29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 748/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw ir-rifużjoni tal-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross rispettivament (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni. Il-bażi tal-kalkolu hija ddeterminata mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Ir-rifużjoni kkalkolata b'dan il-mod, differenzjata, jekk ikun meħtieġ, għal-lamtu tal-patata, għandha tkun stabbilita darba fix-xahar u, f'każ ta' varjazzjoni sinifikattiva tal-prezz tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ, tista' tkun emendata.

(2)

Ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġustati bil-koeffiċjenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 biex ikun stabbilit l-ammont eżatt li għandu jitħallas.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta' lamtu, imniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 hija stabbilita għal:

(a)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir u l-ħafur;

(b)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-patata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11)

(2)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).