kapaċità ta’ dan il-proġett mhux se tinbiegħ lil utenti indipendenti, iżda se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għal dawn il-prodotti downstream. Għalhekk din il-parti mhijiex qed titqies fil-paragrafu li ġej.

(49)

Jidher minn dan ta’ hawn fuq li t-tliet proġetti jistgħu jwasslu għal kapaċità addizzjonali disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti, stmata għal madwar 150 000-200 000 tunnellata. Dan jikkorrispondi għal 10 %-15 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew għal sehem potenzjali tas-suq ta’ 1,5 %-2 % tas-suq tal-Komunità.

2.2.2.   Il-produtturi li ma kkooperawx

(50)

Il-kapaċità żejda globali bħala perċentwal tal-kapaċità ta’ produzzjoni fir-Russja hija skond il-kapaċità żejda stabbilita għall-produtturi li qed jikkooperaw, skond informazzjoni mressqa mill-applikant. Għalhekk jitqies, li l-produtturi li mhux qed jikkooperaw għandhom ukoll kapaċità żejda ta’ madwar 5 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni, stmata għal madwar 140 000 tunnellata matul l-RIP..

(51)

Total ta’ erba’ proġetti minn disgħa li ssir referenza għalihom fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li mhux qed jikkooperaw. Dawn il-proġetti ġew valutati fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli. Għal proġett wieħed, ġie stabbilit li ma kienx rigward il-prodott ikkonċernat, iżda l-metanol. Proġett wieħed kien diġà twettaq matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma jipprovdi l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbel ma’ l-RIP. Proġett wieħed kien qed jirreferi għal investiment insinifikanti ta’ inqas minn 1 miljun EUR fis-sena u għalhekk kien meqjus li ma kellu l-ebda impatt kwantifikabbli fuq il-kapaċità Russa. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġett li fadal, jista’ jwassal għal żieda fil-kapaċità ta’ madwar 100 000 tunnellata (li tikkorrispondi għal madwar 7 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew sehem potenzjali tas-suq ta’ 1 % tas-suq tal-Komunità).

2.2.3.   Konklużjoni dwar il-kapaċità żejda

(52)

L-investigazzjoni wriet li l-kapaċità addizzjonali disponibbli fiż-żmien medju se tqarreb il-500 000 tunnellata. Iżda peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għall-prodotti downstream, ġie konkluż li bejn wieħed u ieħor nofs din il-kwantità biss se tkun disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti.

(53)

Peress li s-suq domestiku Russu huwa żgħir u m’hemmx indikazzjonijiet li dan jista’ jinbidel fil-futur, kull żieda fil-produzzjoni se tkun maħsuba għall-esportazzjoni. Peress li l-użu tal-kapaċità nominali tal-produtturi Russi hija ta’ madwar 95 %, kwantitajiet addizzjonali limitati biss huma disponibbli għall-esportazzjoni.

(54)

Il-kapaċità żejda eżistenti u l-kapaċità addizzjonali mhux vinkolanti li mistennija tinħoloq fil-futur qrib jirrappreżentaw flimkien bejn wieħed u ieħor madwar 550 000-600 000 tunnellata, li jikkorrispondu għal madwar 40 % tat-total ta’ esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità matul l-RIP, li huwa sehem potenzjali tas-suq ta’ madwar 6 % tas-suq Komunitarju. Madankollu, skond it-tbassir ta’ konsultazzjonijiet speċjalizzati fil-fertilizzanti mogħtija mill-applikant, id-domanda dinjija għall-urea hija mistennija li tiżdied b’pass simili għaż-żieda fil-kapaċità dinjija. Għalhekk il-kwantitajiet addizzjonali disponibbli għall-esportazzjoni jistgħu jiġu diretti lejn ir-reġjuni fejn teżisti domanda addizzjonali. Għalhekk huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità jiżdiedu fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm biss żieda ekwivalenti fid-domanda, jiġifieri dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fis-suq tal-Komunità.

(55)

Ma jistax għalhekk ikun konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fis-suq tal-Komunità se jkunu milquta mill-kapaċità żejda Russa.

2.3.   Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida għal bejgħ ieħor lejn il-Komunità

(56)

Matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-produtturi li jesportaw meħuda fil-kampjun, fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1 % - 5 % inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn. Il-prezzijiet domestiċi kienu wkoll ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, speċjalment għal kumpaniji li jinsabu f’żoni mbiegħda minħabba differenza sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport.

