|
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 190/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 859/2007
ta’ l-20 ta’ Lulju 2007
li jemenda għat-82 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Lulju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 844/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 24).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni “Agha, Abdul Rahman (Prim Imħallef tal-Qorti Militari).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Rahman Agha. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Prim Imħallef tal-Qorti Militari tar-reġim Tabilan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, fil-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(2) |
L-annotazzjoni “Agha, Saed M. Azim, Maulavi (Dipartiment tal-Passporti u l-Viżi).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Sayed Mohammad Azim Agha. (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1966. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(3) |
L-annotazzjoni “Hamidullah, Mullah, Kap ta' Ariana Afghan Airlines” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Hamidullah Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(4) |
L-annotazzjoni “Mohammad Hassan. Titolu: (a) Mullah, (b) Hadji. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Prim Viċi-President tal-Kunsill tal-Ministri (ir-reġim Taliban), (b) mill-fazzjoni ta' Malwhavi Khaalis, waħda mis-seba' fazzjonijiet tal-Ġiħad kontra s-Sovjetiċi, (c) gradwat minn madrrassa fi Queta, il-Pakistan, (d) kollaboratur qrib ta' Mullah Omar.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Hassan Akhund. Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: (a) Prim Viċi-President tal-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Affarijiet Barranin qabel Wakil Ahmad Mutawakil taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur ta' Kandaħar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) mill-fazzjoni tal-Malwhavi Khaalis, waħda mis-seba' fazzjonijiet tal-Ġiħad kontra s-Sovjetiċi, (b) gradwat minn madrrassa fi Quetta, il-Pakistan, (c) kollaboratur qrib ta' Mullah Omar.” |
|
(5) |
L-annotazzjoni “Anwari, Mohammad Tahre, Mullah (Affarijiet Amministrattivi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Muhammad Taher Anwari (magħruf bħala (a) Mohammad Taher Anwari, (b) Haji Mudir). Titolu: Mullah. Funzjoni: Direttur ta' l-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1961. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, fil-provinċja ta' Paktja, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(6) |
L-annotazzjoni “Faiz, Maulavi (Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Faiz. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1969. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(7) |
L-annotazzjoni “Hanif, Qari Din Mohammad (Ministru ta' l-Ippjanar).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Din Mohammad Hanif (magħruf bħala Qari Din Mohammad). Titolu: Qari. Funzjoni: (a) Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1955. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Badakhshan fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(8) |
L-annotazzjoni “Hottak, Abdul Rahman Ahmad, Maulavi (Deputat Ministru (Kulturali) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Rahman Ahmad Hottak (magħruf bħala Hottak Sahib). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Kulturali) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(9) |
L-annotazzjoni “Jalal, Noor, Maulavi (Deputat Ministru (Amministrattiv) ta' l-Affarijiet Interni).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Noor Jalal (magħruf bħala Nur Jalal). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Amministrattiv) ta' l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(10) |
L-annotazzjoni “Motasem, Abdul Wasay Aghajan, Mullah (Ministru tal-Finanzi).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Wasay Agha Jan Motasem (magħruf bħala Mutasim Aga Jan). Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-belt ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.” |
|
(11) |
L-annotazzjoni “Naim, Mohammad, Mullah (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Naim (magħruf bħala Mullah Naeem). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgan.” |