14.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 184/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 824/2007

tal-10 ta’ Lulju 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tal-ħut matul il-perjodu 2007-2009

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-provvista mill-Komunità ta' ċerti prodotti tas-sajd bħalissa tiddependi fuq importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi parzjalment jew kompletament id-dazji doganali għal dawk il-prodotti, fil-kwoti tat-tariffi Komunitarji ta' volum xieraq. Sabiex ma jitqegħdux fil-periklu l-prospetti ta' l-iżvilupp ta' dawk il-prodotti fil-Komunità, filwaqt li tiġi żgurata provvista adegwata biex tissodisfa l-industriji utenti, dawn il-kwoti għandhom jinfetħu, u jiġu applikati dazji doganali varjabbli skond is-sensittività tal-prodott imsemmi fis-suq Komunitarju.

(2)

Aċċess ugwali u bla interruzzjoni għal dawk il-kwoti għandu jiġi żgurat għall-importaturi kollha Komunitarji u r-rati stabbiliti għall-kwoti għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjoni kollha tal-prodotti kkonċernati fl-Istati Membri sakemm il-kwoti jkunu ntużaw.

(3)

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' amministrazzjoni komuni tal-kwoti, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiġbdu mill-ammont tal-kwota l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu ma' l-importazzjoni attwali tagħhom. Peress li dak il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, din ta' l-aħħar għandha b'mod partikolari tkun tista' tikkontrolla r-rati li bihom jintużaw il-kwoti u għandha tinforma l-Istati Membri b'dan.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) jipprovdi għall-sistema ta' amministrazzjoni tal-kwota tat-tariffa li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tat-tariffa miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kommissjoni u mill-Istati Membri skond dik is-sistema.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 379/2004 ta' l-24 ta’ Frar 2004 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi Komunitarji awtonomi għal ċerti prodotti tas-sajd (2) għall-perjodu 2004 – 2006, skada fil-31 ta’ Diċcembru 2006. L-ebda kwoti tat-tariffi ma kienu disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, peress li l-kwoti kollha miftuħa minn dan ir-Regolament huma soġġetti għal kundizzjonijiet dwar l-użu aħħari sabiex jibbenefikaw minn trattament tariffarju favorevoli, l-implimentazzjoni retroattiva ta' dan ir-Regolament mhix possibbli. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata ċerta kontinwità mas-sistema tal-kwoti preċedenti, għandu jiġi previst reġim suċċessiv, li jippermetti l-għoti ta' tnaqqis fuq id-dazji ta' l-importazzjoni għall-prodotti tas-sajd li jkunu ġew irrilaxxati f'ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan ir-reġim ġdid għandu jqis kif jixraq il-kundizzjonijiet għall-użu aħħari u l-kwantitajiet disponibbli tal-kwoti speċifiċi.

(6)

Tenut kont ta' l-urġenza tal-kwistjoni, huwa importanti li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi, fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi, għar-rati għall-perjodi u sa l-ammonti indikati hemmhekk.

2.   L-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness għandha tkun koperta bil-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk il-valur tad-dwana ddikjarat huwa ta' l-inqas daqs il-prezz ta' referenza ffissat jew li għandu jiġi ffissat skond l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċcembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (3).

Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw illi dan ir-Regolament jiġi mħares.

Artikolu 4

1.   Id-dazji ta' l-importazzjoni għall-prodotti tal-ħut irrilaxxati f'ċirkolazzjoni libera bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u s-17 ta’ Lulju 2007 li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott ta' waħda mill-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness, jistgħu jitnaqqsu fuq talba tad-dikjarant skond ir-rati tad-dazju stabbiliti fih.

2.   It-talba għandha tiġi sottomessa l-iktar tard, l-14 ta’ Awwissu 2007 lill-uffiċċju doganali inkarigat mir-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera tal-prodott ikkonċernat, b'indikazzjoni tal-kwota kkonċernata. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni rilevanti kollha li tagħti prova li l-prodott impurtat jaqa' fl-ambitu tal-kwota li kien użat, jew se jintuża skond il-kundizzjonijiet ta' l-użu aħħari stabbiliti fl-Anness għall-kwota tariffarja kkonċernata.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika biss meta l-bilanċ tal-kwota tariffarja rilevanti tippermetti dan fid-data ta' l-aċċettazzjoni tat-talba ġġustifikata kif jixraq. L-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 64, 2.3.2004, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1723/2006 (ĠU L 324, 23.11.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).