(57)

L-applikant jargumenta li hemm investimenti sinifikanti fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-urea, prinċipalment fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani. Din il-kapaċità ġdida allegatament se twassal għal opportunitajiet inqas għall-esportaturi Russi lejn swieq oħrajn, u twassal għal iżjed kwantitajiet ta’ urea Russa esportati lejn il-Komunità. Madankollu kien stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir imsemmi fil-premessa (54) hawn fuq li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ ta’ provvista/domanda globali, hekk kif id-domanda dinjija hija mbassra li tiżdied fuq l-istess livell tal-kapaċità globali.

(58)

Għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fil-Komunità se jkun affettwat b’direzzjoni mill-ġdid ta’ merkanzija lejn il-Komunità.

2.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija tad-dumping

(59)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi li saret hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri attwali fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, huwa konkluż li jekk jitneħħew il-miżuri, hemm il-probabbiltà li d-dumping ikompli.

D.   ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA FIL-KOMUNITÀ

(60)

Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 16-il produttur, li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Tmienja minn dawn is-16-il kumpanija saru parti mill-produtturi tal-Komunità wara t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004.

(61)

Mis-16-il produttur tal-Komunità, disa’ kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni, ilkoll imsemmija fit-talba għar-reviżjoni. Tliet produtturi oħra għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien stabbilit u bagħtu l-informazzjoni mitluba għall-għanijiet tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, ma offrew l-ebda kooperazzjoni ulterjuri. L-ebda produttur tal-Komunità ma oppona t-talba għar-reviżjoni.

(62)

Għalhekk, id-disa’ produtturi li ġejjin qablu li jikkooperaw:

Achema AB (il-Litwanja),

AMI Agrolinz Melamine International GmbH (l-Awstrija),

Chemopetrol, a.s. (ir-Repubblika Ċeka),

Duslo, a.s. (ir-Repubblika Slovakka),

Fertiberia S.A. (Spanja),

Grande Paroisse S.A. (Franza),

Nitrogénművek Zrt. (l-Ungerija),

SKW Stickstoffwerke Piesteritz GmbH (il-Ġermanja),

Yara: il-konsolidazzjoni bejn Yara France S.A. (Franza), Yara Italia S.p.a. (l-Italja), Yara Brunsbuttel GmbH (il-Ġermanja) u Yara Sluiskil B.V. (l-Olanda) (7).

(63)

Peress li dawn id-disa’ produtturi tal-Komunità ammontaw għal madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul l-RIP, jitqies li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq jammontaw għal parti kbira tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija fil-Komunità skond l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem imsejħa ’l -Industrija Komunitarja’. Is-seba’ produtturi tal-Komunità li ma kkooperawx se jissejħu “produtturi Komunitarji oħra”.

(64)

Kif indikat hawn fuq, ittieħed kampjun magħmul minn erba’ kumpaniji. Il-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun ikkooperaw u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju sa d-data ta’ l-għeluq. Barra minn hekk, il-ħames produtturi l-oħra li kkooperaw bagħtu kif xieraq ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara.

E.   IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1.   Il-konsum fis-suq tal-Komunità

(65)

Il-konsum apparenti ta’ urea fil-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi ta’ data mressqa mill-applikant u minn data ta’ l-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE. Minħabba t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus. Peress li din l-investigazzjoni nbdiet qabel it-tkabbir ulterjuri bil-Bulgarija u r-Rumanija, l-analiżi hija limitata għal-qagħda ta’ l-UE-25.

(66)

Bejn l-2002 u l-RIP, il-konsum fil-Komunità żdied b’4 %.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Konsum totali tal-KE f’tunnellati

8 651 033

8 945 707

8 954 402

8 873 804

8 978 696

Indiċi (2002 = 100)

100

103

104

103

104

2.   Il-Volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja

(67)

Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja żviluppaw kif jidher hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Volum ta’ l-importazzjonijiet (tunnellati)

1 375 543

1 429 565

1 783 742

1 404 863

1 393 277

Indiċi (2002 = 100)

100

104

130

102

101

Sehem mis-suq

16  %

16  %

20  %

16  %

16  %

Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

119

133

154

180

193

Indiċi (2002 = 100)

100

112

129

151

162

(68)

Il-volum ta’ importazzjonijiet Russi kif ukoll is-sehem mis-suq tagħhom baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, ħlief għall-ogħla valur fl-2004 li huwa mfisser bil-ħażna fl-10 Stati Membri ta’ l-UE qabel it-tkabbir ta’ l-1 ta’ Mejju 2004. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi żdiedu minn 119 għal 193 EUR/tunnellata matul il-perjodu meqjus. Din l-evoluzzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq deskritti wkoll fil-premessa (85).

