30.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 172/41 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 756/2007
tad-29 ta’ Ġunju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u fil-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 32(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (2) jorbot ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Dawk id-dispożizzjonijiet madankollu tneħħew permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2006 tat-8 ta’ Frar 2006 li jemenda r-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (4). |
(3) |
Fl-interessi taċ-ċertezza legali huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 3223/94 jiġi emendat bit-tibdil meħtieġ sabiex ikompli jopera mingħajr xkiel. |
(4) |
Il-prezzijiet tal-frott u l-ħaxix jinbidlu malajr, u f'konformità ma’ l-emendi għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, prezzijiet unitarji potenzjalment skaduti m'għandhomx jibqgħu jintużaw fil-qafas tas-sistema tal-prezz tad-dħul. |
(5) |
Minn meta saru l-modifiki għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 applikati mid-19 ta’ Mejju 2006, fl-interessi taċ-ċertezza legali, dawk l-emendi għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data. |
(6) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 fih lista ta’ swieq rappreżentattivi. Dik il-lista għandha tkun emendata biex tinkludi s-swieq rappreżentattivi fil-Bulgarija u r-Rumanija. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2(2), it-tieni u t-tielet sub-paragrafi jinbidlu b’dan li ġej: “Għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:
Għall-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni li għandhom jitnaqqsu skond it-tielet subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti standard għat-tnaqqis. Dawn l-ammonti standard u l-metodi għal kalkolu tagħhom għandhom jiġu mgħarrfa immedjatament lill-Kummissjoni.” |
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala swieq rappreżentattivi:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Meta valur standard jiġi stabbilit għall-prodotti u għall-perjodi ta’ l-applikazzjoni li jidhru fil-Parti A ta’ l-Anness, skond dan ir-Regolament, il-prezz unitarju [ta' unità] fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 152(1)(a)a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika. Dan għandu jinbidel bil-valur standard tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.” |
(4) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej: “5. Minkejja l-paragrafu 1, b'effett mill-ewwel jum tal-perjodi ta’ applikazzjoni stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness, fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat valur standard ta’ l-importazzjoni, l-ebda valur ta’ l-importazzjoni standard m'għandu jkun applikabbli.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-paragrafi (1), (3) u (4) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mid-19 ta’ Mejju 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).