17.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 185/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 830/2007

tas-16 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/CFSP tas-27 ta’ April 2006 li ġeddet il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi huwa kunsiljabbli li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006 (2) sabiex jiġi allinjat mal-prattika riċenti tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti u skambji ta’ informazzjoni bejniethom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   B’deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa:”;

(b)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw li jinħelsu ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skond dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

neċessarji sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness III u l-membri tal-familja tagħhom li huma dipendenti fuqhom, inkluż ħlasijiet għal prodotti ta’ l-ikel, għall-kera jew l-ipoteka, il-mediċini u t-trattament mediku, it-taxxi, l-assigurazzjonijiet, u l-piżijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż assoċjati li jsiru minħabba l-għoti ta’ servizzi legali;

(ċ)

maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizzi, skond il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment normali ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika r-raġunijiet li għalihom ġie kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu.”;

(ċ)

il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 8 għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II fejn huma residenti jew lokalizzati, kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 6, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b)

jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kull informazzjoni addizzjonali li tasal direttament mill-Kummissjoni għandha tkun imqiegħda għad-disposizzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat.”;

(d)

il-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1(b) ma għandhiex timpedixxi l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi li jkunu l-proprjetà ta’ l-Istat tal-Burma kif elenkat fl-Anness IV, jekk tali estensjoni tkun obbligatorja taħt ftehim konkluż ma’ l-intrapriża konċernata li tkun il-proprjetà ta’ l-Istat tal-Burma qabel il-25 ta’ Ottubru 2004. L-awtorità kompetenti relevanti, kif indikat f’website elenkat fl-Anness IV, u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati qabel ma ssir kwalunkwe transazzjoni bħal din. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.”

(e)

għandu jiġi inserit Artikolu ġdid kif ġej:

“Artikolu 13a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fil-websites jew permezz ta’ l-istess websites, kif elenkati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jgħarrfuha dwar kull modifika sussegwenti.”;

(f)

L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2007/248/PESK (ĠU L 107, 25.4.2007, p. 8).

(2)  ĠU L 148, 2.6.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 481/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 50).


ANNESS

“ANNESS II

Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7, 8. 9, 12 u 13a u l-indirizz għall-finijiet ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea

 

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

 

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

 

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

 

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

 

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

 

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

 

IRLANDA

http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

 

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

 

SPANJA

www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

 

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

 

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

 

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

 

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

 

LITWANJA

http://www.urm.lt

 

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

 

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm

 

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

 

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

 

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

 

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

 

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

 

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

 

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

 

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

 

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

 

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

 

RENJU UNIT

http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għall-finijiet ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea:

Commission of the European Communities

Directorate-General for External Relations

Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

Unit A.2. Crisis management and conflict prevention

CHAR 12/108

B-1049 Brussels

Tel. (32-2) 299 1176/295 5585

Fax (32-2) 299 0873