(69)

Il-prezzijiet Russi għall-importazzjonijiet juru li sa mill-bidu tal-perjodu meqjus (2002), il-produtturi Russi kienu qed jesportaw lejn il-Komunità f’livell ta’ prezz ferm ogħla mill-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ EUR 115 kull tunnellata.

(70)

Bil-għan li jkun ikkalkulat il-livell tal-qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP, il-prezzijiet fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja għall-klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, ma’ tal-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat li qed jikkooperaw, aġġustati kif xieraq bil-għan li jirriflettu prezz ta’ wara l-konsenja. Il-paragun wera li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kienux qed jaqtgħu l-prezz taħt dak ta’ l-industrija Komunitarja.

3.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

(71)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu meqjus qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezz li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu

(tunnellati)

579 830

629 801

422 892

385 855

457 056

Sehem mis-suq

7  %

7  %

5  %

4  %

5  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Eġittu (EUR/tunnellata)

149

163

178

220

224

Volum ta’ importazzjonijiet mir-Rumanija (tunnellati)

260 298

398 607

235 417

309 195

239 335

Sehem mis-suq

3  %

4  %

3  %

3  %

3  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Rumanija (EUR/tunnellati)

123

142

175

197

209

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Kroazja (tunnellati)

126 400

179 325

205 921

187 765

187 362

Sehem mis-suq

1  %

2  %

2  %

2  %

2  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-Kroazja (EUR/tunnellata)

125

135

145

172

177

Volumi ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha mhux imsemmija hawn fuq (tunnellati)

663 940

605 063

536 345

580 311

492 659

Sehem mis-suq

8  %

7  %

6  %

7  %

5  %

Prezzijiet ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha mhux imsemmija hawn fuq (EUR/tunnellati)

128

172

169

206

216

(72)

Għandu jiġi nnutat li kemm l-Eġittu kif ukoll ir-Rumanija naqqsu l-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom mill-2000 sa l-RIP, filwaqt li l-volumi ta’ esportazzjoni tal-Kroazja żdiedu minn 126 elf tunnellata fl-2002 għal 187 elf tunnellata fl-RIP. Is-sehem tal-Kroazja fis-suq Komunitarju madankollu baqa’ stabbli f’1-2 %. Fejn jidħlu l-prezzijiet għall-esportazzjoni, l-Eġittu esporta lejn il-Komunità bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta’ l-industrija fil-Komunità matul il-perjodu meqjus u r-Rumanija mill-2004 ’l quddiem. Il-prezzijiet Kroati, bil-kontra, kienu iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kollu meqjus. Il-Kroazja, madankollu, ma żieditx is-sehem tas-suq tagħha fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu meqjus. Għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mill-Kroazja, minn Jannar 2002, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 92/2002 (8), huma suġġetti għal dazju antidumping ta’ EUR 9,01 kull tunnellata.

4.   Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(73)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

4.1.   Rimarki preliminari

(74)

Fejn intuża t-teħid tal-kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi ta’ ħsara (produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, produttività, ħażniet, volumi ta’ bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha b’mod ġenerali (‘C.I. ’ fit-tabelli inklużi), filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara marbuta mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri prezzijiet, profitt, pagi, investimenti, dħul mill-investiment, likwidità, il-ħila li jinġabar il-kapital, jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun (‘S.P. ’ fit-tabelli li ġejjin).

4.2.   Id-data relatata ma’ l-industrija fil-Komunità kollha

(a)    Il-produzzjoni

(75)

Il-volum ta’ produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja, inkluża l-produzzjoni għall-użu vinkolanti, baqa’ stabbli b’4,3 miljun tunnellata bejn l-2002 u l-RIP, b’eċċezzjoni għal żieda żgħira temporanja fl-2003. Fi ħdan il-produzzjoni totali, anki s-sehem tal-produzzjoni użata għat-trasferimenti vinkolanti baqa’ prattikament stabbli b’madwar 20 % tal-produzzjoni totali, u juri li ma jistax jaffettwa l-istampa tal-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Il-produzzjoni tas-C.I. (tunnellati)

4 311 986

4 540 021

4 331 387

4 369 705

4 322 214

Indiċi (2002 = 100)

100

105

100

101

100

Il-produzzjoni tas-C.I. użata għat-trasferimenti vinkolanti.

