30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 765/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-malt imniżżel fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv għandu jkun ikkalkolat billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(3)

Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet definit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-malt fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Kurrenti

7

Terminu 1

8

Terminu 2

9

Terminu 3

10

Terminu 4

11

Terminu 5

12

1107 10 11 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 19 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 91 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 99 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 20 00 9000

A00

0

0

0

0

0

0


(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Terminu 6

1

Terminu 7

2

Terminu 8

3

Terminu 9

4

Terminu 10

5

Terminu 11

6

1107 10 11 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 19 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 91 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 99 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 20 00 9000

A00

0

0

0

0

0

0