28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 903/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatata mal-kummerċ fil-merkanzija. |
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta’ l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
Folji ċatti b’daqs ta’ 32mm b’21mm, bl-ingredjenti li ġejjin (% skond il-piż):
sodju alġiniku 24-32 maltodextrin 20-28 togħmiet 5-15 ilma 5-15
carrageenan
5-15 ċelluloża mikrokristallina 4-10 gliċerina 4-10 Leċitina, aspartame, sakkarina tas-sodju, acesulfame K, neohesperidine DC, kulur E 102 , kulur E133. Il-prodott huwa mqiegħed fis-suq bħala “strixxi li jiffriskaw in-nifs”’ li jinħallu fuq l-ilsien. |
2106 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 . Il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 3306 bħala preparazzjoni għall-iġjene orali għax ma fih l-ebda ingredjent speċifiku li jgħin biex il-ħalq jinżamm nadif. Il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala preparazzjoni ta’ l-ikel biex ikun ikkunsmat mill-bnedmin fl-ambitu tat-tifsira ta’ titlu 2106 għax fih sustanzi b’valur nutrittiv (In-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata ta’ titlu 2106 , l-ewwel paragrafu, A, u t-tieni paragrafu, B, 9). |