832 919

837 701

842 643

899 173

893 573

Indiċi (2002 = 100)

100

101

101

108

107

Bħala % tal-produzzjoni totali

19,3  %

18,5  %

19,5  %

20,6  %

20,7  %

(b)    Il-kapaċità u r-rati ta’ l-użu tal-kapaċità

(76)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet ftit mill-2002 sa l-RIP (5 %). Fid-dawl tal-volum ta’ produzzjoni tas-CI li baqa’ stabbli, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità naqset ftit matul il-perjodu meqjus, minn livell ta’ 84 % fl-2002 għal livell ta’ 81 % fl-RIP. Madankollu, kif diġà ġie nnutat fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-ammonja użata għall-produzzjoni ta’ urea tista’ tintuża wkoll għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti oħra. Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità għall-produzzjoni ta’ l-urea hija għalhekk affettwata wkoll mill-iżvilupp ta’ fertilizzanti oħrajn, u għalhekk inqas sinifikanti bħala indikatur ta’ ħsara.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Kapaċità ta’ produzzjoni tas-C.I.

(tunnellati)

5 109 600

5 153 906

5 156 743

5 402 760

5 362 590

Indiċi (2002 = 100)

100

101

101

106

105

L-użu tal-kapaċità tas-C.I.

84  %

88  %

84  %

81  %

81  %

Indiċi (2002 = 100)

100

104

100

96

96

(ċ)    Il-ħażniet

(77)

Il-livell tal-ħażniet ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja ma kienx stabbli matul il-perjodu meqjus. Ġiet irreġistrata żieda ta’ 27 % bejn l-2002 u l-2005, iżda kien hemm tnaqqis drastiku matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-RIP (Jannar – Marzu 2006). L-volatilità għolja tal-livell tal-ħażniet tista’ tkun imfissra bl-effett staġjonali tal-bejgħ u mill-fatt li l-urea użata għal użu vinkolanti hija maħżuna flimkien ma’ l-urea mibjugħa fis-suq ħieles. Għalhekk, il-livell ta’ ħażniet jitqies bħala indikatur ta’ ħsara b’valur inqas.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Il-ħażniet ta’ l-għeluq tas-C.I. (tunnellati)

253 853

238 888

262 194

322 766

223 941

Indiċi (2002 = 100)

100

94

103

127

88

(d)    Il-volum ta’ bejgħ

(78)

Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità naqas ftit bejn l-2002 u l-RIP, jiġifieri bi 3 %.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Volum ta’ bejgħ tas-C.I. fil-KE (tunnellati)

3 155 215

3 242 758

3 054 663

2 996 471

3 048 955

Indiċi (2002 = 100)

100

103

97

95

97

(e)    Is-sehem mis-suq

(79)

Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja ukoll naqas ftit matul il-perjodu meqjus, meta kien ta’ 36,5 % fl-2002 u ta’ 34,0 % matul l-RIP.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija fil-Komunità

36,5  %

36,3  %

34,1  %

33,8  %

34,0  %

Indiċi (2002 = 100)

100

99

93

93

93

(f)    It-tkabbir

(80)

L-industrija Komunitarja tilfet ċerta parti tas-sehem mis-suq tagħha (1,5 punti perċentwali) f’suq li kien qed jikber bi ftit (4 %) matul il-perjodu meqjus. Is-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ma ttieħidx mill-importazzjonijiet Russi, peress li kif indikat fil-premessa (67), is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet Russi baqa’ stabbli mill-2002 sa l-RIP. Anki fid-dawl tal-fatt li s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqas bi 3,5 punti perċentwali, għandu jiġi konkluż li s-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ittieħed mill-produtturi Komunitarji oħra.

(g)    L-impjiegi

(81)

Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’6 % bejn l-2002 u l-RIP, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet bi ftit, u għalhekk irriflettiet żieda fil-produttività.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Impjiegi fis-C.I. relatati mal-prodott ikkonċernat

1 233

1 228

1 157

1 161

1 164

Indiċi (2002 = 100)

100

100

94

94

94

(h)    Il-produttività

(82)

Il-produttività għal kull persuna impjegata mill-industrija Komunitarja kull sena żdiedet b’6 % bejn l-2002 u l-RIP, minħabba t-tnaqqis ta’ l-istess daqs fil-livell ta’ l-impjiegi fuq produzzjoni stabbli ta’ l-industrija Komunitarja.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Produttività tas-C.I. (tunnellati kull impjegat)

3 497

3 697

3 744

3 764

3 713

Indiċi (2002 = 100)

100

106

107

108

106

(i)    Il-kobor tal-marġni tad-dumping

(83)

Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġinu effettiv tad-dumping li nstab fl-RIP, minħabba l-fatt li: (i) il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja baqa’ f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus (ii) il-prezzijiet għall-importazzjoni Russi żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu, (iii) ma kienx hemm qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP u iv) il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja, dan l-impatt jitqies li mhux sinifikanti u l-indikatur mingħajr valur.

