4.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 174/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 781/2007

tat-3 ta’ Lulju 2007

li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 2237/77 dwar il-forma ta’ skedi azjendali li għandhom jintużaw għall-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 (1) jistipula l-kontenuti ta’ l-iskeda azjendali li għandha tintuża.

(2)

L-iskeda azjendali għandha tiġi adattata fir-rigward ta’ l-informazzjoni dwar is-sistema tal-VAT, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2237/77, il-punt 107 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-kontijiet 2007, li tibda waqt il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 263, 17.10.1977, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1861/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 33).


ANNESS

“107.   Sistema tal-VAT

Is-sistema tal-VAT (numru tas-serje 400) li l-azjenda hija soġġeta għaliha għandha tintwera għal kull azjenda bin-numru tal-kodiċi fil-lista li ġejja:

 

Nru tas-serje 400

Kodiċi

IL-BELĠJU

Régime normal obligatoire

1

Régime normal sur option

2

Régime agricole

3

IL-BULGARIJA

Eżenti

1

Irreġistrata

2

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Irreġistrata

1

ID-DANIMARKA

Moms (= normali)

1

IL-ĠERMANJA

Pauschalierender Betrieb

1

Optierender Betrieb

2

Getränke erzeugender Betrieb

3

Betrieb mit Kleinumsatz

4

L-ESTONJA

Normali

1

Speċjali

2

L-IRLANDA

Agrikola

1

Irreġistrata (= normali)

2

IL-GREĊJA

Sistema normali

1

Sistema agrikola

2

SPANJA

Sistema normali

1

Sistema ssimplifikata

2

Sistema agrikola

3

FRANZA

TVA sur option avec autorisation pour animaux vivants

2

Remboursement forfaitaire

3

L-ITALJA

Regime esonerato

1

Regime speciale agricolo

2

Regime normal

3

ĊIPRU

Normali

1

Agrikola

2

VAT mhux applikabbli

3

IL-LATVJA

Normali

1

Agrikola

2

IL-LITWANJA

Normali

1

Speċjali

2

IL-LUSSEMBURGU

Régime normal obligatoire

1

Régime normal sur option

2

Régime forfaitaire de l'agriculture

3

L-UNGERIJA

Normali

1

Agrikola

2

MALTA

Normali

1

L-OLANDA

Algemene regeling verplicht

1

Algemene regeling op aanvraag

2

Landbouwregeling

3

L-AWSTRIJA

Pauschalierender Betrieb

1

Optierender Betrieb

2

IL-POLONJA

Normali

1

Agrikola

2

IL-PORTUGALL

Sistema agrikola

1

Sistema normali

2

IR-RUMANIJA

Normali

1

Speċjali

2

Azjendi żgħar

3

IS-SLOVENJA

Normali

1

Agrikola

2

IS-SLOVAKKJA

Irreġistrata

1

Eżenti

2

IL-FINLANDJA

Sistema normali

1

L-IŻVEZJA

Sistema normali

1

IR-RENJU UNIT

Eżenti

1

Irreġistrata

2


Sottodiviżjonijiet tas-sistema tal-VAT (Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u l-Polonja biss)

 

Nru tas-serje 401

SPANJA

 

Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn fl-azjenda jkunu japplikaw żewġ sistemi

FRANZA

Sans TVA obligatoire sur activités connexes

0

Avec TVA obligatoire sur activités connexes

1

L-ITALJA

Is-sistema tal-VAT għall-agrituriżmu bħala attività sekondarja

Sistema speċjali agrituriżmu

1

Sistema normali agrituriżmu

2

L-UNGERIJA

 

Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn l-azjenda tkun qed tapplika żewġ sistemi

IL-POLONJA

 

Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn l-azjenda tkun qed tapplika żewġ sistemi”