13.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 183/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 816/2007

tat-12 ta’ Lulju 2007

li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b’mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (2) timplimenta l-fażi finali ta’ l-Għaqda Doganali. It-Taqsima V tagħha tistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali għall-prodotti agrikoli pproċessati.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (3) tistabbilixxi l-arranġamenti applikabbli fuq ċerti prodotti agrikoli pproċessati.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (4) tistabbilixxi titjib kummerċjali ġdid applikabbli fuq ċerti prodotti agrikoli pproċessati bl-għan li titkabbar u titwessa’ l-Għaqda Doganali u tittejjeb il-konverġenza ekonomika bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan it-titjib jistabbilixxi konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji bla dazju. Għal importazzjonijiet barra l-kwoti, id-dispożizzjonijiet preżenti tal-kummerċ se jkomplu japplikaw.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma’ dawk ir-regoli.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 2026/2005 tat-13 ta’ Diċembru 2005 li jiftaħ il-kwoti tariffarji għall-2006 u s-snin ta’ wara għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti mit-Turkija li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (6) għandu jitħassar. Il-kwantitajiet importati skond dan ir-Regolament bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tat-tħassir għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-kwota l-ġdida korrispondenti.

(6)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ l-oġġetti stabbiliti fl-Anness jinfetħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru għal kull sena mill-2007 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

L-aċċess għall-benefiċċju ta’ dawn il-kwoti tariffarji għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ moviment A.TR bi qbil mad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 2026/2005 jitħassar fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-kwantità tal-kwota tariffarja bin-numru ta’ l-ordni 09.0232 għandha titnaqqas mill-kwantitajiet ta’ l-għaġin importat skond ir-regolament (KE) Nru 2026/2005 (numru ta’ l-ordni 09.0205) bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1

(3)  ĠU L 126, 17.5.1997, p. 26.

(4)  Għadha mhux pubblikata fil-ĠU.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6)

(6)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 3.


ANNESS

Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fl-UE ta’ prodotti agrikoli pproċessati mit-Turkija

Numru ta’ l-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Tariffarja Bla Dazju Annwali

(f’tunnellati ta’ piż nett)

 

(1)

(2)

(3)

09.0228

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw:

5 000

1704 10

– Chewing gum, kemm jekk jinkesa biz-zokkor jew le:

 

– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

1704 10 11

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 19

– – – Oħrajn

 

– – Li jkollu 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

1704 10 91

– – – Chewing gum fi strixxi

1704 10 99

– – – Oħrajn

09.0229

1704 90

– Oħrajn:

10 000

1704 90 30

– – Ċikkulata bajda

 

– – Oħrajn:

1704 90 51

– – – Pastes, inkluż il-marżipan, ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ kilo jew aktar

1704 90 55

– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla

1704 90 61

– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned)

 

– – – Oħrajn:

1704 90 65

– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pastes tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor

1704 90 71

– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le

1704 90 75

– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili

 

– – – – Oħrajn:

1704 90 81

– – – – – Pilloli kompressati

ex 1704 90 99

– – – – – Oħrajn:

 

– – – – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

 

– – – – – – Li jkollu 70 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

 

– – – – – – – Ħelwa tat-Tork u Loukhum

09.0230

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw:

5 000

1806 10

– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda:

1806 10 20

– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew iżoglikożju muri bħala sukrożju

1806 20

– Preparazzjonijiet oħra fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, paste, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg:

1806 20 10

– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib

1806 20 30

– – Li jkun fihom piż kombinat ta’ 25 % jew aktar, iżda anqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib

 

– – Oħrajn:

1806 20 50

– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw

1806 20 70

– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka

ex 1806 20 80

– – – Kisi biċ-ċikkulata

 

– – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

ex 1806 20 95

– – – Oħrajn:

 

– – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

 

– Oħra, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ:

1806 31 00

– – Mimlija

1806 32

– – Mhux mimlija

1806 32 10

– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda

1806 32 90

– – – Oħrajn

1806 90

– Oħrajn:

 

– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata:

 

– – – Ċikkulatini (inklużi pralines), mimlija jew le:

1806 90 11

– – – – Li jkun fihom l-alkoħol

1806 90 19

– – – – Oħrajn

 

