|
29.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 169/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2007
tat-28 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità tista' tkun koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 dwar l-arranġamenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' għalf kompost, abbażi ta' ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabilixxi regoli speċifiċi u ddettaljati dwar is-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ta' ċereali u ross (2), fl-Artikolu 2 tiegħu iddefinixxa l-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni fuq dawn il-prodotti. |
|
(3) |
Dan il-kalkolu jeħtieġlu jqis ukoll il-kontenut ta' prodotti ċereali. Bil-mira ta' simplifika, ir-rifużjoni jeħtiġilha titħallas għal żewġ kategoriji ta' “prodotti ċereali”, jiġifieri il-qamħirrum, iċ-ċereali li l-aktar li jintuża ta' spiss għall-produzzjoni ta' l-għalf kompost esportat u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum, minn naħa waħda, kif ukoll “iċ-ċereali l-oħra”, min-naħa l-oħra, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu l-prodotti taċ-ċereali eliġibbli, għajr il-qamħirrum u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum. Għandha tingħata rifużjoni għall-kwantità ta' prodotti ċereali li jkun fih l-għalf kompost ta' l-annimali. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fl-ammont tar-rifużjoni għandu jitqies ukoll il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq dinji, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat it-taqlib tas-suq Komunitarju u l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni. |
|
(5) |
Il-qagħda attwali tas-suq taċ-ċereali, u partikolarment il-prospettivi ta' forniment, twassal biex jitneħħew ir-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni. |
|
(6) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf kompost ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u skond ir-Regolament (KE) Nru 1517/95 huma stabbiliti f'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
ANNESS
tar-Regolament tal-kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali.
Il-Kodiċi tal-prodott li jgawdu mir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni:
|
|
2309 10 11 9000 , |
|
|
2309 10 13 9000 , |
|
|
2309 10 31 9000 , |
|
|
2309 10 33 9000 , |
|
|
2309 10 51 9000 , |
|
|
2309 10 53 9000 , |
|
|
2309 90 31 9000 , |
|
|
2309 90 33 9000 , |
|
|
2309 90 41 9000 , |
|
|
2309 90 43 9000 , |
|
|
2309 90 51 9000 , |
|
|
2309 90 53 9000 . |
|
Prodotti ċereali |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
|||
|
Qamħirrum u prodotti dderivati mill-qamħirrum Kodiċijiet NM 0709 90 60 , 0712 90 19 , 1005 , 1102 20 , 1103 13 , 1103 29 40 , 1104 19 50 , 1104 23 , 1904 10 10 |
C10 |
EUR/t |
0,00 |
|||
|
Prodotti ċereali, għajr il-qamħirrum u l-prodtti dderivati mill-qamħirrum |
C10 |
EUR/t |
0,00 |
|||
|
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
|
||||||