(j)    L-irkupru mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi

(84)

L-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru biċ-ċar titjib konsiderevoli fil-qagħda ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja.

4.3.   Id-data li tikkonċerna l-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun

(a)    Il-prezzijiet għall-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(85)

Il-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja meħuda bħala kampjun lill-klijenti mhux relatati żdied sostanzjalment bejn l-2002 u l-RIP, u rrifletta l-kundizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali ta’ l-urea matul l-istess perjodu.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Il-prezz ta’ unità ta’ l-S.P. fis-suq tal-KE

(EUR/tunnellata)

137

149

164

188

199

Indiċi (2002 = 100)

100

109

120

137

145

(b)    Il-pagi

(86)

Bejn l-2002 u l-RIP, l-ispiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat żdiedet moderatament bi 11 %.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Spiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat ta’ l-S.P. (1 000 EUR)

47

50

50

52

52

Indiċi (2002 = 100)

100

106

106

111

111

(ċ)    L-investimenti

(87)

Il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott simili magħmul mill-erba’ produtturi meħuda fil-kampjun żviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus, jiġifieri żdied b’10 % mill-2002 sa l-RIP, għalkemm wera xi ftit ċaqliq.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Investimenti netti ta’ l-S.P. (1 000 EUR)

116 186

114 079

128 191

140 967

128 259

Indiċi (2002 = 100)

100

98

110

121

110

(d)    Il-profittabilità u l-qligħ fuq l-investimenti

(88)

Il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun turi titjib sinifikanti mill-2002 sa l-RIP, meta laħqet il-livell ta’ 16,9 %. F’dan ir-rigward, jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali, kien ġie stabbilit marġinu ta’ profitt ta’ 5 % li seta’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Il-qligħ fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti, prinċipalment segwa x-xejra tal-profittabilità. Huwa żdied b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Profittabilità tal-bejgħ fil-KE ta’ l-S.P. lill-klijenti mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

7,3  %

10,9  %

17,7  %

18,4  %

16,9  %

Indiċi (2002 = 100)

100

149

242

252

232

L-ROI ta’ l-S.P. (qligħ f’ % tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investiment)

13,3  %

27,2  %

45,7  %

47,0  %

45,9  %

Indiċi (2002 = 100)

100

205

344

353

345

(e)    Likwidità u ħila li jinġabar il-kapital

(89)

Il-likwidità żdiedet b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-qligħ globali u ta’ l-ROI matul il-perjodu meqjus.

 

2002

2003

2004

2005

RIP

Likwidità ta’ l-S.P. (1 000 EUR)

30 283

52 110

84 340

99 110

105 287

Indiċi (2002 = 100)

100

172

279

327

348

(90)

L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun biex jiġbru l-kapital.

5.   Konklużjoni

(91)

Bejn l-2002 u l-RIP, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi ftit, hekk kif għamel il-volum ta’ bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità. Madankollu, il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet bil-kbir matul il-perjodu meqjus, meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza preċedenti li fl-2001 irriżultat fiż-żamma tal-miżuri eżistenti, li ilhom fis-seħħ mill-1995.

(92)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun żdiedet b’mod konsiderevoli, u qabżet sew, matul kull sena tal-perjodu meqjus, il-livell ta’ profittabilità stabbilit bħala l-mira tal-profitt fl-investigazzjoni oriġinali. Anki l-qligħ fuq l-investiment u l-likwidità żdiedu b’ħafna drabi. Il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqa’ stabbli. Il-prezzijiet għall-bejgħ tal-produtturi meħuda bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kollu meqjus. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti.

(93)

Għandu jiġi nnutat li l-iżvilupp assolutament pożittiv tal-profittabilità ta’ l-industrija Komunitarja seħħ f’kuntest fejn il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi lejn il-Komunità kienu ’l fuq sew mill-MIP minkejja d-dumping. Għalhekk, matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russa m’affettwawx l-industrija Komunitarja.

