25.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 193/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 876/2007
ta’ l-24 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2245/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċcembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji (1), u partikolarment l-Artikolu 107 (3) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta’ Disinni Industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE (2) u l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 marbuta ma’ dan, jeħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni. |
(2) |
Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar disinji Komunitarji (3) għandu jiġi emendat skond dan. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2245/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu 11a kif ġej: “Artikolu 11a Eżami tar-raġunijiet għar-rifjut 1. Fejn, skond l-Artikolu 106e(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, l-Uffiċċju jsib, waqt li jkun qed jeżamina reġistrazzjoni internazzjonali li d-disinn li qed titfittex il-protezzjoni għalih ma jikkorrispondix mad-definizzjoni ta’ disinn prevista fl-Artikolu 3(a) ta’ dak ir-Regolament (jew li d-disinn imur kuntrarju għall-politika pubblika jew għall-prinċipji aċċettati ta’ moralità, għandu jibgħat avviż ta’ rifjut lill-Bureau Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (minn hawn ’il quddiem ‘il-Bureau Internazzjonali’) mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali, li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut skond l-Artikolu 12(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem ‘l-Att ta’ Ġinevra’) approvat bid-Deċiżjoni 2006/954/KE (*). 2. L-Uffiċċju għandu jispeċifika limitu ta’ żmien sabiex id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkollu l-possibilità, skond l-Artikolu 106e(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, li jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Komunità, biex jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinni industrijali fir-rigward tal-Komunità jew biex iressaq osservazzjonijiet. 3. Meta d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrappreżentat fil-proċeduri quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, in-notifika għandha jkollha referenza għall-obbligu tad-detentur biex jaħtar rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 78(1) ta’ dak ir-Regolament. Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis. 4. Jekk id-detentur jonqos milli jaħtar rappreżentant fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali. 5. Meta d-detentur iressaq osservazzjonijiet li għandhom jissodisfaw l-Uffiċċju fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirtira r-rifjut u jinnotifika l-Bureau Internazzjonali skond l-Artikolu 12(4) ta’ l-Att ta’ Ġinevra. Fejn, skond l-Artikolu 12(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra, id-detentur ma jressaqx l-osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-uffiċċju għandu jikkonferma d-deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dik id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell skond it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; 6. Meta d-detentur jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali, jew jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinji industrijali fir-rigward tal-Komunità, għandu jinforma l-Bureau Internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ reġistrar skond l-Artikolu 16(1)(iv) u (v) ta’ l-Att ta’ Ġinevra. Id-detentur jista’ jinforma l-Uffiċċju billi jressaq dikjarazzjoni korrispondenti. |
(2) |
L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 22 It-tiġdid tar-reġistrazzjoni tad-disinni Komunitarji 1. Applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi:
2. Id-drittijiet pagabbli skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għat-tiġdid ta’ reġistrazzjoni għandha tikkonsisti fi:
3. Jekk il-ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2246/2002, dan għandu jitqies li jikkostitwixxi talba għat-tiġdid sakemm jinkludi l-indikazzjonijiet kollha mitluba skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament. 4. Fejn l-applikazzjoni għat-tiġdid titressaq fil-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, iżda l-kundizzjonijiet l-oħra għat-tiġdid previsti fl-Artikolu 13 tagħha u f’dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant dwar in-nuqqasijiet. 5. Meta applikazzjoni għal tiġdid titressaq wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien previst fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, jew jekk d-drittijiet ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien rilevanti, jew jekk ma jinstabx rimedju għan-nuqqasijiet fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu javża d-detentur b’dan. Fil-każ ta’ reġistrazzjoni multipla, fejn id-drittijiet imħallsa mhumiex biżżejjed biex ikopru d-disinni kollha li għalihom jintalab it-tiġdid, determinazzjoni bħal din issir biss wara li l-Uffiċċju jkun stabbilixxa liema disinni huma koperti mill-ammont imħallas. Fin-nuqqas ta’ kriterji oħra li jistabbilixxu liema disinni huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jieħu d-disinni fl-ordni numeriku li fihom huma rrappreżentati skond l-Artikolu 2(4). L-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet fir-rigward tad-disinni kollha li għalihom ma tħallsux id-drittijiet ta’ tiġdid jew li ma tħallsux id-drittijiet bis-sħiħ. 6. Fejn id-determinazzjoni li saret skond il-paragrafu 5 tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella d-disinn mir-Reġistru b’effett mill-għada tal-ġurnata ta’ l-iskadenza tar-reġistrazzjoni eżistenti. 7. Fejn id-drittijiet tat-tiġdid previsti fil-paragrafu 2 tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tkunx iġġeddet, dawk id-drittijiet għandhom jitħallsu lura. 8. Tista’ tintbagħat applikazzjoni waħda għat-tiġdid ta’ żewġ disinni jew aktar, kemm jekk jagħmlu parti mill-istess reġistrazzjoni multipla u kemm jekk le, mal-ħlas tad-drittijiet mitluba għal kull wieħed mid-disinni, sakemm id-detenturi jew ir-rappreżentanti f’kull każ ikunu l-istess.”; |
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu 22a kif ġej: “Artikolu 22a Tiġdid ta’ reġistrazzjonijiet internazzjonali għad-denominazzjoni tal-Komunità Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġġedded direttament fil-Bureau Internazzjonali skond l-Artikolu 17 ta’ l-Att ta’ Ġinevra.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 31, jiżdied il-paragrafu li ġej: “6. Meta l-Uffiċċju jiddikjara bħala invalidi l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Komunità; għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Bureau Internazzjonali meta din issir finali.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 47, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Il-komunikazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-Bureau Internazzjonali għandhom ikunu magħmula b’mod u f’format miftiehma reċiprokament, kull fejn possibbli b’mezzi elettroniċi. Kull referenza għal formoli għandha tiġi interpretata li tinkludi formoli disponibbli fil-format elettroniku.”; |
(6) |
Fl-Artikolu 71, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-Uffiċċju għandu jipprovdi informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet internazzjonali ta’ disinni għad-denominazzjoni tal-Komunità fil-forma ta’ link elettroniku għad-database għat-tfittix miżmuma mill-Bureau Internazzjonali.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 14).
(2) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28.
(3) ĠU L 341, 17.12.2002, p. 28.