30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 763/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistipula l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti a), b) u c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv irid jiġi kkalkulat billi jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(3)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li l-ammont korrettiv ikun iddiferenzjat skond id-destinazzjoni.

(4)

L-ammont korrettiv jeħtieġlu jiġi ddefinit skond l-istess proċedura bħar-rifużjoni. Jista' jinbidel fil-perjodu bejn stipular u ieħor.

(5)

Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet iddefinit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr il-malt, huwa emendat f'konformità ma' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali

(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Kurrenti

6

Terminu 1

7

Terminu 2

8

Terminu 3

9

Terminu 4

10

Terminu 5

11

Terminu 6

12

1001 10 00 9200

1001 10 00 9400

A00

0

0

0

0

0

1001 90 91 9000

1001 90 99 9000

C01

0

0

0

0

0

1002 00 00 9000

A00

0

0

0

0

0

1003 00 10 9000

1003 00 90 9000

C02

0

0

0

0

0

1004 00 00 9200

1004 00 00 9400

C03

0

0

0

0

0

1005 10 90 9000

1005 90 00 9000

A00

0

0

0

0

0

1007 00 90 9000

1008 20 00 9000

1101 00 11 9000

1101 00 15 9100

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9130

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9150

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9170

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9180

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9190

1101 00 90 9000

1102 10 00 9500

A00

0

0

0

0

0

1102 10 00 9700

A00

0

0

0

0

0

1102 10 00 9900

1103 11 10 9200

A00

0

0

0

0

0

1103 11 10 9400

A00

0

0

0

0

0

1103 11 10 9900

1103 11 90 9200

A00

0

0

0

0

0

1103 11 90 9800

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

C01

:

Il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.

C02

:

L-Alġerija, il-Baħrejn, l-Eġittu, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Għarabja Sawdita, il-Ġordan, l-Iran, l-Iraq, Iżrael, il-Kuwejt, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Mawritanja, Oman, il-Qatar, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Jemen.

C03

:

Il-pajjiżi kollha għajr in-Norveġja, l-Iżvizzera u Liechtenstein.