6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 797/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fl-4 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-31 ta' Awissu 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal-Lvant, 4) L-Ewropa tal-Punent, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 sa l-1 ta’ Lulju 2007–3 ta’ Lulju 2007 u li sas-16 ta' Settembru 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mill-1 sa l-1 ta’ Lulju 2007–3 ta’ Lulju 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 16,62 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 23,66 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 2) l-Asja, sal-limitu ta' 27,97 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant u sal-limitu ta' 8,76% tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 4) l-Ewropa tal-Punent.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mill-4 ta’ Lulju 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mit-6 ta’ Lulju 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal- Lvant u 4) l-Ewropa tal-Punent, sas-16 ta' Settembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 6).

(2)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).