(94)

L-applikant, wara li rċieva tagħrif dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, stqarr li l-ħtiġijiet ta’ profittabilità għal żmien twil, imkejla bħala qligħ mill-bejgħ, għall-industrija ta’ l-urea għandha tkun fil-livell ta’ 25 % wara t-taxxa. Din tkun tfisser madwar 36 % tal-profitt ta’ qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ. L-applikant stqarr li dan huwa ġġustifikat mill-ispiża biex ikun stabbilit kumpless ġdid ta’ ammonja/urea, li jkun jeħtieġ qligħ fuq l-investiment ta’ 11 % (allegatament ekwivalenti għall-profitt ta’ 36 % qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ). F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-applikant qatt ma ddikjara profitt daqshekk għoli fil-qafas ta’ din il-proċedura, u fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit marġinu ta’ profitt ta’ 5 % li jista’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha fil-Każ T-210/95 ikkonfermat li “...il-marġinu ta’ profitt li għandu jkun użat mill-Kunsill meta jiġi kkalkulat il-prezz tal-mira li se jneħħi l-ħsara kkonċernata għandu jkun limitat għall-marġinu ta’ profitt li l-industrija Komunitarja tista’ torbot fuqu b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet iddampjati.” (9) Fl-istess każ, ġie kkonfermat li “...l-argument li l-marġini ta’ profitt li għandu jkun użat mill-istituzzjonijiet Komunitarji jrid ikun il-marġini meħtieġ biex ikun żgurat l-għajxien ta’ l-industrija Komunitarja u/jew il-qligħ adegwat fuq il-kapital, m’għandu l-ebda bażi fir-regolament bażiku.” (10) Tabilħaqq, fil-każ attwali l-applikant ma ppreżenta l-ebda prova li, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet iddampjati, l-industrija Komunitarja kienet se tkun kapaċi tikseb qligħ fil-livell mitlub. L-applikant lanqas wera liema marġinu ta’ profitt kienet se tkun kapaċi tikseb l-industrija Komunitarja fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati. Għalhekk din it-talba ma ġietx milqugħa.

(95)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li ma kienx hemm tkomplija ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA

(96)

Peress li m’hemmx tkomplija ta’ ħsara materjali kkawżata minn importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara materjali kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. F’dan ir-rigward, kien analizzat in-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet Russi għall-importazzjoni. B’żieda ma’ dan, kienu eżaminati l-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti Russa u l-probabbiltà ta’ kapaċità ġdida kif ukoll il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor mill-produtturi Russi lejn il-Komunità.

1.   In-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni

(97)

Kif jidher fit-tabella hawn taħt, mill-2002, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu dejjem ’il fuq mill-MIP ta’ EUR 115 kull tunnellata, filwaqt li mill-2003 sa tmiem il-perjodu meqjus, dawn il-prezzijiet kienu ’l fuq sew mill-MIP. Matul l-RIP, il-prezzijiet medji Russi għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità kienu ta’ 68 % ’l fuq mill-MIP. Dan juri biċ-ċar li għallinqas mill-2003, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ma kienux influwenzati mill-miżuri eżistenti.

 

Prezz medju kull unità (EUR/tunnellata)

2002

2003

2004

2005

RIP

Prezz għall-esportazzjoni medju Russu

119

133

154

180

193

MIP

115

115

115

115

115

Prezzijiet Russi ‘l fuq mill-MIP (%)

3  %

16  %

34  %

56  %

68  %

Sors: Eurostat għall-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi.

(98)

Għalhekk, ceteris paribus, m’hemm l-ebda raġuni għaliex il-produtturi Russi li jesportaw għandhom japplikaw prezzijiet iktar baxxi kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew, meta wieħed iqis li qabel irnexxielhom isostnu prezzijiet ferm ogħla.

(99)

Barra minn hekk, kif jidher fil-premessa (88), l-esportaturi Russi żammew il-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, minkejja l-fatt li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mill-2002 ’l hawn u bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel għaż-żieda fl-esportazzjonijiet Russi.

(100)

Għalhekk, ceteris paribus, mhux probabbli li produtturi Russi li jesportaw se jbiegħu volumi addizzjonali fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew, peress li l-miżuri eżistenti ma affettwawx il-volumi għall-esportazzjoni Russi.

