25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 873/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja ta’ l-euro fis-settur agrikolu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Seħħ żball fl-abbozzar ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (2) fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-avveniment operattiv għall-għajnuna li tingħata għall-provvista ta’ ċerti prodotti mill-ħalib stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni (3). Huwa xieraq li dan l-iżball jissewwa sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni qarrieqa.

(2)

Il-kliem fl-Artikolu 11(c) tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 jidher li m’għadux jgħodd ma’ l-Artikolu 6. Għall-finijiet taċ-ċarezza, il-kliem “li fih l-avveniment operattiv għar-rata ta’ kambju huwa l-1 ta’ Ottubru” [traduzzjoni mhux uffiċjali] għandu jitħassar minn dik id-dispożizzjoni.

(3)

Il-proċedura ta’ kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 tal-15 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 f’dak li jirrigwarda l-iffissar u l-għotjiet ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward taċ-ċereali esportati taħt forma ta’ ċerti spirti tax-xorb (4) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga (5), kienet iffinalizzata qabel ma ġie adottat u ppubblikat ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2825/93 u (KE) Nru 562/2000 tħassru u nbidlu mit-30 ta’ Novembru 2006 rispettivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 (il-verżjoni kodifikata) (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 (il-verżjoni kodifikata) (7). Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 u r-Regolament (KE) Nru 562/2000 huma għaldaqstant skaduti u għalhekk għandhom jiġu kkoreġuti fir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(4)

L-emendar u l-korrezzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data bħar-Regolament emendat.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu għalhekk jkun emendat u ikkoreġut kif jixraq.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni rilevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Għall-għajnuna li tingħata għal provvista ta’ ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2707/2000, l-avveniment operattiv għall-kambju tar-rata għandu jkun l-ewwel jum tal-perjodu li miegħu tirrelata l-applikazzjoni tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 11, il-punt (c) jinbidel bit-test li ġej:

“(c)

għall-prezz minimu tal-pitravi msemmi fl-Artikolu 6, ir-rata medja stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għax-xahar ta’ qabel l-avveniment operattiv.”

(3)

L-Artikolu 18 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Emendar tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.   Ir-rata tar-rifużjoni se tkun dik li tkun tapplika fil-ġurnata li fiha ċ-ċereali jitpoġġew taħt kontroll. Madankollu, fir-rigward tal-kwantitajiet iddistillati f’kull wieħed mill-perjodi fiskali ta’ distillazzjoni wara dak li fih ikun tqiegħed taħt kontroll, ir-rata għandha tkun dik li tkun tapplika fl-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu ta’ distillazzjoni kkonċernat.

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju li tkun tapplika għar-rifużjoni għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*1).

(*1)   ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ” "

(*1)   ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ” "

(4)

L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Emendar tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006 jinbidel b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

Ir-rata ta’ kambju

L-avveniment operattiv għar-rata ta’ kambju applikabbli għall-ammont u għall-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u għas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ikunu dawk imsemmija f’punt (a) ta’ l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*2).

(*2)   ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ” "

(*2)   ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ” "

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52

(3)   ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 704/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 31).

(4)   ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(5)   ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(6)   ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33

(7)   ĠU L 312, 11.11.2006, p. 6