29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 751/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)   ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

33,11

33,11


(1)  Ir-rati mniżżla fl-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.