ANNESS

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

Il-Kodiċi tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ammont annwali tal-kwota (tunnellati)

Kwota

Il-perjodu tal-kwota

09.2759

ex 0302 50 10

20

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), eskluż il-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

80 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0302 50 90

10

ex 0303 52 10

10

ex 0303 52 30

10

ex 0303 52 90

10

09.2765

ex 0305 62 00

20

25

29

Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut ta' l-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew iffumikat, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0305 69 10

10

09.2761

ex 0304 29 91

10

Blue grenadier (Macruronus spp.), flettijiet iffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 29 99

41

81

ex 0304 99 99

60

81

09.2760

ex 0303 78 11

10

Marlozz (Merluccius spp. excluding Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u Pink cusk-eel (Genypterus blacodes), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

15 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0303 78 12

10

ex 0303 78 13

10

ex 0303 78 19

11

81

ex 0303 78 90

10

ex 0303 79 93

10

09.2766

ex 0304 29 99

71

Stokkafixx tan-Nofsinhar (Macruronus spp.), flettijiet iffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1)  (2)

2 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 99 99

91

09.2770

ex 0305 63 00

10

Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumigata, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2788

ex 0302 40 00

10

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b'piż ħaj ta' aktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħa, ta' piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, għajr fwied u bajd, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.10.2007 – 31.12.2007

ex 0303 51 00

10

1.10.2008 – 31.12.2008

ex 0304 19 97

10

1.10.2009 – 31.12.2009

ex 0304 99 23

10

09.2792

ex 1604 12 99

10

Aringi, imħawra u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura, ippriżervati fil-btieti ta' għallinqas piż mingħajr ilma nett ta' 70 kg, għall-ipproċessar (1)  (2)

10 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2790

ex 1604 14 16

20

Flettijiet magħrufa bħala “loins” tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar (1)  (2)

8 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2007

30

9 000

6  %

1.1.2008 – 31.12.2008

95

10 000

6  %

1.1.2009 – 31.12.2009

09.2762

ex 0306 11 10

10

Awwist u awwist tax-xewk tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

1 500

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0306 11 90

10

09.2794

ex 1605 20 10

50

Gambli u gambli kbar ta' l-ispeċi Pandalus borealis imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (4)

20 000

6  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 1605 20 99

45

09.2785

ex 0307 49 59

10

Tubi ta' klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

45 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0307 99 11

10

09.2786

ex 0307 49 59

20

Klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati sħaħ, jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

1 500

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0307 99 11

20

09.2772

ex 0304 99 10

10

Surimi, iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)

55 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2774

ex 0304 29 58

10

Marlozz (Merluccius productus), flettijiet iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)

15 000

4  %

1.1.2007 – 31.12.2009

09.2776

ex 0304 29 21

10

Merluzz, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), flettijiet iffriżati u laħam, għall-ipproċessar (1)  (2)

20 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 29 29

20

ex 0304 99 31

10

ex 0304 99 33

10

09.2778

ex 0304 29 99

65

Lingwata, flettijiet iffriżati u laħam ieħor tal-ħut iffriżat, (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus) għall-ipproċessar (1)  (2)

5 000

0  %

1.1.2007 – 31.12.2009

ex 0304 99 99

65


(1)  L-Entrata taħt din is-subintestatura hija suġġetta għal kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93).

(2)  Din il-kwota hija disponibbli għal prodotti maħsuba għal kwalunkwe operazzjoni, sakemm mhux esklussivament għal operazzjoni waħda minn dawn jew aktar:

tindif, tneħħija tal-ġewwieni, qtugħ tad-dnub, qtugħ ta' l-irjus,

tqattigħ (għajr tqattigħ f'biċċiet żgħar, filettjar, il-produzzjoni ta' fleps, tqattigħ ta' blokki ffriżati jew qsim ta' blokki ta' flettijiet bil-friża fuljata bejniethom),

it-teħid ta' kampjuni, l-għażla,

tikkettar;

ippakkjar,

tkessiħ,

iffriżar,

iffriżar qawwi,

tneħħija tal-friża, separazzjoni.

Il-kwota mhix disponibbli għal prodotti maħsuba, barra minn hekk, għal trattament (jew operazzjonijiet) li jikkonferixxi/u intitolament għal kwota, fejn tali trattament (jew operazzjonijiet) isir(u) fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut jew tal-catering. It-tnaqqis fid-dazji tad-dwana għandhom japplikaw biss għall-ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem.

(3)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 0306111010 u 0306119010, madankollu, jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni waħda, jew it-tnejn li huma, minn dawn li ġejjin:

il-qsim min-nofs ta' l-awwist iffriżat,

trattament bis-sħana għall-awwist iffriżat sabiex ikun jista' jitneħħa l-ħmieġ mill-intern.

(4)  Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 1605201050 u 1605209945, madankollu, jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu mill-operazzjoni li jmiss:

trattament b'gassijiet ta' l-imballaġġ għall-gambli u l-gambli kbar kif definit fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).).


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI U L-KUNSILL

Il-Kummissjoni u l-Kunsill jerġgħu jiddikjaraw li l-prattika tal-glazing għandha tkun assoċjata ma' l-iffriżar tal-prodott u għalhekk mhux neċessarjament tikkostitwixxi operazzjoni ta' proċessar li tagħti d-dritt għal kwota fis-sens tan-nota ta' qiegħ il-paġna (b).