– – – Oħrajn:

1806 90 31

– – – – Mimlija

1806 90 39

– – – – Mhux mimlija

1806 90 50

– – Ħelu taz-zokkor u s-sostituti tagħhom magħmula minn prodotti tal-ħelu sostitwibbli, li jkun fihom il-kawkaw

1806 90 60

– – Dlik (pejst) li jkun fih il-kawkaw

1806 90 70

– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb

ex 1806 90 90

– – Oħrajn:

 

– – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju):

09.0231

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ l-ikel minn dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, trab tal-qamħ, lamtu jew estratt tax-xgħir, mingħajr kawkaw jew li fih anqas minn 40 % bħala piż ta’ kawkaw ikkalkolat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel minn prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , mingħajr kawkaw jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta’ kawkaw ikkalkolat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra:

900

1901 20 00

– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905

09.0232

1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le:

20 000

 

– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor

1902 11 00

– – Li fih il-bajd

1902 19

– – Oħrajn:

1902 19 10

– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon

1902 19 90

– – – Oħrajn

1902 20

– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor:

 

– – Oħrajn:

1902 20 91

– – – Imsajjar

1902 20 99

– – – Oħrajn

1902 30

– Għaġin ieħor:

1902 30 10

– – Mnixxef

1902 30 90

– – Oħrajn

1902 40

– Kuskus:

1902 40 10

– – Mhux ippreparat

1902 40 90

– – Oħrajn

09.0233

1904

Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, il-kornflejks); ċereali (ħlief għall-qamħirrum (qamħ)) forma ta’ qamħ jew laqx jew xi qamħ ieħor maħdum, (minbarra d-dqiq, ix-xgħir u l-barli mitħun oħxon (groats), u qamħ mitħun oħxon (meal)), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż x’imkien ieħor

500

1904 10

– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali:

1904 10 10

– – Miskub mill-qamħirrun

1904 10 30

– – Miksub mir-ross

1904 10 90

– – Oħrajn

09.0234

1904 20

– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ:

100

1904 20 10

– – Preparazzjoni tal-Musli bbażata fuq trofof taċ-ċereali mhux mixwija

 

– – Oħrajn:

1904 20 91

– – – Miskub mill-qamħirrun

1904 20 95

– – – Miksub mir-ross

1904 20 99

– – – Oħrajn

09.0235

1904 30 00

Bulgur wheat

10 000

09.0236

1904 90

– Oħrajn:

2 500

1904 90 10

– – Ross

1904 90 80

– – Oħrajn

09.0237

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar, sew jekk ikun fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta tar-ross u prodotti simili:

10 000

 

– Gallettini ħelwin; waffles u wafers:

1905 31

– – Gallettini ħelwin:

 

– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 31 11

– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 31 19

– – – – Oħrajn

 

– – – Oħrajn:

1905 31 30

– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib

 

– – – – Oħrajn:

1905 31 91

– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ

1905 31 99

– – – – – Oħrajn

09.0238

1905 32

– – Waffles u wejfers:

3 000

1905 32 05

– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż

 

– – – Oħrajn:

 

– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw:

1905 32 11

– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g

1905 32 19

– – – – – Oħrajn

 

– – – – Oħrajn:

1905 32 91

– – – – – Melħin, mimlija jew le

1905 32 99

– – – – – Oħrajn

09.0239

1905 40

– Qarmeċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili:

120

1905 40 10

– – Qarmeċ

1905 40 90

– – Oħrajn

09.0240

1905 90

– Oħrajn:

10 000

1905 90 10

– – Matzos

1905 90 20

– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili

 

– – Oħrajn:

1905 90 30

– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li meta jkun xott ma jkunx fih, bil-piż, aktar minn 5 % ta’ zokkor u aktar minn 5 % ta’ xaħam

1905 90 45

– – – Gallettini

1905 90 55

– – – Prodotti estrużi jew espansi, aromatizzati jew melħin

 

– – – Oħrajn:

1905 90 60

– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjuda

09.0242

2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel mhux imsemmija jew inklużi mkien ieħor:

4 000

2106 10

– Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini b’konsistenza:

2106 10 80

– – Oħrajn

2106 90

– Oħrajn:

2106 90 98

– – – Oħrajn