|
18.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 186/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 835/2007
ta’ l-10 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (2) jipprevedi s-sostituzzjoni bl-euro tal-muniti ta’ l-Istati Membri li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika fiż-żmien meta l-Komunità tkun daħlet fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2596/2000 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprevedi s-sostituzzjoni tal-munita tal-Greċja bl-euro. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2169/2005 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 sabiex iħejji għal introduzzjonijiet sussegwenti ta’ l-euro fl-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita unika. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1647/2006 (5) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprevedi s-sostituzzjoni tal-munita tas-Slovenja bl-euro. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, Ċipru huwa Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat. |
|
(6) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 f’konformità ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni min-naħa ta’ Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (6), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Ċipru għandha titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008. |
|
(7) |
L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru tirrikjedi li d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 974/98 jiġu estiżi għal Ċipru. |
|
(8) |
Il-pjan ta’ bidla ta’ Ċipru jispeċifika li l-karti tal-flus u l-muniti ta’ l-euro għandhom isiru valuta legali f’dak l-Istat Membru fil-ġurnata ta’ l-introduzzjoni ta’ l-euro bħala l-munita tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, id-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-euro u d-data ta’ bidla fil-flus kontanti għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2008. M’ għandu japplika l-ebda perjodu “ta’ tneħħija gradwali”. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1647/2006 (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2).
(3) ĠU L 300, 29.11.2000, p. 2.
(4) ĠU L 346, 29.12.2005, p. 1.
(5) ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2.
(6) Ara paġna 29 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
Anness
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98, il-linja li jmiss għandha tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għall-Italja u għal-Lussemburgu.
|
Stat Membru |
Data għall-adozzjoni ta’ l-euro |
Data tal-bidla fil-flus kontanti |
Stat Membru b’perjodu ta’ “tneħħija gradwali” |
|
“Ċipru |
l-1 ta’ Jannar 2008 |
l-1 ta’ Jannar 2008 |
Le” |