(101)

Għalhekk huwa konkluż li peress li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni prattikati mill-esportaturi Russi u lanqas fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi Komunitarji għall-istess importazzjonijiet, u la fuq il-kwantitajiet ta’ l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità, it-tneħħija tal-miżuri mhix probabbli li jkollha xi impatt fuq dawn il-prezzijiet u l-kwantitajiet. Għalhekk, it-tneħħija tal-miżuri mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja. Bħala konsegwenza, ma jistax ikun konkluż li hemm xi probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew.

(102)

Minkejja l-konklużjoni t’hawn fuq, l-allegazzjonijiet differenti ta’ l-industrija Komunitarja relatati ma’ l-effetti possibbli mill-kapaċità żejda eżistenti Russa u mill-kapaċità ġdida probabbli u mill-probabbiltà ta’ direzzjoni mill-ġdid ta’ bejgħ ieħor tal-produtturi Russi lejn il-Komunità kienu wkoll eżaminati fl-investigazzjoni, kif imfisser hawn taħt.

2.   Il-kapaċità żejda Russa

(103)

Kif imfisser fil-premessi (46) u (50), l-ebda waħda mill-kumpaniji Russi meħuda bħala kampjun ma kellha kapaċità żejda ta’ xi valur matul l-RIP u l-livell globali ta’ kapaċità żejda tal-produtturi kollha Russi kienet stmata li hija madwar 5 %. Ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni huma, f’dan ir-rigward, għal kollox bi qbil ma’ dak li sostna l-applikant.

(104)

Kif diġà ntqal fil-premessa (52), ġie stabbilit ukoll li d-disa’ proġetti msemmija mill-applikant mhux mistennija li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-suq Komunitarju, peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali maħluqa minn dawn il-proġetti se tintuża b’mod vinkolanti.. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (54), l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità x’aktarx li jiżdiedu biss fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm żieda ekwivalenti fid-domanda, f’liema każ dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fuq is-suq Komunitarju.

(105)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-produtturi Russi se jkollhom biss kwantitajiet addizzjonali limitati disponibbli għal żieda fil-bejgħ minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni. Dan jindika li l-produtturi Russi mhux se jkollhom il-possibbiltà li jżidu b’mod sinifikanti l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità, minħabba l-vantaġġ tal-kapaċitajiet żejda Russi.

3.   Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor lejn il-Komunità

(106)

Kif jidher hawn fuq fil-premessa (67), l-importazzjonijiet mir-Russja lejn is-suq tal-Komunità baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus, li jammonta għal madwar 16 % tas-sehem mis-suq tal-konsum fil-Komunità matul il-perjodu meqjus, bl-eċċezzjoni ta’ l-ogħla valur fl-2004 (madwar 20 %). Dan minkejja l-fatt li, kif jidher hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni u l-kwantitajiet għall-esportazzjoni matul il-perjodu kollu meqjus u għalhekk bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet Russi.

(107)

L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-produtturi li jesportaw lejn il-Komunità meħuda bħala kampjun fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1 % - 5 % inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Kif jidher fil-premessa (56), anki l-prezzijiet għall-bejgħ domestiku Russi qabel il-prezz tas-suq kienu ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, b’mod partikolari għal kumpaniji f’żoni mbiegħda minħabba d-differenzi sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport kif diġà ssemma’. Fuq din il-bażi jista’ jiġi konkluż li sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet, is-suq tal-Komunità mhuwiex partikolarment attraenti meta mqabbel ma’ swieq oħra ewlenin għall-produtturi Russi.

(108)

Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa (57), l-applikant sostna li l-produzzjoni li toħroġ mill-kapaċitajiet addizzjonali li qed jittellgħu b’mod partikolari fl-Afrika ta’ Fuq (l-Alġerija u l-Eġittu) u fil-Lvant Nofsani (Iran) jistgħu jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet madwar id-dinja, u b’hekk tonqos il-kapaċità ta’ penetrazzjoni ta’ l-esportaturi Russi f’dawk is-swieq u twassalhom biex iżidu l-kwantitajiet tagħhom għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità. F’dan ir-rigward ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir li saret referenza għalih fil-premessa (54) li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, peress li d-domanda globali hija mbassra li tiżdied fuq l-istess linja tal-kapaċità globali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li r-Russi diġà tilfu ishma sinifikanti fis-swieq Ażjatiċi (speċjalment ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) u Afrikani u li qed iżommu sew għall-pressjoni tas-swieq ta’ l-Amerka Latina. Meta wieħed iqis it-tbassir tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, l-argument li l-produtturi li jesportaw Russi jistgħu jitilfu ishma mis-suq addizzjonali kullimkien ħlief fl-Ewropa jidher li m’huwiex probabbli.

