24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 871/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Lulju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/1999 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestita b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni, (2) u b'mod partikulari l-artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

L-applikazzjonijiet li saru mill-1 sa l-10 ta' Lulju 2007 għal ċerti kwoti msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta' l-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), huma għal kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom intalbu l-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota msemmija fil-partijiet I.A, I.C, I.D, I.E, I.F, I.H u I.I ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, introdotti bejn l-1 u l-10 ta' Lulju 2007 huma modifikati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni mniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)   ĠU L 238 ta' l-1.9.2006, p. 13. Regolament emendat bir-regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1984/2006 (ĠU L 387, 29.12.2006, p. 1).


ANNESS I.A

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4590

09.4599

99,101802  %

09.4591

100  %

09.4592

09.4593

09.4594

100  %

09.4595

2,820349  %

09.4596

100  %


ANNESS I.C

Prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi AKP

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4026

09.4027


ANNESS I.D

Prodotti li joriġinaw mit-Turkija

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4101


ANNESS I.E

Prodotti li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4151


ANNESS I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4155


ANNESS I.H

Prodotti li joriġinaw mill-Ġordan

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4179

100  %


ANNESS I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

09.4205

33,333333  %

09.4206

100  %