(109)

L-applikant argumenta li l-vantaġġ ekonomiku inġust li minnu jgawdu l-produtturi Russi minħabba l-ipprezzar doppju tal-gass jista’ jwassal għal qtugħ sinifikanti tal-prezzijiet mill-esportaturi Russi, inter alia, jekk il-bilanċ ta’ provvista/domanda jsir sfavorevoli. Filwaqt li dan ma jistax jiġi eskluż peress li l-investigazzjoni wriet li l-istruttura ta’ l-ispejjeż ta’ l-esportaturi Russi hija tabilħaqq imxekkla mill-ipprezzar doppju tal-gas imħaddem mir-Russja, il-qtugħ potenzjali tal-prezzijiet ma jkunx konsegwenza diretta tat-tneħħija tal-miżuri, iżda minħabba ċirkustanzi oħra.

(110)

Għalhekk ma jistax ikun konkluż li l-produtturi Russi jista’ jkollhom l-intenzjoni li jagħtu direzzjoni ġdida lil xi parti sinifikanti tal-volumi li bħalissa huma esportati lejn pajjiżi terzi jew mibjugħa fis-suq domestiku lejn is-suq tal-Komunità jew li jbaxxu l-prezzijiet tagħhom bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-miżuri, anki jekk ma jistax jiġi eskluż li dan jista’ jseħħ minħabba ċirkustanzi oħra.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

(111)

Kif muri hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mħaddma mill-esportaturi Russi la fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi fil-Komunità għall-istess importazzjonijiet, jew fuq il-volumi għall-esportazzjoni Russi lejn is-suq tal-Komunità. Fl-istess waqt, minkejja t-tkomplija ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-Russja, l-industrija Komunitarja ma sofriet l-ebda ħsara. Għalhekk it-tneħħija tal-miżuri eżistenti m’hu se jkollha l-ebda impatt fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi u għalhekk m’hu se jkun hemm l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja.

(112)

Aktar minn hekk, l-analiżi ta’ fatturi oħra li joriġinaw minn barra kif qed jallega l-applikant, ma tpoġġi l-ebda dubju fuq il-konklużjoni ta’ hawn fuq, peress li huma lanqas jindikaw xi possibbiltà raġonevoli ta’ żieda fil-volumi u tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi lejn is-suq tal-Komunità minħabba fatturi li joriġinaw minn barra.

(113)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, ma jistax ikun konkluż li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew.

G.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING

(114)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li ssir ir-rakkomandazzjoni li l-miżuri eżistenti jitneħħew. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara din il-pubblikazzjoni.

(115)

Skond dan t’hawn fuq, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja għandhom jitneħħew u l-proċedura trid tintemm.

(116)

Filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi deskritti fil-premessa (109), jiġifieri li l-istruttura ta’ l-ispejjeż ta’ l-esportaturi Russi hija mxekkla b’mod sinifikanti mill-ipprezzar doppju tal-gass imħaddem mir-Russja, tinħass il-ħtieġa li tkun issorveljata mill-qrib l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ urea li toriġina mir-Russja, bil-ħsieb li tkun iffaċilitata l-azzjoni xierqa u ta’ malajr jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ hekk.

(117)

Peress li skond il-premessi preċedenti l-miżuri eżistenti għandhom jitneħħew u l-proċedura terminata, għandha wkoll tintemm ir-reviżjoni interim parzjali dwar l-adegwatezza tal-forma tal-miżuri u r-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping rigward ‘EuroChem’,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja hawnhekk qed jitneħħa u l-proċedura li tikkonċerna dawn l-importazzjonijiet hija mitmuma.

Artikolu 2

Ir-reviżjonijiet interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja huma hawnhekk mitmuma.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 49, 4.3.1995, p. 1.

(3)  ĠU L 127, 9.5.2001, p. 11.

(4)  ĠU L 339, 24.12.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 209, 26.8.2005, p. 2.

(6)  ĠU C 105, 4.5.2006, p. 12; ĠU C 23, 1.2.2007, p. 8.

(7)  Għandu jiġi nnutat li meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, il-kumpaniji “Hydro Agri” ngħataw l-isem ġdid ta’ “Yara”.

(8)  ĠU L 17, 19.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 73/2006 (ĠU L 12, 18.1.2006, p. 1).

(9)  Każ T-210/95 EFMA v il-Kunsill [1995] ECR II-3291, paragrafu 60.

(10)  Ibid. paragrafu 59.